Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-istorbju tal-ajruporti: L-Istati Membri jappoġġaw ir-reviżjoni tar-regoli tal-UE

European Commission - IP/12/582   07/06/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

il-Lussemburgu, is-7 ta' Ġunju 2012

L-istorbju tal-ajruporti: L-Istati Membri jappoġġaw ir-reviżjoni tar-regoli tal-UE

Siim Kallas, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea inkarigat mit-trasport, irringrazzja lill-Presidenza Daniża għall-ġestjoni enerġetika tagħha tal-proposti dwar Ajruporti Aħjar, li issa ntlaħaq ftehim dwaru mill-Kunsill kemm dwar il-groundhandling (fit-22 ta’ Marzu) u llum dwar l-istorbju. Huwa qal: "ll-ministri tat-trasport kienu kapaċi jilħqu approċċ ġenerali dwar din il-kwistjoni delikata mil-lat politiku li hija pass importanti. Deċiżjonijiet dwar ir-restrizzjonijiet tal-istorbju ser jibqgħu ċari għall-Istati Membri, iżda ninsab ukoll konxju tal-impatt tar-restrizzjonijiet fuq in-netwerk tal-avjazzjoni. Għalhekk irridu niżguraw proċess li jkun ġust u li jirrispetta r-regoli internazzjonali."

Il-proposta inizjali tal-Kummissjoni

Fl-1 ta’ Diċembru 2011 il-Kummissjoni adottat proposta għal regolament dwar restrizzjonijiet tal-istorbju, fil-kuntest tal-"pakkett ajruporti aħjar", flimkien ma' proposti dwar il-groundhandling u l-islots tal-ajruporti (ara IP/11/1484 u MEMO/11/857). Dwar ir-restrizzjonijiet tal-istorbju, il-Kummissjoni pproponiet li tirrevoka d-Direttiva 2002/30/KE u tissostitwiha b’Regolament ġdid.

L-istorbju tat-traffiku tal-ajru qed jaffettwa l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini fil-viċinanzi tal-ajruporti. Fl-istess waqt, il-pubbliku li jvvjaġġja jridi jżommu għażla kbira tas-servizzi bl-ajru u l-avjazzjoni hija mutur reġjonali għat-tkabbir. L-isfida hija li jinstab il-bilanċ bejn dawn iż-żewġ għanijiet u li jittieħdu aktar deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza, bir-rispett dovut għall-karattru globali tal-avjazzjoni. Il-proposta tagħmilha wkoll possibbli li telimina gradwalment l-inġenji tal-ajru l-iktar storbjużi tal-flotta, li jikkontribwixxu b'mod sproporzjonat għall-istorbju tat-traffiku bl-ajru.

Liema kienu l-kwistjonijiet prinċipali involuti?

il-Ministri għat-trasport approvaw l-impetu ewlieni tal-proposta tal-Kummissjoni:

  • Ir-regoli l-ġodda ser jidentifikaw b’mod aktar ċar l-atturi kollha fil-proċess tal-valutazzjoni tal-istorbju bid-drittijiet u l-obbligi rispettivi tagħhom. Iċ-ċttadini li jgħixu viċin ta’ ajruport ser ikunu involuti fil-proċess tal-valutazzjoni tal-istorbju u ser jiġu kkonsultati formalment qabel ma awtorità tiddeċiedi dwar restrizzjoni operattiva.

  • L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jiffokaw fuq l-iktar inġenji tal-ajru storbjużi tal-flotta (l-hekk imsejħa 'inġenji tal-ajru konformi marġinalment') u l-ewwel teliminahom gradwalment, minflok ma tintroduċi projbizzjonijiet ġenerali tat-titjiriet bil-lejl, li jaffettwaw ukoll l-operaturi tal-inġenji tal-ajru li diġà qed jinvestu f’ajruplani inqas storbjużi. Il-ministri tat-trasport aċċettaw definizzjoni aktar stretta ta’ 'inġenji tal-ajru konformi marġinalment', mal-implimentazzjoni gradwali lejn strettezza akbar.

  • Il-Kummissjoni ser ikollha d-dritt li tirrivedi l-kwalità tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex tiżgura li l-passi kollha fil-proċess ġew rispettati, f'konformità mal-impenji internazzjonali.

  • Il-Kummissjoni ser tingħata l-awtorizzazzjoni li taġġorna l-istandards dwar l-istorbju fid-dawl ta’ żviluppi internazzjonali fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili, il-korp tan-NU għall-avjazzjoni ċivili internazzjonali responsabbli biex jiġu stabbiliti l-istandards dwar l-istorbju għall-inġenji tal-ajru.

B'kollox, dan il-Ftehim jistabbilixxi qafas Ewropew li bih iċ-ċittadini jkollhom proċess viżibbli li fih jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom; l-awtoritajiet nazzjonali jkunu meħtieġa jsegwu parametri ċari fit-teħid tad-deċiżjonijiet; l-operaturi għandhom jiksbu aktar prevedibbiltà u ċertezza legali bħala riżultat; jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni twettaq verifika tal-kwalità dwar il-proċess f'konformi mal-impenji internazzjonali; deċiżjonijiet dwar is-sustanza jibqgħu strettament f'idejn l-Istati Membri.

Il-passi li jmiss

Il-Parlament Ewropew għad irid jieħu vot dwar il-proposta fl-ewwel qari. Ir-Regolament propost dwar ir-restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju huwa t-tieni minn tliet proposti leġiżlattivi tal-"pakkett ajruporti aħjar". Minbarra d-diskussjoni tal-lum, il-Kummissjoni tistenna li taħt il-Presidenza ta’ Ċipru, il-Kunsill jaħdem fuq it-tielet element, is-slots.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara l-memo tal-Kunsill tat-trasport u t-telekomunikazzjoni: MEMO/12/409

Contacts :

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website