Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli jirrakkomanda l-ftuħ gradwali tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-UE

Commission Européenne - IP/12/626   20/06/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012

Rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli jirrakkomanda l-ftuħ gradwali tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-UE

Il-ftuħ gradwali ta’ swieq nazzjonali tat-trasport bit-triq għandu jiġi kkunsidrat bħala pass importanti lejn il-tisħiħ taż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport, jgħid rapport mgħoddi lill-Viċi-President Kallas illum. F’Ġunju 2011, Grupp ta’ Livell Għoli ta’ akkademiċi ġie mqabbad ifassal rapport dwar is-sitwazzjoni tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-UE. Il-Grupp ta’ Livell Għoli jikkunsidra li l-ftuħ pass pass tas-suq ser iżid il-flessibiltà tal-operazzjonijiet u l-kompetizzjoni fi swieq internazzjonali, filwaqt li jiżgura kompetizzjoni ġusta u jżomm normi soċjali adegwati. Il-Kummissjoni ser tieħu inkonsiderazzjoni dawn il-konklużjonijiet fir-rapport tagħha dwar is-sitwazzjoni tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-UE, li għandu jiġi ppubblikat fl-2013.

“Ir-rapport iservi bħala bażi utli għar-riflessjoni u ser jikkontribwixxi għax-xogħol kontinwu tal-Kummissjoni dwar l-analiżi tas-sitwazzjoni tas-suq tat-trasport bit-triq tal-UE", jgħid il-Viċi-President Kallas. "Ser ikun partikolarment ta' għajnuna li wieħed jifhem kif nistgħu nimmiraw il-politika tagħna tat-trasport bit-triq lejn tkabbir u kompetittività, billi s-settur isir aktar effiċjenti u r-regoli li jmexxuh ikunu aktar ġusti u effettivi".

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta’ Livell Għoli

Ir-rakkomandazzjonijiet jisħqu fuq il-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-ftuħ tas-suq tat-trasport bit-triq, fejn operazzjonijiet ta’ kabotaġġ għadhom limitati għal madwar 2% tal-operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport b’kiri u bi ħlas. Il-Grupp ta’ Livell Għoli qed jipproponi ftuħ flessibbli u gradwali tas-swieq nazzjonali tat-trasport bit-triq, imsaħħaħ b’miżuri li jiżguraw li forzi tax-xogħol suffiċjenti jkunu disponibbli, li r-regoli jiġu applikati b'mod ġust u li l-innovazzjoni tista' tiġi mħeġġa. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu:

  • Li l-impjieg tas-sewwieqa jerġa’ jinġbed in-nies li kellu qabel.

  • Li wieħed jiżgura kundizzjonijiet ġusti ta’ kompetizzjoni permezz ta’ infurzar ċar u effiċjenti.

  • Li l-kabotaġġ jinfetaħ gradwalment.

  • Li s-sewwieqa li jwettqu attivitajiet ta’ kabotaġġ li mhumiex marbuta ma’ trasport internazzjonali jiġu obbligati li japplikaw li-istess liġi tax-xogħol tal-kompetitur lokali tagħhom skont l-istess prinċipji bħal dawk tad-Direttiva dwar l-Impjieg ta' Ħaddiema1.

  • Li tiġi mħeġġa l-innovazzjoni fit-trasport bit-triq bħala għajnuna biex jinkiseb l-għan ta' trasport tal-ġarr tal-merkanzija bit-triq aktar effiċjenti.

B’mod partikolari, il-Grupp jirrakkomanda li żewġ tipi differenti ta’ kabotaġġ ikunu introdotti:

  • ‘Kabotaġġ marbut’, limitat għal perjodu qasir ta’ żmien u mqabbad ma' ġarr internazzjonali,

  • u ‘kabotaġġ mhux marbut’, li jista' jsir għal perjodu itwal ta' żmien, indipendentement minn ġarr internazzjonali eżistenti, u li jkun soġġett għal proċedura ta’ reġistrazzjoni biex tiżgura li s-sewwieqa involuti japplikaw il-liġi tax-xogħol tal-kompetitur lokali tagħhom.

Sfond

Ir-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-suq intern ikkonkluda sena ta’ konsultazzjoni u riċerka tal-partijiet interessati. Il-Grupp, immexxi mill-Professur Brian T. Bayliss, mogħni mill-Kummissjoni, wettaq taħditiet u konsultazzjonijiet ma' 126 organizzazzjoni interessata. Abbażi ta’ dan ir-rispons, il-Grupp ippubblika rakkomandazzjonijiet rigward erba’ oqsma kritiċi:

  • in-nuqqas ta’ sewwieqa

  • l-infurzar

  • il-kabotaġġ

  • l-innovazzjoni.

Il-passi li jmiss

Ir-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli ser jikkontribwixxi għar-rapport li l-Kummissjoni għandha tippubblika dwar is-sitwazzjoni tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-UE sal-2013. Il-Kummissjoni tista' tehmeż proposta favur li jinfetaħ aktar is-suq tat-trasport bit-triq tal-UE għall-kompetizzjoni, skont ir-riżultati tiegħu.

Għal aktar tagħrif

Sommarju tar-rakkomandazzjonijiet

Rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-sitwazzjoni tas-suq tat-trasport tal-merkanzija bit-triq tal-UE

Il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

MEMO/12/457

Kuntatti :

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)

1 :

Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi, ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1-6.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site