Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2012

Ir-Reġistru tat-Trasparenza jiċċelebra l-ewwel sena tiegħu b'aktar minn 5,150 reġistrazzjoni, bl-involviment tal-Kunsill u b'konsultazzjoni pubblika

Ir-Reġistru tat-Trasparenza konġunt tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew (għal dawk li jappoġġjaw xi kawża partikolari, li jirrappreżentaw l-interessi, li huma involuti f'attivitajiet ta' lobbying eċċ.) se jiċċelebra l-ewwel sena tiegħu għada (fit-23). Ir-reġistru onlajn joffri informazzjoni estensiva liċ-ċittadini dwar min qed ifittex li jipprovdi kontribut u li jinfluwenza t-tfassil tal-politika Ewropea, filwaqt li jikkostitwixxi eżempju innovattiv tal-kooperazzjoni li hemm bejn l-istituzzjonijiet tal-UE.

L-anniversarju jaħbat mad-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill tal-Ministri li jiġi rrappreżentat huwa wkoll, billi jibgħat osservatur fis-segretarjat konġunt li jieħu ħsieb il-ġestjoni ta' kuljum tar-reġistru.

Il-Viċi President Maroš Šefčovič qal: "L-ewwel sena tar-Reġistru tat-Trasparenza l-ġdid kienet promettenti ħafna. Iċ-ċifri ta' reġistrazzjoni waħedhom huma ċari biżżejjed - issa aktar minn 5,150 organizzazzjoni jinsabu marbuta bl-istess kodiċi ta' kondotta fl-interazzjonijiet tagħhom mal-istituzzjonijiet tagħna, u l-għadd ta' reġistrazzjonijiet qed ikompli dejjem jiżdied."

"Anke d-deċiżjoni tal-Kunsill li jiġi involut bħala osservatur tibgħat messaġġ lill-pubbliku, u tindika li t-tliet istituzzjonijiet ewlenin tal-UE qed jaħdmu lkoll flimkien f'dan il-qasam importanti. Inkun tabilħaqq sodisfatt li kieku l-Kunsill kellu jipparteċipa bis-sħiħ fir-Reġistru tat-Trasparenza kemm jista' jkun malajr."

Sabiex jiġu stabbiliti l-pedamenti ta' proċess ta' reviżjoni li se jsir is-sena d-dieħla, u biex jingħata kontribut għat-tħejjija tal-ewwel rapport annwali dwar kif sejjer ir-reġistru, ġiet imnedija konsultazzjoni pubblika onlajn għall-partijiet interessati li se tibqa' miftuħa sal-31 ta' Awwissu 2012.

L-anniversarju jaħbat ukoll mal-għeluq formali tar-reġistru l-antik tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentanti tal-interessi, li kien ġie introdott fl-2008. L-organizzazzjonijiet li kienu mniżżla fir-reġistru l-antik ġew gradwalment trasferiti fir-reġistru l-ġdid matul il-perjodu ta' tranżizzjoni ta' 12-il xahar, filwaqt li r-reġistrazzjonijiet il-ġodda kollha saru esklużivament fir-Reġistru tat-Trasparenza konġunt.

Sfond

Link għall-konsultazzjoni pubblika dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza:

http://ec.europa.eu/transparency/civil_society/consultation/transparency_register_mt.htm

Link għar-Reġistru tat-Trasparenza: http://europa.eu/transparency-register/index_mt.htm

http://www.europarl.europa.eu/news/de/pressroom/content/20120625IPR47616/html/EU-Transparency-Register-over-5000-interest-groups-sign-up-in-first-year

Kuntatti :

Antonio Gravili (+32 2 295 43 17)

Marilyn Carruthers (+32 2 299 94 51)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website