Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-26 ta' Ġunju 2012

Jintuża l-potenzjal kbir tat-tekonoloġiji ewlenin ta' appoġġ għall-impjiegi

Illum il-Kummissjoni Ewropea sejħet għal sforz Ewropew li jixpruna t-Teknoloġiji Ewlenin ta' Appoġġ (KETs). Is-suq globali tal-KETs, li jiġbor fih il-mikroelettronika u n-nanoelettronika, il-materjali avvanzati, il-bijoteknoloġija industrijali, il-fotonika, in-nanoteknoloġija u s-sistemi avvanzati għall-manifattura, huwa maħsub li jikber minn EUR 646 biljun għal aktar minn EUR 1 triljun bejn l-2008 u l-2015; din hija qabża ta' aktar minn 54 %, jew ta' aktar minn 8 % tal-PDG tal-UE. Huwa mistenni wkoll li l-impjiegi jiżdiedu b'mod mgħaġġel. Fl-industiji tan-nanoteknoloġija biss, in-numru ta' impjiegi fl-UE huwa mistenni jiżdied minn 160 000 fl-2008 għal madwar 400 000 fl-2015. Illum il-Kummissjoni Ewropea ressqet strateġija biex tixrpuna l-produzzjoni industrijali ta' prodotti bbażati fuq il-KETs, eż: prodotti innovattivi u applikazzjonijiet tal-futur. L-istrateġija għandha l-għan li żżomm il-pass mal-kompetituri internazzjonali ewlenin tal-UE, terġa' toħloq tkabbir fl-Ewropa u toħloq l-impjiegi fl-industrija, u fl-istess waqt tindirizza l-isfidi l-kbar tas-soċjetà ta' żmienna. Fil-fatt, l-Ewropa hija pijunier globali fir-riċerka u l-iżvilupp tal-KETs b'sehem globali fl-applikazzjonijiet għall-privattiva ta' aktar minn 30 %. Minkejja dan, l-UE mhix issarraf il-bażi dominanti tagħha tal-R&D fil-produzzjoni tal-prodotti u s-servizzi li huma meħtieġa biex jiġu stimulati t-tkabbir u l-impjiegi. Huwa għal hekk li l-Kummissjoni ssejjaħ għal sforz Ewropew li jixpruna l-KETS.

Waqt li kien qed jippreżenta l-Kommunikazzjoni, il-Viċi President Antonio Tajani li huwa responsabbli mill-Industrija u l-Intraprenditorija enfasizza: “Daż-żmien ħafna mill-prodotti innovattivi, kemm jekk smartphones kif ukoll jekk karozzi elettroniċi, dawn ikun fihom b'mod simultanju bosta KETs, bħala partijiet waħdiena jew integrati. Iżda l-KETs jistgħu jsiru mezz li joħloq impjiegi reali u li huwa tassew meħtieġ daż-żmien. Għaldaqstant l-Ewropa teħtieġ strateġija biex tiżviluppa l-KETs u tużahom b'mod industrijali. Dawn se jiddeterminaw il-futur ekonomiku tagħna u lill-Unjoni jagħtuha ċans ieħor għal tkabbir u biex toħloq l-impjiegi billi tibqa' fit-tmexxija tat-teknoloġija globali."

Aktar tagħrif

MEMO/12/484

Il-KETs joħolqu aktar impjiegi, fosthom bosta impjiegi ta' kwalità għolja

L-użu tal-KETs huwa tassew rilevanti kemm għall-kompetittività industrijali kif ukoll biex jiġu indirizzati l-isfidi l-kbar tas-soċjetà tal-lum. Ir-rwol trażversali u b'bosta aspetti tal-KETs huwa rifless fl-għadd ta' SMEs attivi fil-qasam u fl-għadd ta' impjiegi ta' kwalità għolja li qed jinħolqu. Pereżempju, fin-nanoteknoloġija, l-estimi tal-impjiegi juru li fl-2008 kien hemm 160 000 ħaddiem madwar id-dinja. Dawn jirrappreżentaw żieda ta' 25 % mill-2000.L-industrija tal-mikroelettronika u n-nanoelettronika u l-konnessjoni naturali tagħha: l-industriji tal-ICT, fl-Ewropa ħolqu iżjed minn 700 000 impjieg addizzjonali matul l-aħħar deċennju, u dan juri tendenza lejn impjiegi orjentati lejn is-servizz u impjiegi li jeħtieġu ħila kbira u rkupru mgħaġġel wara l-kriżi. Il-bijoteknoloġija industrijali titqies bħala l-KET prinċipali għall-bijoekonomija. Huwa stmat li kull ewro investit fir-riċerka u l-innovazzjoni f'dan il-qasam jagħti lura għaxar darbiet aktar. Barra minn hekk, l-SMEs huma mexxej ewlieni tal-innovazzjoni u l-impjiegi fl-Ewropa u huma mistennija jkollhom il-maġġoranza tal-impjiegi futuri fil-KETs. Fis-settur tal-fotonika, il-biċċa l-kbira tal-5 000 kumpanija Ewropea huma SMEs. Fil-Ġermanja, madwar 80 % tal-kumpaniji tan-nanoteknoloġija huma żgħar jew ta' daqs medju.

Il-KETs jistgħu jreġġgħu lura t-tmexxija Ewropea fl-innovazzjoni

Il-KETs huma sors ewlieni tal-innovazzjoni: Dawn joħolqu bċejjeċ teknoloġiċi indispensabbli li jippermettu firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet tal-prodotti, inklużi dawk meħtieġa għall-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-enerġija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, għal titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u r-riżorsi, u għal prodotti mediċinali ġodda għall-popolazzjoni li qed tixjieħ. Il-KETs definiti fl-20091 saru prijorità fuq l-aġenda tal-UE. Dan huwa rifless aktar bir-rwol ewlieni tagħhom fil-proposti tal-Kummissjoni dwar il-programm futur tar-Riċerka u l-Innovazzjoni: Horizon 2020 u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Il-kapaċità tal-Ewropa biex tiżviluppa l-KETs u tużahom b'mod industrijali, għandha rwol kruċjali biex tagħti sehemha fil-kompetittività u t-tkabbir sostenibbli.

Is-suq intern joffri art għammiela għall-KETs: Billi jgħaqqad nofs biljun ċittadin Ewropew, joħloq opportunitajiet kummerċjali sinifikanti għall-iżviluppaturi u l-utenti finali tal-KETs: bla dubju dan huwa waħda mill-qawwiet il-kbar tal-UE. Il-prossimità ġeografika bejn l-atturi tal-KETs li tgħaqqad il-ktajjen tal-valur Ewropej u għalhekk toħloq vantaġġ kompetittiv. Illum l-UE tirrappreżenta l-akbar suq integrat fid-dinja li jilqa' l-innovazzjonijiet, bl-industriji mexxejja fid-dinja fl-oqsma tal-awtomobilistika, il-kimika, l-ajronawtika, l-ispazju, is-saħħa u l-enerġija – ilkoll utenti tal-KETs.

Il-Kummissjoni tipproponi strateġija wiesgħa u fit-tul li tinkludi l-istrumenti rilevanti kollha tal-UE u l-partijiet interessati ewlenin:

  • Approċċ integrat għall-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-KETs li jkopri l-katina kollha tal-valur sabiex ir-riċerka tissarraf fi prodotti kummerċjabbli u fi tkabbir ekonomiku;

  • Approċċ strateġiku għal KETs fil-finanzjament tal-innovazzjoni reġjonali sabiex il-bażi industrijali tiġi modernizzata fost ir-reġjuni tal-Ewropa;

  • Mal-Bank Ewropew tal-Investiment ikun żgurat aċċess għal finanzjament tal-proġetti tal-KETs.

  • Ingranaġġ tal-politiki tal-KETs f'kull livell: Tkun żgurata koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-UE u dawk nazzjonali sabiex jinħolqu sinerġiji u kumplimentaritajiet bejn dawk l-attivitajiet, u sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi pubbliċi;

  • Ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet fis-suq kompetittiv globali: Jiġu mmobilizzati l-istrumenti eżistenti tal-kummerċ sabiex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta u l-istess kundizzjonijiet internazzjonalment;

Governanza xierqa: Ikunu żgurati strutturi għal governanza xierqa sabiex ikunu żgurati implimentazzjoni bla skossi u sfruttar massimu tas-sinerġiji.

Kuntatti:

Carlo Corazza (+32 2 295 17 52)

Sara Tironi (+32 2 299 04 03)

1 :


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site