Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: L-Istati Membri jilħqu ftehim dwar il-bini tal-infrastruttura futura tagħna

Commission Européenne - IP/12/583   07/06/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

il-Lussemburgu, is-7 ta' Ġunju 2012

Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: L-Istati Membri jilħqu ftehim dwar il-bini tal-infrastruttura futura tagħna

Siim Kallas, il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għat-trasport u l-mobilità, laqa’ l-isforzi tal-Presidenza Daniża u tal-eżitu tal-lum tal-Kunsill tat-Trasport li wasal għal approċċ ġenerali parzjali dwar l-inizjattiva magħrufa bħala 'Il-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa'. "It-twaqqif tal-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa (CEF) hija waħda mill-inizjattivi ewlenin tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-pakkett propost biex jinħolqu t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi", qal Kallas. "Naħseb li dan it-test jippreżenta bilanċ delikat fil-Kunsill u jifforma bażi ġusta għal xogħol ulterjuri. Dan jirrifletti wkoll il-koordinazzjoni tajba ħafna b’diskussjonijiet dwar il-linji gwida settorjali għan-netwerks transEwropej, li l-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa hija kruċjali għall-implimentazzjoni tagħhom ", żied jgħid.

Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni

F'Ottubru 2011 il-Kummissjoni adottat pjan li ser jiffinanzja investiment li jiswa EUR 50 biljun biex ittejjeb it-trasport, l-enerġija u n-netwerks diġitali tal-Ewropa. Il-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa (CEF) hija waħda mill-inizjattivi ewlenin proposti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-pakkett tagħha biex tiġġenera t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi. il-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa għandha tikkonċentra fuq proġetti b’valur miżjud għoli tal-UE u għandha tiffinanzja proġetti li jimlew il-ħoloq neqsin fis-sinsla diġitali, tat-trasport u l-enerġija fl-Ewropa u li tneħħi l-ostakli.

Billi tiffoka fuq il-mezzi ta' trasport li jniġġsu anqas, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ser timbotta s-sistema tat-trasport tagħna biex issir aktar sostenibbli. Ser tagħti wkoll aktar għażla lill-konsumaturi dwar kif jixtiequ jivvjaġġaw. Is-suq intern għall-enerġija ser jiġi żviluppat aktar permezz ta’ interkonnessjonijiet aħjar, li jwasslu għas-sigurtà fil-provvista u l-possibbiltà li tiġi trasportata l-enerġija rinnovabbli b'mod kosteffikaċi mal-UE kollha. Fir-rigward tas-servizzi diġitali, il-flus jintużaw għal għotjiet biex tinbena l-infrastruttura meħtieġa li twassal għall-idenifikazzjoni elettronika, l-akkwist elettroniku, ir-reġistri elettroniċi tal-kura tas-saħħa, il-Europeana, il-Ġustizzja elettronika u s-servizzi relatati mad-dwana. Il-flus iservu biex tiġi żgurata l-interoperabilità u jintlaħqu l-ispejjeż tal-operat tal-infrastruttura fil-livell Ewropew, li tgħaqqad l-infrastrutturi tal-Istati Membri. (IP/11/1200)

Il-passi li jmiss

Il-Kummissjoni tikkunsidra t-test miftiehem bħala bażi ġusta għal diskussjonijiet interistituzzjonali kontinwi. Il-Parlament Ewropew huwa mistenni li jivvota fuq il-proposta fi tmiem l-2012 jew kmieni fl-2013.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara l-memo tal-Kunsill tat-trasport u t-telekomunikazzjoni: MEMO/12/409

Kuntatti :

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site