Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni tiċċara r-regoli eżistenti dwar l-użu fil-qsim tal-fruntiera tat-trakkijiet li jissuperaw it-tul massimu

European Commission - IP/12/611   15/06/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-15 ta’ Ġunju 2012

Il-Kummissjoni tiċċara r-regoli eżistenti dwar l-użu fil-qsim tal-fruntiera tat-trakkijiet li jissuperaw it-tul massimu

Il-Viċi-President Kallas, il-Kummissarju tal-UE responsabbli għat-Trasport, illum ppreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-interpretazzjoni tad-Direttiva dwar piżijiet u dimensjonijiet tal-vetturi tat-triq1 u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati meta Stati Membri kontigwi jkunu jixtiequ jawtorizzaw trakkijiet b’dimensjonijiet itwal biex jaqsmu l-fruntiera ta’ bejniethom.

Din l-interpretazzjoni kienet mibgħuta f’ittra lis-Sur Simpson, il-President tal-Kumitat dwar it-Trasport u t-Turiżmu tal-Parlament Ewropew, wara li saru l-mistoqsijiet li ġejjin li oriġinarjament kienu mitluba mill-Unjoni Internazzjonali tat-Trasport bit-Triq.

Id-Direttiva 96/53 dwar il-piżijiet u d-dimensjonijiet massimi tal-vetturi tat-triq tipprevedi tliet ċirkostanzi fejn derogi jistgħu jingħataw għad-dimensjonijiet massimi tat-trakkijiet. L-Istati Membri kontigwi li jixtiequ jużaw dawn id-derogi biex jawtorizzaw lit-trakkijiet b’dimensjonijiet itwal jaqsmu l-fruntiera ta’ bejniethom jistgħu jagħmlu dan biss jekk jiġu ssodisfati kundizzjonijiet speċifiċi:

  • L-ewwel deroga tikkonċerna operazzjoni tat-trasport ta’ tagħbija indiviżibbli. F'tali każ l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzawha fuq il-bażi ta' permessi speċjali;

  • It-tieni deroga tikkonċerna vetturi li jużaw il-kunċett modulari meta jaqsmu fruntiera, fejn ir-rekwiżiti tal-infrastruttura eżistenti jippermettu dan. Id-Direttiva ma tmurx kontra tali operazzjonijiet tat-trasport safejn ma tkunx affettwata b'mod sinifikanti l-kompetizzjoni internazzjonali u sakemm it-trasport ikun limitat għal żewġ Stati Membri.

  • Fl-aħħar nett, it-tielet deroga tikkonċerna vjaġġ li jifforma parti minn prova. Dik il-prova għandha tibqa’ fil-livell lokali u għandha tkun limitata fiż-żmien.

Barra minn hekk m’għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn it-trasportaturi mill-Istat Membru konċernat u dawk minn Stati Membri oħra. Minbarra dan, dawn id-derogi m'għandhomx iwasslu biex prassi eċċezzjonali jsiru n-norma.

Dan kollu msemmi hawn fuq m'għandu l-ebda effett fl-Istati Membri li ma jagħmlux użu minn dawn id-derogi u ma jippermettix id-dħul fit-territorju tagħhom ta’ vetturi b’dimensjonijiet itwal. Kull Stat Membru għalhekk jista’ jiddeċiedi jippermettix jew le l-użu ta’ vetturi b’dimensjonijiet itwal fit-territorju tieghu, fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi u t-tħassib lokali. Dan huwa konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Il-Kummissjoni qed tippjana biex tipproponi emendi limitati għal aspetti oħrajn tad-Direttiva dwar piżijiet u dimensjonijiet lejn it-tmiem tal-2012 (eż. biex jitjieb id-disinn tal-kabina u l-ajrudinamika tat-trakk). Dan jipprovdi opportunità għall-koleġiżlaturi sabiex jirrevedu r-regoli dwar l-użu għall-qsim tal-fruntiera fil-każ li jixtiequ hekk

Sfond – Bħalissa, l-użu ta’ trakkijiet modulari huwa permess fil-Finlandja u fl-Isvezja, u qed jiġi ppruvat fid-Danimarka, fil-Pajjiż l-Baxxi u f’xi Länder Ġermaniżi.

Id-Direttiva 96/53/KE

Ittra mill-Viċi-President Kallas

Contacts :

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)

1 :

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website