Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2012

Aġenda Diġitali: It-Tabella ta’ Valutazzjoni annwali tikkonferma l-bżonn għal riformi strutturali ekonomiċi madwar l-Ewropa u għal aktar impjiegi fl-ICT; xejra kbira lejn is-servizzi u teknoloġija tal-mowbajl

Iċ-ċittadini, in-negozji u l-innovaturi tal-Ewropa qed joħolqu biżżejjed domanda diġitali biex iqiegħdu l-Ewropa fi tkabbir ekonomiku sostenibbli, iżda n-nuqqas milli jfornu biżżejjed internet veloċi, kontenut onlajn, riċerka u ħiliet rilevanti qed ixejjen dan il-potenzjal. Il-konsum akbar ta' dejta u l-bidla lejn teknoloġiji mobbli (bħall-ismartphones) u servizzi mobbli (bħall-internet 3G, is-smigħ ta' mużika onlajn u l-webmejl) huma l-aktar xejriet sinifikanti fis-settur tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, li issa jgħodd 8 miljun impjieg u 6% tal-PDG tal-UE.

Neelie Kroes, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, qalet: “L-Ewropej huma għatxana għal teknoloġiji diġitali u aktar għażliet diġitali, iżda l-gvernijiet u l-industrija mhux qed ilaħħqu magħhom. Din il-ġibda lejn il-mod ta’ ħsieb u l-mudelli tan-negozju tas-seklu 20 qed tkun ta’ dannu għall-ekonomija tal-Ewropa. Hija xi ħaġa tal-mistħija

Billi ma ninvestux biżżejjed qed nagħmlu ħsara lilna nfusna. L-Ewropa ser titgħaffeġ mill-kompetituri globali tagħha jekk se nibqgħu sodisfatti bina nfusna.”

Sejbiet importanti fit-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali (DAE) tal-Kummissjoni Ewropea jinkludu:

Żviluppi pożittivi:

  • Il-broadband issa nfirex kważi mal-Ewropa kollha. 95% tal-Ewropej għandhom aċċess għal konnessjoni broadband fissa.

  • Il-konsumaturi u n-negozji qed jimxu b’pass mgħaġġel lejn konnessjoni mobbli. L-abbonament għall–Internet tal-Mowbajl kiber b’62% għal 217-il miljun abbonament tal-broadband tal-mowbajl.

  • 15-il miljun Ewropew ġew konnessi għall-ewwel darba fl-2011, u issa 68% tal-Ewropej ikunu onlajn regolarment u 170 miljun fuq netwerks soċjali. Għall-ewwel darba, il-maġġoranza tal-Ewropej żvantaġġjati b’mod ekonomiku użaw l-internet, iżda wieħed minn kull erba’ Ewropej għadu qatt ma uża l-internet.

  • Il-Greċja, il-Portugall u l-Irlanda daru għall-gvern elettroniku biex iżommu servizzi pubbliċi ta' kwalità. Flimkien mar-Repubblika Ċeka, l-akbar żidiet fid-dispożizzjoni u l-użu tal-gvern elettroniku kienu f’ekonomiji magħfusa fil-flus, li jissottolinjaw ir-rwol tal-valur tal-gvern elettroniku f’riforma strutturali ta’ suċċess.

Żoni ta’ tħassib

Nofs il-forza tax-xogħol Ewropea ma għandhiex biżżejjed ħiliet fl-ICT biex jgħinuha tbiddel l-impjieg jew issib wieħed ġdid. Filwaqt li 43% mill-popolazzjoni tal-UE għandhom ħiliet tal-Internet għoljin u jistgħu, pereżempju, jużaw l-Internet biex jagħmlu telefonata jew joħolqu websajt, kważi nofs il-forza tax-xogħol mhix kunfidenti li l-ħiliet tal-kompjuter u tal-internet tagħhom huma biżżejjed f’dan is-suq tax-xogħol. Kważi 25% ma għandhomx ħiliet fl-ICT. Dawn il-problemi qed jagħmluha diffiċli biex jimtlew il-postijiet tax-xogħol disponibbli fl-ICT, li ser jammontaw għal 700 000 sal-2015.

Ix-xiri onlajn għadu attività nazzjonali. Filwaqt li 58% tal-utenti tal-internet tal-UE qed jixtru onlajn, wieħed minn għaxra biss xtara minn websajt ibbażat fi Stat Membru ieħor tal-UE. L-ikbar problemi huma l-ostakli tal-lingwa u l-burokrazija (bħar-rifjut għall-kunsinna u l-komplikazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-awtur).

L-Użu tal-kummerċ elettroniku mill-SMEs waqaf. Il-maġġoranza tal-SMEs la jixtru u anqas ibigħu onlajn, u b'hekk jillimitaw il-potenzjal tagħhom għall-esportazzjoni u d-dħul.

L-investimenti fir-riċerka qed ikarkru dejjem aktar wara l-kompetituri tagħna. Filwaqt li r-riċerka pubblika ġiet imħarsa minn miżuri ta’ awsterità, l-infiq huwa taħt sew is-6% tat-tkabbir annwali meħtieġ biex jiġi rduppjat l-investiment publiku sal-2020. L-investimenti fir-riċerka kummerċjali qed jonqsu. Is-settur tal-ICT tal-UE issa għandu anqas min-nofs tal-intensità tar-R&D tas-settur tal-ICT tal-Istati Uniti.

Il-kumpaniji tat-telekomunikazzjonijiet jibqgħu jqarrqu bil-konsumaturi bil-prezzijiet tar-roaming bil-mowbajl. Bejn l-2011 u l-2012 aktar kumpaniji abbandunaw l-approċċ qarrieq ta’ qabel, billi offrew pakketti ta’ prezzijiet jew rati ta’ roaming li jirriflettu r-rati nazzjonali. Madanakollu, il-konsumaturi xorta qed iħallsu medja ta’ tliet darbiet u nofs aktar għal telefonati bir-roaming kif ukoll għal telefonati nazzjonali.

34 mill-101 azzjonijiet tal-Aġenda Diġitali huma kompleti (IP/10/581, MEMO/10/199 u MEMO/10/200). 52 mexjin kif suppost u 15 qed jiddewmu jew jinsabu f’riskju ta’ dewmien. Il-proċess tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Diġitali janalizza wkoll l-istat tas-suq tat-telekomunikazzjonijiet tal-UE, u l-Kompetittività Diġitali tal-Ewropa (ara l-MEMO/12/446).

L-Isfond

Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli mill-ħolqien ta’ klima regolatorja u ta’ negozju li għandha tinkoraġġixxi l-kompetizzjoni u l-investiment fis-swieq tat-teknoloġija diġitali tal-Ewropa.

It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali tal-2012 tivvaluta l-progress fuq livell nazzjonali u tal-UE fil-kisba ta’ din il-klima, kif imkejjel mat-78 azzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Kummissjoni u t-23 azzjoni għall-Istati Membri.

Bejn l-2011 u l-2012 saru proposti regolatorji sinifikanti biex jinkiseb dan, inklużi:

  • Regolament ġdid għar-roaming biex jiġu estiżi l-limiti fuq il-prezzijiet għad-dejta u għall-introduzzjoni ta' kompetizzjoni ġdida.

  • Il-ministri tal-UE laħqu ftehim preliminari (ara IP/12/583) dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, inkluż ‘il fuq minn €7 biljun f’appoġġ mill-UE għall-ingranaġġ tal-investiment privat fil-broadband tal-ġenerazzjoni li jmiss u għall-iżvilupp ta’ servizzi essenzjali onlajn bħall-akkwist elettroniku, il-kura tas-saħħa elettronika, il-ġustizzja elettronika u Europeana.

  • Fl-ambitu tal-Horizon 2020, il-programm tal-iffinanzjar li jmiss għar-riċerka u l-innovazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi investiment ta’ €80 biljun, bl-ICT bħala l-akbar benefiċjarju settorjali

  • Regolament għall-provvediment tal-armonizzazzjoni ta’ firem elettroniċi u servizzi oħra ta’ fiduċja li huma importanti għall-ftuħ tat-tfaddil tal-akkwist elettroniku u għal rikonoxximent reċiproku ta’ identifikazzjoni elettronika bejn l-Istati Membri tal-UE.

  • Pjan ta' azzjoni tal-kummerċ elettroniku biex tiffaċilita l-aċċess transkonfinali għall-prodotti u l-kontenut onlajn u biex fl-aħħar nett issolvi l-problemi tal-pagament, il-kunsinna u l-ħarsien u l-informazzjoni tal-konsumatur (ara IP/12/10).

L-Istati Membri ntalbu wkoll mill-President Barroso jaħtru "Promotur Diġitali" bħala pont u immaġini pubblika għall-valur tal-internet, waqt li Neelie Kroes sejħiet l-industrija, l-edukaturi u gruppi oħra biex jiffurmaw koalizzjoni kbira għall-impjiegi fl-ICT, inklużi opportunitajiet aħjar għat-taħriġ fl-IT (SPEECH/12/282).

L-istrateġiji tal-UE għall-cloud computing u s-sigurtà tal-internet se jkunu ppreżentati fl-2012.

Għal aktar tagħrif

It-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Aġenda Diġitali

It-Tabella ta' Valutazzjoni għal kull pajjiż: iħarsu lejn il-broadband, l-użu tal-Internet, il-gvern elettroniku, ix-xejriet regolatorji u ta' riċerka tat-telekomunikazzjonijiet għal kull pajjiż fl-UE.

Il-websajt tal-Aġenda Diġitali

Il-websajt ta’ Neelie Kroes

Segwi lil Neelie Kroes fuq Twitter

Kuntatti:

Ryan Heath (+32 2 296 17 16), Twitter: @ECspokesRyan

Linda Cain (+32 2 299 90 19)

Anness

Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site