
Il-Kummissjoni Ewopea
Stqarrija għall-istampa
Brussell, il-5 ta' Ġunju 2012
Il-kura tas-saħħa: applikazzjoni tal-ismartphone biex tiżgura li dan is-sajf tivvjaġġa mingħajr stress
Fil-mument opportun, qabel il-vaganzi tas-sajf, il-Kampjonat tal-Futbol EURO 2012 u l-Olimpijadi ta' Londra 2012, il-Kummissjoni Ewropea nediet applikazzjoni għall-ismartphones li tfiehem kif tintuża il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa.
Kull min ikollu din il-Karta jkun jista' juża l-kura tas-saħħa li jipprovdi l-Istat f'każ ta' mard jew aċċident matul il-vjaġġ jew waqt li jkun qed jgħix barra minn pajjiżu għal ftit żmien f'xi wieħed minn 31 pajjiż Ewropew. Il-Karta tinħareġ – bla ħlas – mill-fornituri tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali. Din tiżgura aċċess għal trattament urġenti bl-istess kundizzjonijiet u spejjeż (b'xejn f'xi pajjiżi) bħall-persuni assigurati f'dak il-pajjiż.
Minħabba d-differenzi fis-sistemi tal-kura tas-saħħa jista' jkun li wieħed isibha diffiċli biex jifhem kif se juża l-Karta f'diversi pajjiżi u x'inhuma r-regoli lokali. Din il-gwida prattika dwar kif tintuża l-Karta fis-27 pajjiż tal-UE, fl-Islanda, fil-Liechtenstein, fin-Norveġja u fl-Isvizzera tista' tinstab bħala applikazzjoni għall-ismartphones fuq tliet pjattaformi: l-iOS, l-Android u l-Windows 7 mobile. Din fiha tagħrif ġenerali dwar il-Karta, in-numri tat-telefown tal-emerġenza, it-trattamenti koperti u l-ispejjeż, kif jintalab ir-rimborż u punt tal-kuntatt fil-każ li tintilef il-Karta. L-applikazzjoni tista' tinstab f'24 lingwa, u l-utent jista' jaqleb minn lingwa għal oħra.
Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) innifisha ma tistax tiġi ġġenerata u ma tistax titniżżel bl-applikazzjoni iżda trid tintalab mill-fornituri tal-assigurazzjoni tas-saħħa nazzjonali.
Niżżel l-applikazzjoni tal-"Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa" għall-ismartphone tiegħek: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=559






Il-Kuntest
Tabella 1: In-numri tal-EHICs u l-PRCs maħruġa u fiċ-ċirkolazzjoni fl-2011
Pajjiż | EHICs maħruġa fl-2011 | EHICs fiċ-ċirkolazzjoni | PRC (Karti provviżorji ta' sostituzzjoni li nħarġu) | Popolazzjoni | % tal-EHICs fiċ-ċirkolazzjoni għall-popolazzjoni |
AT | 1,015,397 | 8,059,279 | 5,061 | 8,404,252 | 95.90 |
BE | 2,148,514 | 3,133,103 | 39,510 | 10,951,665 | 28.61 |
BG | 94,997 | 139,121 | 49,968 | 7,504,868 | 1.85 |
CH | 2,700,000 | 10,900,000 | 0 | 7,870,134 | 138.49 |
CY | 42,502 | 44,789 | 21 | 804,435 | 5.57 |
CZ | 80,000 | 10,000,000 | 8,000 | 10,532,770 | 94.94 |
DE | 0 | 45,000,000 | 0 | 81,751,602 | 55.04 |
DK | 237,558 | 1,688,669 | 0 | 5,560,628 | 30.36 |
EE | 69,693 | 100,005 | 13,833 | 134,0194 | 7.46 |
EL | 170,129 | 104,248 | 29,211 | 11,309,885 | 0.92 |
ES | 1,937,656 | 3,401,306 | 900,703 | 46,152,926 | 7.34 |
FI | 382,870 | 1,025,552 | 18,244 | 5,375,276 | 19.08 |
FR | 4,859,876 | 4,859,876 | 1,807,777 | 65,048,412 | 7.47 |
HU | 369,638 | 946,987 | 27,498 | 9,985,722 | 9.48 |
IE | 414,649 | 1,216,247 | 86,362 | 4,480,858 | 27.14 |
IS | 37,566 | 73,912 | 541 | 318,452 | 23.21 |
IT | 7,820,789 | 59,814,580 | 225,090 | 60,626,442 | 98.66 |
LI | 1,048 | 36,953 | 60 | 36,149 | 102.22 |
LT | 117,016 | 244,604 | 15,281 | 3,244,601 | 7.54 |
LU | 125,304 | 504,662 | 14,757 | 511,840 | 98.60 |
LV | 58,389 | 155,693 | 437 | 2,229,641 | 6.98 |
MT | 44,254 | 154,378 | 17 | 417,617 | 36.97 |
NL | 6,159,716 | 4,991,186 | 10,616 | 16,655,799 | 29.97 |
NO | 519,284 | 1,100,000 | 6,990 | 4,920,305 | 22.36 |
PL | 1,456,059 | 1,225,502 | 16,010 | 38,200,037 | 3.21 |
PT | 391,603 | 1,109,641 | 22,910 | 10,636,979 | 10.43 |
RO | 328,787 | 200,563 | 22,493 | 21,413,815 | 0.94 |
SE | 1,117,989 | 3,000,000 | 13,126 | 9,415,570 | 31.86 |
SI | 671,496 | 646,675 | 171,532 | 2,050,189 | 31.54 |
SK | 543,701 | 1,554,099 | 129,552 | 5,435,273 | 28.59 |
UK | 7,477,159 | 23,025,502 | 4,694 | 62,435,709 | 36.88 |
total | 41,393,639 | 188,457,132 | 3,640,294 |
Sors: Il-kwestjonarju annwali għall-Istati Membri, 2011; Iċ-ċifri tal-popolazzjoni: il-Eurostat, dejta mill-2011.
Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) tkompli tagħmilha eħfef għaċ-ċittadini ta' 31 pajjiż Ewropew, (is-27 Stat Membru tal-UE, l-Islanda, il-Liechtenstejn, in-Norveġja u l-Isvizzera) biex jużaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa waqt li jkunu qed jgħixu barra minn pajjiżhom għal ftit żmien. Pazjent li jkollu din il-Karta hu intitolat biex juża l-kura tas-saħħa tas-settur pubbliku f’każ ta' mard jew aċċident (eż. tabib, spiżerija, sptar jew ċentru tal-kura tas-saħħa), bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini tal-pajjiż li jkun qed iżur.
Skont l-aħħar ċifri li taw il-pajjiżi li qed jieħdu sehem fl-iskema, bħalissa, iżjed minn 188 miljun persuna fl-Ewropa għandhom il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (jew ċertifikat ta' sostituzzjoni). Dan hu iżjed minn 37 % tal-popolazzjoni kollha tal-UE.
L-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE huma responsabbli biex jiżguraw li ċ-ċittadini huma konxji li teżisti din il-Karta, li tista' tinkseb b'mod faċli, u li l-Karta tista' tintuża minn min iżur pajjiżhom biex jaċċessa kura tas-saħħa urġenti. Il-Kummissjoni tibqa' taħdem mal-Istati Membri tal-UE biex jimplimentaw bis-sħiħ is-sistema u biex jagħtu sehemhom ħalli jiżdied l-għarfien fost iċ-ċittadini tal-UE dwar il-benefiċċji tal-EHIC.
Kummenti mat-tabella:
Id-Danimarka, il-Ġermanja u l-Isvizzera ma tawx dejta dwar il-PRCs mill-2008 'l hawn; ma saret l-ebda stima ta’ kemm inħarġu PRCs.
Jidher li fl-Isvizzera xi ċittadini użaw aktar minn EHIC waħda. Ma ngħata l-ebda kumment mill-awtoritajiet nazzjonali.
L-Isvezja ma tatx in-numru ta' EHICs fiċ-ċirkolazzjoni għall-2011, għalhekk it-tabella tirrapporta d-dejta mill-2010. Minħabba l-istess raġuni, għal Ċipru u l-Ġermanja ntużat id-dejta mill-2009 u għall-Estonja ntużat id-dejta mill-2008.
Il-Ġermanja ma tatx in-numru ta' EHICs li nħarġu mill-2008 'l hawn – dan ġie rappurtat bħala 0 fit-tabella. Għall-Italja ntużat id-dejta mill-2009 u għall-Isvezja ntużat id-dejta mill-2010.
Għal aktar tagħrif
Is-sit tal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa: http://ehic.europa.eu/
Is-sit tal-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali fl-UE:
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=849&langId=en
Materjal awdjoviżiv dwar il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa:
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=702&langId=en&videosId=2526&vl=en&furtherVideos=yes
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=702&langId=en&videosId=2121&vl=en&furtherVideos=yes
http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=702&langId=en&videosId=1301&vl=en&furtherVideos=yes
Kuntatti : Jonathan Todd (+32 2 299 41 07) Nadège Defrère (+32 2 296 45 44) |