Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

L-Ambjent: Uża l-ilma tiegħek b'mod aktar għaqli bl-għajnuna ta' Walter il-Manijaku tal-Ilma

Brussell, it-22 ta' Mejju 2012 – Illum, il-Kummissjoni Ewropea nediet vidjo virali bħala parti mill-kampanja "Generation Awake!", li twissi lill-konsumaturi dwar il-perikli tal-użanzi ta' konsum insostenibbli. Il-vidjo għandu bħala protagonist lil Walter il-Manijaku tal-Ilma, barmil nevrotiku li jindirizza t-tema tal-użu eċċessiv tal-ilma. Il-vidjo huwa kkollegat mas-sit elettroniku Generation Awake, sit elettroniku multilingwistiku li għandu l-iskop li jġiegħel liċ-ċittadini jaħsbu dwar id-drawwiet tal-konsum tagħhom, u jgħinhom ibiddlu l-imġiba tagħhom sabiex jgħixu b'mod aktar sostenibbli.

[Jekk jogħġbok innota li din l-istqarrija għall-istampa tinkludi vidjo fil-verżjoni elettronika tagħha]

Għadd ta' attivitajiet oħra se jkunu mnedija wkoll din is-sena bħala parti mill-kampanja, inkluża taqsima ġdida fuq is-sit elettroniku li tagħti ħarsa lejn l-impronta tal-ilma ta' prodotti bħall-jeans, il-ħambergers jew il-birra. F'Settembru tal-2012 se tiġi mnedija kompetizzjoni tal-vidjos miftuħa għall-pubbliku, u fil-bidu tal-ħarifa se jiġu organizzati avvenimenti diretti fl-Italja, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fir-Rumanija u fi Spanja biex jispiraw lin-nies u jwasslu għal tibdil fl-imġiba.

Sfond

Generation Awake hija l-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-użu effiċjenti tar-riżorsi. L-għan tagħha hu li tqajjem kuxjenza dwar il-konsegwenzi ambjentali, ekonomiċi, soċjali u personali tal-użu insostenibbli tar-riżorsi, u biex twassal għal bidliet fl-użanzi u fl-imġiba tal-konsum. Fl-aħħar mill-aħħar, l-iskop huwa li ċ-ċittadini jiġu megħjuna biex bħala rutina jiżviluppaw rifless responsabbli ta' konsum.

Sa mit-tnedija tiegħu f'Ottubru tal-2011, is-sit elettroniku tal-kampanja, li huwa disponibbli fit-23 lingwa tal-UE, iġġenera aktar minn 200 000 żjara tas-sit. Il-vidjo tal-kampanja rawh aktar minn miljun persuna u l-paġna fuq Facebook (www.facebook.com/generationawake) ġibdet qrib it-13 000 sostenitur. Il-kampanja kienet maħsuba speċifikament biex tindirizza liż-żgħażagħ u lill-familji żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea, mhux biss biex tqajjem fihom kuxjenza dwar l-importanza tal-użu effiċjenti tar-riżorsi iżda wkoll biex tħeġġiġhom ibiddlu d-drawwiet tagħhom.

Għal iktar tagħrif ara:

Aktar dettalji dwar is-sit elettroniku multilingwistiku tal-kampanja:

www.generationawake.eu

Il-paġna tal-Kampanja fuq Facebook: www.facebook.com/generationawake

Kuntatti :

Joe Hennon (+32 2 295 35 93)

Monica Westeren (+32 2 299 18 30)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site