Sélecteur de langues
Chemin de navigation

Il-Kummissjoni Ewropea
Stqarrija għall-istampa
Brussell, 7 ta’ Ġunju 2012
Sar progress fit-tnaqqis tat-tluq kmieni mill-iskola u fiż-żieda fl-għadd ta' gradwati fl-Ewropa, iżda jinħtieġu sforzi akbar
Jekk iridu jilħqu l-miri għall-edukazzjoni stabbiliti fl-Ewropa 2020, l-Istati Membri għandhom jistinkaw sabiex inaqqsu l-għadd ta' żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola għal rata ta' inqas 10 % u jżidu l-proporzjon ta' żgħażagħ kwalifikati fil-livell tal-lawrja għal mill-inqas 40 %. Dan jirriżulta minn ċifri maħruġa mill-Eurostat għall-2011, ċifri li jixhdu l-progress li qegħdin jiksbu l-Istati Membri, iżda wkoll li għad hemm diskrepanzi kbar bejn il-pajjiżi tant li hemm dubji kbar dwar kemm l-UE se jirnexxilha tilħaq il-miri tagħha tal-2020. Il-proporzjon ta’ dawk li jitilqu mill-iskola kmieni bħalissa huwa ta' 13,5 %, meta fl-2010 kien ta' 14,1 % u 17,6 % fl-2000. Fl-2011 kienu 34,6 % dawk ta’ bejn it-30 u l-34 sena fl-UE li kienu ggradwati, meta mqabbla mat-33,5 % fis-sena ta' qabel u t-22,4% fl-2000.
Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ qalet: "L-Istati Membri għandhom bżonn jiffukaw fuq ir-riformi u jsaħħu l-isforzi tagħhom biex jimplimentaw strateġiji komprensivi kontra t-tluq kmieni mill-iskola. Jeħtieġ li jsaħħu l-aċċess għall-edukazzjoni għolja filwaqt li jtejbu wkoll il-kwalità tagħha. Li ż-żgħażagħ jingħataw ħiliet u kwalifiki xierqa se jgħin lill-Ewropa biex din tiġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ, tegħleb il-kriżi u tagħmel l-aħjar użu possibbli mill-opportunitajiet li ħolqot l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien. Investiment serju fl-edukazzjoni u t-taħriġ huwa prerekwiżit għal suċċess fit-tul: mingħajr finanzjamenti xierqa l-Ewropa mhix se jirnexxilha tirbaħ il-ġlieda globali għat-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività."
Għalkemm l-aħħar ċifri jenfasizzaw il-progress li sar lejn dawn iż-żewġ miri, il-Kummissjoni hija xorta waħda mħassba li dan mhuwiex riżultat ta' riformi li jkollhom impatt fit-tul iżda pjuttost prodott sekondarju tar-rata għolja ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, li jfisser li qed ikun hemm dejjem aktar żgħażagħ li qegħdin jibqgħu jistudjaw jew jitħarrġu. Punt ieħor ta’ tħassib huwa li l-miri nazzjonali li stabbilixxew l-Istati Membri mhumiex biżżejjed għall-UE biex din tilħaq il-mira ġenerali konġunta tagħha.
Fir-rigward tat-tluq kmieni mill-iskola, definit bħala l-proporzjon ta’ dawk bejn it-18 u l-24 sena li fl-aħjar każijiet ikollhom biss kwalifiki ta' edukazzjoni sekondarja baxxa u li ma baqgħux jistudjaw jew jitħarrġu, 11-il Stat Membru qabżu l-valur indikattiv ta' 10%1. Għalkemm Malta (33,5%), Spanja (26,5%) u l-Portugall (23,2%) kellhom l-ogħla rati ta’ żgħażagħ li jitilqu l-iskola kmieni, dawn għamlu ħafna progress matul dawn l-aħħar snin. Stati Membri oħra li naqqsu r-rata ta' tluq kmieni mill-iskola jinkludu lil Ċipru (11,2%), il-Latvja (11,8%) u l-Bulgarija (12,8%).
Hemm 13-il Stat Membru li r-rata tagħhom ta' studenti li komplew l-edukazzjoni għolja tisboq il-mira ewlenija ta' 40 %2. Fost dawk b'rati aktar baxxi ta’ studenti li komplew l-edukazzjoni għolja, bħas-Slovenja (37,9%), il-Latvja (35,7%), l-Ungerija (28,1%), il-Portugall (26,1%), ir-Repubblika Ċeka (23,8%) u r-Rumanija (20,4%), kollha raw żidiet annwali ta’ iktar minn żewġ punti perċentwali. B’kuntrast, il-Greċja (28,9%), l-Awstrija (23.8%) u l-Italja (20.3%) żiedu r-rata tagħhom b’nofs punt perċentwali biss jew anqas u l-Bulgarija (27.3%) u Malta (21.1%) irreġistraw tnaqqis fir-rata ta' studenti li komplew l-edukazzjoni għolja tagħhom. Il-Polonja (36.9%), il-Ġermanja (30.7%) u s-Slovakkja (23,4%) rreġistraw żidiet modesti matul l-istess perjodu.
L-isfond
Iċ-ċifri nġabru mill-Eurostat bħala parti mill-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol, li jipprovdi dejta dwar il-qagħda u x-xejriet tas-suq tax-xogħol tal-UE, inkluża l-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u t-tkomplija tagħha. F’Ġunju 2011, sabiex inaqqsu t-tluq kmieni mill-iskola sal-aħħar tal-2012, l-Istati Membri intrabtu li jiżviluppaw strateġiji komprensivi nazzjonali bbażati fuq l-evidenza.
Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi
Fit-30 ta’ Mejju 2012, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat sett ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri dwar riformi li jwasslu għal aktar stabbilità, tkabbir u impjiegi madwar l-UE. Sitt pajjiżi (id-Danimarka, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, Malta u Spanja) waslulhom rakkomandazzjonijiet biex jindirizzaw it-tluq kmieni mill-iskola, filwaqt li seba' pajjiżi oħra (l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja u s-Slovakkja) ngħataw rakkomandazzjonijiet fuq l-edukazzjoni għolja.
Il-koperazzjoni fil-livell Ewropew u l-passi li jmiss
Bħala parti mill-qafas strateġiku tal-UE għall-koperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ("ET 2020"), il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien sabiex inaqqsu r-rata ta' tluq kmieni mill-iskola u biex jimmodernizzaw l-edukazzjoni għolja billi jidentifikaw u jgħaddu lil xulxin prattiki tajba fil-livell Ewropew. Grupp ta’ ħidma magħmul minn esperti minn madwar l-UE kien twaqqaf f'Diċembru 2011 mill-Kummissjoni biex jappoġġja l-iżvilupp tal-politika fil-ġlieda kontra t-tluq kmieni mill-iskola.
Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar l-aħħar żviluppi dwar it-tluq kmieni mill-iskola u l-kisba tal-lawrja fil-Monitor tal-Edukazzjoni li jmiss (il-ħarifa tal-2012) u fl-Istħarriġ tat-Tkabbir Annwali li jmiss (2013).
Għal aktar tagħrif
Il-Kummissjoni Ewropea: Early school leaving (It-tluq mill-iskola)
Il-Kummissjoni Ewropea: Modernisation agenda for higher education (L-aġenda għall-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni għolja)
Eurostat: Labour Force Survey (Stħarriġ tal-Forza tax-Xogħol)
Is-sit elettroniku ta' Androulla Vassiliou
Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU
Kuntatti : Dennis Abbott (+32 2 295 92 58) Dina Avraam (+32 2 295 96 67) |
ANNESS
1.Ir-rati tat-tluq kmieni mill-iskola fl-UE (2000, 2010, 2011) u l-miri nazzjonali tal-Ewropa 2020 (f’%)
| 2000 | 2010 | 2011 | Il-miri nazzjonali |
L-UE 27 | 17.6 | 14.1 | 13.5 | Il-mira tal-UE = inqas minn 10.0 |
AT | 10.2 | 8.3 | 8.3 | 9.5 |
BE | 13.8 | 11.9 | 12.3 | 9.75 |
BG | : | 13.9 | 12.8 | 11.0 |
CY | 18.5 | 12.6 | 11.2 | 10.0 |
CZ | : | 4.9 | 4.9 | 5.5 |
DE | 14.6 | 11.9 | 11.5 | 10.0 |
DK | 11.7 | 10.7 | 9.6 | 10.0 |
EE | 15.1 | 11.6 | 10.9 | 9.5 |
EL | 18.2 | 13.7 | 13.1 | 10.0 |
ES | 29.1 | 28.4 | 26.5 | 15.0 |
FI | 9.0 | 10.3 | 9.8 | 8.0 |
FR | 13.3 | 12.8 | 12.0 | 9.5 |
HU | 13.9 | 10.5 | 11.2 | 10.0 |
IE | : | 11.4 | 10.6 | 8.0 |
IT | 25.1 | 18.8 | 18.2 | 15.5 |
LT | 16.5 | 8.1 | 7.9 | 9.0 |
LU | 16.8 | 7.1 | 6.2 | 10.0 |
LV | : | 13.3 | 11.8 | 13.4 |
MT | 54.2 | 36.9 | 33.5 | 29.0 |
NL | 15.4 | 10.1 | 9.1 | 9.0 |
PL | : | 5.4 | 5.6 | 4.5 |
PT | 43.6 | 28.7 | 23.2 | 10.0 |
RO | 22.9 | 18.4 | 17.5 | 11.3 |
SE | 7.3 | 9.7 | 6.6 | 10.0 |
SI | : | 5.0 | 4.2 | 5.1 |
SK | : | 4.7 | 5.0 | 6.0 |
UK | 18.2 | 14.9 | 15.0 | : |
Sors: Eurostat, L-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol, 2012
2. It-tkomplija tal-edukazzjoni għolja fost dawk bejn it-30 u l-34 sena (2000, 2010, 2011) u l-miri nazzjonali tal-Ewropa 2020 (f’%)
| 2000 | 2010 | 2011 | Il-miri nazzjonali |
L-UE 27 | 22.4 | 33.5 | 34.6 | Il-mira tal-UE = 40.0 |
AT | : | 23.5 | 23.8 | 32.0 |
BE | 35.2 | 44.4 | 42.6 | 47.0 |
BG | 19.5 | 27.7 | 27.3 | 36.0 |
CY | 31.1 | 45.1 | 45.8 | 46.0 |
CZ | 13.7 | 20.4 | 23.8 | 38.0 |
DE | 25.7 | 29.8 | 30.7 | 42.0 |
DK | 32.1 | 41.2 | 41.2 | 40.0 |
EE | 30.8 | 40 | 40.3 | 40.0 |
EL | 25.4 | 28.4 | 28.9 | 32.0 |
ES | 29.2 | 40.6 | 40.6 | 44.0 |
FI | 40.3 | 45.7 | 46 | 42.0 |
FR | 27.4 | 43.5 | 43.4 | 50.0 |
HU | 14.8 | 25.7 | 28.1 | 30.3 |
IE | 27.5 | 49.9 | 49.4 | 60.0 |
IT | 11.6 | 19.8 | 20.3 | 26.0-27.0 |
LT | 42.6 | 43.8 | 45.4 | 40.0 |
LU | 21.2 | 46.1 | 48.2 | 66.0 |
LV | 18.6 | 32.3 | 35.7 | 34.0-36.0 |
MT | 7.4 | 21.5 | 21.1 | 33.0 |
NL | 26.5 | 41.4 | 41.1 | aktar 40.0 |
PL | 12.5 | 35.3 | 36.9 | 45.0 |
PT | 11.3 | 23.5 | 26.1 | 40.0 |
RO | 8.9 | 18.1 | 20.4 | 26.7 |
SE | 31.8 | 45.8 | 47.5 | 40.0-45.0 |
SI | 18.5 | 34.8 | 37.9 | 40.0 |
SK | 10.6 | 22.1 | 23.4 | 40.0 |
UK | 29.0 | 43.0 | 45.8 | : |
Sors: Eurostat, L-Istħarriġ tal-Forza tax-Xogħol, 2012
Is-Slovenja (4,2%), ir-Repubblika Ċeka (4,9%), is-Slovakkja (5,0%), il-Polonja (5,6%), il-Lussemburgu (6,2%), l-Isvezja (6,6%), il-Litwanja (7,9%), l-Awstrija (8,3%), l-Olanda (9,1%), id-Danimarka (9,6%) u l-Finlandja (9,8%).
L-Irlanda (49,4%), il-Lussemburgu (48,2%), l-Isvezja (47,5%), il-Finlandja (46,0%), Ċipru (45,8%), ir-Renju Unit (45,8%), il-Litwanja (45,4%), Franza (43,4%), il-Belġju (42,6%), id-Danimarka (42,2%), l-Olanda (41,1%), Spanja (40,6%), l-Estonja (40,3%)