Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-iżvilupp ta’ Politika Kriminali koerenti tal-UE konformi mad-Drittijiet Fundamentali: Il-Kummissjoni tiġbor esperti ta' livell għoli

European Commission - IP/12/621   19/06/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, id-19 ta' Ġunju 2012

L-iżvilupp ta’ Politika Kriminali koerenti tal-UE konformi mad-Drittijiet Fundamentali: Il-Kummissjoni tiġbor esperti ta' livell għoli

Illum, il-Viċi-President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE, fetħet il-laqgħa inawgurali tal-grupp ta' esperti dwar il-politika kriminali tal-UE. Għoxrin espert legali, akkademiċi u prattikanti ta’ livell għoli, qed jiltaqgħu biex jiddiskutu u jagħtu pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar mistoqsijiet ewlenin tal-liġi kriminali tal-UE. Il-grupp jinkludi imħallfin, prosekuturi u avukati difensuri minn tlettax-il Stat Membru tal-UE differenti li jirrappreżentaw it-tradizzjonijiet legali ewlenin tal-UE (ara l-Anness).

Il-Grupp ta' esperti se jikkontribwixxi biex tittejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-liġi kriminali, fid-dawl tar-regoli l-ġodda tat-Trattat ta' Lisbona u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Huwa se jiltaqa' darbtejn fis-sena. Il-grupp inħoloq wara Komunikazzjoni ta' politika ppubblikata f'Settembru 2011 li fiha l-Kummissjoni stabbiliet l-istrateġija u l-prinċipji li bi ħsiebha tapplika meta tuża l-liġi kriminali tal-UE biex issaħħaħ l-infurzar tal-politiki Ewropej u tħares l-interessi taċ-ċittadini (ara IP/11/1049).

"Bit-Trattat ta' Lisbona fis-seħħ, illum l-Unjoni Ewropea hija mgħammra ferm aħjar għall-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali permezz tal-liġi kriminali. Madankollu, hemm ukoll limiti ċari legali u demokratiċi għal dak li nistgħu nagħmlu. Il-liġi kriminali tal-UE trid tiġi żviluppata bid-drittijiet fundamentali dejjem f’moħħna, b’mod partikolari d-drittijiet għal proċess ġust, bi qbil mal-Parlament Ewropew u b’rispett għas-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti madwar l-UE", qalet il-Viċi-President Reding, il-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE. "L-għarfien espert prezzjuż miġbur fil-grupp ta' esperti dwar il-liġi kriminali se jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa approċċ aktar koerenti lejn il-liġi kriminali fil-livell tal-UE."

Sfond

Il-liġi kriminali tal-UE tista' tgħin biex tiżgura li jiġu rispettati r-regoli madwar l-UE. Regoli dwar il-prevenzjoni tal-manipulazzjoni tas-swieq finanzjarji permezz ta' prattiki bħal insider trading (IP/11/1218), dwar il-ħarsien tal-flus tal-kontribwenti mill-frodi (IP/11/644) jew dwar il-ħarsien tal-ambjent huma effettivi biss jekk jiġu infurzati.

Il-Kunsill tal-Ministri tal-UE ilu joħloq regoli fil-qasam tal-liġi kriminali għal aktar minn deċennju, bit-tir li jiġġieled aħjar il-kriminalità li qiegħda ssir dejjem aktar internazzjonali u sofistikata. Iżda dawn ir-regoli sikwit ma kellhomx bażi ta’ politika koerenti.

It-Trattat ta' Lisbona jippermetti lill-UE tagħmel użu mil-liġi kriminali biex issaħħaħ l-infurzar tal-politiki u r-regoli tal-UE. Leġiżlazzjoni tal-liġi kriminali għandha issa tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, taħt kontroll ġudizzjarju sħiħ tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, il-Parlamenti nazzjonali huma msejħa biex ikollhom rwol qawwi fl-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-liġi kriminali.

Fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni legali mibdula, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat, f’Settembru 2011, dokument ta' politika bit-titlu "Lejn Politika Kriminali tal-UE – L-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva tal-politiki tal-UE permezz tal-liġi kriminali" li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom l-Unjoni għandha tistabbilixxi politika kriminali tal-UE koerenti u konsistenti.

Bit-twaqqif tal-grupp ta' esperti ta’ llum il-Kummissjoni qiegħda twettaq dak li ħabbret f’Settembru li għadda. Fil-21 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tistabbilixxi l-grupp, li kellu l-ewwel laqgħa tiegħu fi Brussell illum.

Il-kompożizzjoni tal-grupp tfittex li tipprovdi livell għoli ta' għarfien espert u, kemm jista' jkun, bilanċ adegwat f’termini ta' firxa ta' kompetenzi, oriġini ġeografika u ġeneru. Il-membri għandhom mandat ta' tliet snin u jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom mingħajr remunerazzjoni.

Id-diskussjonijiet waqt il-laqgħa inawgurali illum iffokaw fuq żewġ suġġetti rikorrenti – ir-relazzjoni bejn sanzjonijiet amministrattivi u kriminali, kif ukoll l-obbligu għall-Istati Membri li jipprovdu għal sanzjonijiet kriminali "effettivi, proporzjonati u dissważivi".

Għal aktar tagħrif

SPEECH/12/461

Il-Kamra tal-Aħbarijiet tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/justice/newsroom/index_en.htm

Il-politika tal-liġi kriminali tal-UE:

http://ec.europa.eu/justice/criminal/criminal-law-policy/index_en.htm

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja,:

http://ec.europa.eu/reding

Persuni ta' kuntatt :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Annex: Members of the Expert Group on EU Criminal Policy

Academics

Peter Asp Professor, University of Stockholm

Luigi Foffani Professor, University of Modena

Dan Frände Professor, University of Helsinki

Estella Baker Professor, University of Sheffield

Berend Ferdinand Keulen Professor, University of Groningen

Valsamis Mitsilegas Professor, University of London, Queen Mary

Helmut Satzger Professor, University of Munich

Jocelyne Leblois-Happe Professor, University of Strasbourg

Pedro Caeiro Professor, University of Coimbra

Kristine Strada-Rozenberga Professor, University of Latvia

Practitioners

Jorge Espina Prosecutor

Joachim Ettenhofer Prosecutor; EJN Contact Point

Mike Kennedy Crown Prosecution Service

Galina Toneva Deputy Prosecutor General

Ignazio Patrone Prosecutor General's Office

Margarete von Galen Defence Lawyer

Paul Garlick Barrister, QC

Hans Sundberg Judge, Court of Appeal

Béatrice Blanc Judge, President Tribunal de Grande Instance

Igor Dzialuk Independent Expert (former Undersecretary of State,

Ministry of Justice and former Prosecutor)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website