Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Konsumaturi: l-UE tinvestiga l-websajts ta' kreditu għall-konsumatur - suq li qed jonqos fil-prestazzjoni tiegħu lejn il-konsumaturi

European Commission - IP/12/6   10/01/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Il-Konsumaturi: l-UE tinvestiga l-websajts ta' kreditu għall-konsumatur - suq li qed jonqos fil-prestazzjoni tiegħu lejn il-konsumaturi

Brussell, l-10 ta' Jannar 2012 - Qatt kont wasalt biex tiffirma kuntratt għal self personali, għal karta ta' kreditu, jew kreditu ieħor għall-konsumatur u skoprejt li se jkun jiswa aktar minn dak li stennejt fil-bidu? Madwar l-UE saret investigazzjoni ta' websajts li joffru kreditu għall-konsumatur biex tiċċekkja jekk il-konsumaturi humiex jirċievu t-tagħrif li huma intitolati għalih skont il-liġi tal-UE dwar il-konsumatur1 qabel ma jiffirmaw kuntratt ta' kreditu għall-konsumatur. L-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar iċċekkjaw aktar minn 500 websajt madwar is-27 Stat Membru kif ukoll in-Norveġja u l-Islanda. Huma mmarkaw 70 % (393) tas-siti għal aktar investigazzjoni fir-rigward tal-problemi li ġejjin: ir-reklamar ma kienx jinkludi t-tagħrif standard meħtieġ; l-offerti ħallew barra t-tagħrif ewlieni li huwa essenzjali sabiex tittieħed deċiżjoni; l-ispejjeż kienu preżentati b'mod qarrieqi. Issa l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar se jikkuntattjaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lill-intermedjarji tal-kreditu dwar irregolaritajiet suspettużi u jitolbuhom jikkjarifikawhom jew jieħdu azzjoni korrettiva. L-operazzjoni sweep b'mod partikolari ċċekkjat kif dan in-negozju qed japplika d-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur (riċentement trasposta fl-Istati Membri), li għandha l-għan li tiffaċilita l-fehim u t-tqabbil tal-offerti tal-kreditu għall-konsumaturi.

Il-Kummissarju tal-UE John Dalli, responsabbli għall-affarijiet tal-konsumatur, qal: "Meta n-nies ifittxu l-kreditu, xi drabi jiskopru li dan il-kreditu jiswa aktar minn dak li kien jidher oriġinarjament, għaliex xi drabi kien nieqes tagħrif importanti jew dan ma kienx ċar. Il-kreditu għall-konsumatur mhux dejjem huwa faċli biex wieħed jifhmu, u għalhekk hemm fis-seħħ leġiżlazzjoni Ewropea biex tgħin lill-konsumaturi jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Għaldaqstant huwa importanti ħafna li n-negozji jipprovdu tagħrif korrett u meħtieġ lill-konsumaturi. U huwa r-rwol tal-Kummissjoni biex taħdem f'daqqa ma' infurzaturi nazzjonali biex dan iseħħ.

"Sweep" huwa eżerċizzju biex tissaħħaħ il-liġi tal-UE. Tali azzjoni koordinata titmexxa mill-UE u titwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar li jagħmlu verifiki simultanji u kkoordinati għal ksur fil-liġi tal-konsumatur f'settur partikolari. Imbagħad, l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar jikkuntattjaw lill-operaturi dwar irregolaritajiet suspettużi u jitolbuhom jieħdu azzjoni korrettiva. Il-Consumer Credit sweep seħħet f'Settembru 2011.

Sitt pajjiżi wettqu investigazzjoni aktar profonda "Sweep Plus" ta' 57 sit biex jivverifikaw l-konformità ta' dawn mar-regoli tal-konsumatur inklużi fejn jidħlu l-arranġament tal-ħlas, it-trattament tal-ilmenti u termini u kundizzjonijiet.

Is-suq li qed jiġi mistħarreġ jintuża kuljum mill-konsumaturi. Fl-2010, l-istituzzjonijiet finanzjarji fiż-żona tal-ewro kellhom aktar minn EUR 600 biljun kreditu għall-konsumatur li hu dovut lilhom2.

Ir-riżultati

Mill-562 websajt li ġew iċċekkjati oriġinarjament, 30 % biss għaddew it-test ta' sweep għall-konformità mar-regoli rilevanti tal-UE dwar il-konsumatur u 70 % minn dawn is-siti (393) ġew immarkati għal aktar investigazzjoni. Il-problemi ewlenin li nstabu kienu:

- Nuqqas ta' tagħrif fir-reklamar tal-kreditu tal-konsumatur: ir-reklamar f'258 (46 % tal-websajts iċċekkjati) ma nkludiex it-tagħrif standard kollu li hu meħtieġ mid-Direttiva dwar il-Kreditu għall-Konsumatur, eż. i) ir-rata perċentwali annwali ta' imposta (RPA), li hija essenzjali biex tqabbel l-offerti, ii) tagħrif dwar jekk l-imposti fuq servizzi anċillari obbligatorji (eż. l-assigurazzjoni) kinux inklużi fl-ispiża totali, jew iii) dwar it-tul tal-ftehim ta' kreditu;

- Tagħrif ewlieni dwar l-offerta mħolli barra: 244 (43 %) websajt ma tawx tagħrif ċar dwar l-elementi differenti kollha tal-ispiża totali, eż. i) dwar it-tip ta' rata ta' interess, (fissa, varjabbli jew it-tnejn li huma), ii) dwar it-tul tal-kreditu (jekk ikun il-każ), u iii) dwar uħud mill-ispejjeż marbuta mal-kreditu (eż. it-tariffa tal-arranġament);

- Preżentazzjoni qarrieqa tal-ispejjeż fejn l-ispiża tal-kreditu tidher b'mod li huwa falz jew li jista' jqarraq lill-konsumaturi, eż. i) bil-mod ta' kif inhuma kkalkulati l-prezzijiet, jew ii) jekk il-konsumatur huwiex infurmat li minbarra l-ispiża nnifisha tal-kreditu għall-konsumatur hemm assigurazzjoni obbligatorja addizzjonali. 116-il websajt (20 %) tal-websajts indikaw din il-problema.

Sweep Plus

Sitt pajjiżi (l-Italja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, is-Slovakkja, l-Isvezja) wettqu investigazzjoni aktar profonda dwar 57 sit minn dawk li ġew verifikati - l-eżerċizzju ta' Sweep Plus. Il-problemi ewlenin kienu marbuta mat-tagħrif ta' qabel il-kuntratt u mat-termini tal-kuntratt.

X'inhu l-pass li jmiss?

Issa se tibda l-fażi ta' nfurzar: fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin l-operaturi tan-negozju se jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet nazzjonali u se jiġu mitluba jipprovdu kjarifiki jew jikkoreġu l-websajts tagħhom. Jekk jonqsu milli jagħmlu dan, dan jista' jirriżulta f'azzjoni legali li twassal għal multi jew saħansitra l-għeluq tal-websajts, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. L-awtoritajiet nazzjonali ta' nfurzar huma mitluba li jirrappurtaw lura lill-Kummissjoni Ewropea sal-ħarifa 2012. Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar ir-riżultati.

Għal iktar tagħrif:

Websajt tal-isweeps:

http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/sweeps_en.htm

MEMO/12/02

Annex

Table 1. Number of websites checked during the sweep (including sweep plus) and number of websites that need further investigation - by country

Country

Number of websites searched

Number of websites with irregularities

Number to be followed up by the CPC*

Number to be followed up at national level

Austria

10

6

 

6

Belgium

93

89

 

89

Bulgaria

6

0

 

0

Cyprus

10

10

 

10

Czech Republic

10

9

 

9

Denmark

11

9

 

9

Estonia

15

12

 

12

Finland

5

4

 

4

France

50

11

 

11

Germany

26

20

5

15

Greece

1

 0

 

0

Hungary

16

11

 

11

Iceland

10

 

0

Ireland

2

 

0

Italy

15

12

 

12

Latvia

9

7

 

7

Lithuania

5

3

 

5

Luxembourg

20

12

7

5

Malta

5

5

 

5

Netherlands

45

36

 

36

Norway

27

18

 

18

Poland

10

5

 

5

Portugal

40

14

 

14

Romania

20

11

 

11

Slovakia

10

10

 

10

Slovenia

0

0

Spain

29

29

1

28

Sweden

15

12

 

12

United Kingdom

47

38

 

38

29

562

393

13

380

*CPC = Consumer Protection Co-operation Network – a network of national enforcement authorities from 27 Member States (and Norway & Iceland) set up under the Consumer Protection Co-operation Regulation (EC2006/2004) to handle cross-border issues.

*some sites had multiple infringements

In Slovakia out of 10 sites checked 5 were flagged under the sweep and 10 sites under the sweep plus.

Kuntatti :

Frédéric Vincent (+32 2 298 71 66)

Aikaterini Apostola (+32 2 298 76 24)

1 :

Id-Direttiva dwar il-kreditu għall-Konsumatur, id-Direttiva dwar it-Tqegħid Remot fis-Suq tas-Servizzi Finanzjarji, id-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Żleali, id-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku, id-Direttiva dwar it-Termini Kuntrattwali Inġusti.

2 :

BĊE, Statistika taż-Żona tal-Ewro, www.ecb.int/stats/money/aggregates/bsheets/html/index.en.html


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website