Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

MEDIA u "Ewropa Kreattiva' fiċ-ċentru tal-attenzjoni fil-65 Festival tal-Films ta' Cannes

Brussell, is-16 ta' Mejju 2012 - Tmintax-il film appoġġati mill-programm MEDIA tal-Kummissjoni Ewropea din is-sena jinsabu fl-"Għażla Uffiċjali" tal-Festival tal-Films ta' Cannes ta' din is-sena, li minnhom sebgħa qegħdin jikkompetu għall-Palme d'Or, notevolment "Amour" ta' Michael Haneke, "The Angel's Share" ta' Ken Loach u "Jagten" (The Hunt) ta' Thomas Vinterberg (l-isem sħiħ fl-anness). Matul il-Festival, Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, se tagħti l-ewwel "Prix MEDIA" lid-direttur tal-films Iranjan Asghar Farhadi u se tiddiskuti wkoll il-programm il-ġdid "Ewropa Kreattiva" propost mill-Kummissjoni, li jinkludi MEDIA, flimkien ma' diretturi tal-films u professjonisti. Il-programm il-ġdid, li jiffoka fuq is-setturi kulturali u kreattivi, irċieva appoġġ qawwi mill-Ministri tal-UE tal-Kultura u tal-Awdjoviżiv.

"Ninsab verament kuntenta li, għal darb’oħra, hemm għadd kbir ta' films Ewropej f'Cannes. Dan huwa l-aħjar kumpens għall-isforzi tagħna u juri li l-Ewropa tista’, permezz ta’ investiment immirat, iġġib valur miżjud konsiderevoli għas-setturi awdjoviżivi u dawk kulturali," qalet il-Kummissarju Vassiliou. "Il-programm futur tagħna "Ewropa Kreattiva" se jgħin lill-industrija Ewropea tal-films biex tilqa' l-isfidi tad-diġitizzazzjoni u l-globalizzazzjoni u se jkompli jħares u jippromwovi d-diversità lingwistika u kulturali tal-Ewropa. Ninsab verament kuntenta li assoċjazzjonijiet professjonali fis-settur taċ-ċinema, inklużi atturi u diretturi magħrufa, appoġġaw il-programm futur tagħna."

Fl-20 ta' Mejju, is-Sinjura Vassiliou se tagħti l-"PRIX Media" 2012 għall-aqwa proġett ta' film Ewropew lid-direttur tal-films Iranjan Asghar Farhadi u l-produttur Franċiż tiegħu Memento Films Production (IP/12/353). Il-premju jinkludi għotja ta’EUR 60 000 għall-iżvilupp tal-film il-ġdid ta' Farhadi, li se jinġibed din il-Ħarifa f'Pariġi u l-periferija tagħha. Filgħaxija, il-Kummissarju Vassiliou se tirfes il-famuż tapit aħmar u se titla’ t-turġien sabiex tattendi għat-turija ta' wieħed mill-films Ewropej li qegħdin jikkompetu għall-Palme d'Or.

Fil-21 ta' Mejju, il-Kummissarju u l-President tal-Festival tal-Films ta' Cannes, Gilles Jacob, se jospitaw dibattitu pubbliku dwar il-programm "Ewropa Kreattiva" li jipprevedi żieda sinifikanti fil-finanzjament tal-UE għall-film u l-kultura. L-investiment fis-setturi kulturali u dawk kreattivi li jsaħħu t-tkabbir hu meqjus essenzjali biex jgħin biex tingħeleb il-kriżi ekonomika attwali minħabba l-importanza ekonomika u l-potenzjal tiegħu: is-setturi attwalment jikkontribwixxu sa 4.5 % tal-PDG tal-UE u jimpjegaw 8.5 miljun persuna fl-Ewropa. Is-suq awdjoviżiv Ewropew waħdu jiswa aktar minn EUR 100 biljun u jipprovdi 1.2 miljun impjieg bi kwalifika għolja fl-UE.

Fit-22 ta’ Mejju, il-Kummissjoni se torganizza wkoll avveniment mar-rappreżentanti tal-fondi għall-films nazzjonali u reġjonali mill-Istati Membri u pajjiżi terzi sabiex jiddiskutu għodod ġodda ta' finanzjament disponibbli għall-industrija tal-films.

F’20 sena, il-films appoġġati mill-programm MEDIA rebħu 12-il Palme d'Or, 13-il Grand Prix u disa' premji għall-Aħjar Direttur fil-Festival tal-Films ta' Cannes (ara l-lista hawn taħt).

Sfond

Mill-1991 'l hawn, MEDIA (akronimu għal "Mesures pour encourager le développement de l´industrie audiovisuelle" - miżuri biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp tal-industrija awdjoviżiva) investiet EUR 1.6 biljuni fl-iżvilupp tal-films, fid-distribuzzjoni, fit-taħriġ u fl-innovazzjoni bil-għan li ttejjeb id-diversità u l-kompetittività internazzjonali tal-films Ewropej u l-industrija awdjoviżiva.

Il-programm MEDIA 2007-2013 jipprevedi investiment ta' EUR 755 miljun fil-films Ewropej sabiex itejjeb id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-films Ewropej u l-kompetittività tas-settur. Madwar nofs il-finanzjament huwa allokat lid-distributuri li juru films magħmula barra mis-swieq nazzjonali tagħhom stess; 20 % huwa għall-iżvilupp ta' proġetti ġodda ta' films u l-bqija huwa intiż għall-promozzjoni u t-taħriġ. Il-kumpaniji ta' produzzjoni magħżula għall-finanzjament jirċievu sussidju ta' medja ta' EUR 50 000.

Il-Kummissjoni pproponiet baġit ta' EUR 1.8 biljuni għall-"Ewropea Kreattiva", li minnhom iktar minn EUR 900 miljun se jkunu allokati għat-taqsima MEDIA (IP/11/1399IP/11/1399).

Għal aktar informazzjoni:

Il-Programm MEDIA: http://ec.europa.eu/culture/media/index_en.htm

Il-Festival Internazzjonali tal-Films ta’ Cannes: http://www.festival-cannes.fr

Creative Europe video

Site web de Mme Androulla Vassiliou

Twitter: @VassiliouEU

Kuntatti :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58)

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Le Rendez-vous Européen au Festival de Cannes:

Pierre Laporte / Laurent Jourdren

+33 (0)1.45.23.14.14 /+336 42 82 15 33 /+336 21 04 45 79

info@pierre-laporte.com; Laurent@pierre-laporte.com

Anness I: Il-films MEDIA fil-Festival tal-Films ta' Cannes 2012

F'KOMPETIZZJONI

 

AMOUR (LOVE), Michael Haneke (Franza, l-Awstrija, il-Ġermanja)

THE ANGELS’ SHARE, Ken Loach (Ir-Renju Unit, Franza)

DE ROUILLE ET D’OS (RUST & BONE), Jacques Audiard (il-Belġju, Franza)

HOLY MOTORS, Léos Carax (Franza, l-Awstrija, il-Ġermanja)

JAGTEN (THE HUNT), Thomas Vinterberg (id-Danimarka)

PARADIES: LIEBE (PARADISE: LOVE), Ulrich Seidl (il-Ġermanja, Franza, l-Awstrija)

V TUMANE (IN THE FOG), S. Loznitsa (il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Bjelorussja, ir-Russja, il-Latvja)

'UN CERTAIN REGARD'

 

7 DÍAS EN LA HABANA (7 Days in Havana), Benicio Del Toro, Pablo Trapero, Julio Medem, Elia Suleiman, Juan Carlos Tabío, Gaspar Noé, Laurent Cantet (l-Istati Uniti tal-Amerika, Spanja, l-Arġentina, il-Palestina, Kuba, Franza)

À PERDRE LA RAISON, Joachim Lafosse (il-Belġju, Franza, l-Isvizzera, il-Lussemburgu)

CONFESSION OF A CHILD OF THE CENTURY, Sylvie Verheyde (Franza)

DJECA (CHILDREN), Aida Begic (il-Bosnja-Ħerzegovina, Franza)

ELEFANTE BLANCO (WHITE ELEPHANT), Pablo Trapero (l-Arġentina, Spanja)

Turija Speċjali

 

DER MÜLL IM GARTEN EDEN (POLLUTING PARADISE), Fatih Akin (il-Ġermanja)

THE DIRECTORS' FORTNIGHT 

ERNEST ET CÉLESTINE, Stéphane Aubier, Vincent Patar, Benjamin Renner (Franza, il-Belġju, il-Lussemburgu)

SUEÑO Y SILENCIO (DREAM AND SILENCE), Jaime Rosales (Spanja)

YEKKHANEVADEH-e-MOHTARAM (A RESPECTABLE FAMILY), Massoud Bakhshi (l-Iran, Franza)

Il-Ġimgħa tal-Kritiċi

Turijiet Speċjali

AUGUSTINE, Alice Winocour (Franza)

J'ENRAGE DE SON ABSENCE (MADDENED BY HIS ABSENCE), Sandrine Bonnaire (Franza, il-Lussemburgu, il-Belġju)

Anness II: Films appoġġati minn MEDIA li rebħu l-premjijiet f'Cannes mill-1991

Rebbieħa tal-Palme d'Or

1992 Den goda viljan (The Best Intentions) Bille August, id-Danimarka

1996 Secrets & Lies Mike Leigh ir-Renju Unit

1998 Mia eoniotita ke mia mera (Eternity and a Day) Theo Angelopoulos, il-Greċja

1999 Rosetta Luc and Jean-Pierre Dardenne, il-Belġju

2000 Dancer in the Dark Lars von Trier, id-Danimarka

2001 La stanza del figlio (The Son's Room) Nanni Moretti, l-Italja

2002 The Pianist Roman Polanski, FR/DE/PL/UK

2005 L'Enfant (The Child) Luc and Jean-Pierre Dardenne, il-Belġju

2006 The Wind That Shakes the Barley Ken Loach, ir-Renju Unit

2007 4 luni, 3 săptămâni și 2 zile (4 Months, 3 Weeks and 2 Days) Cristian Mungiu, ir-Rumanija

2008 Entre les murs (The Class) Laurent Cantet, Franza

2009 Das weiße Band (The White Ribbon) Michael Haneke, l-Awstrija

Rebbieħa tal-Grand Prix

1991 La Belle Noiseuse Jacques Rivette Franza

1992 Il Ladro di bambini (The Stolen Children) Gianni Amelio l-Italja

1993 In weiter Ferne, so nah! (Faraway, So Close) Wim Wenders il-Ġermanja

1995 To Vlemma tou Odyssea (Ulysses' Gaze) Theo Angelopoulos, il-Greċja

1996 Breaking the Waves Lars von Trier, id-Danimarka

1998 La vita è bella (Life is Beautiful) Roberto Benigni, l-Italja

1999 L'humanité (Humanity) Bruno Dumont, Franza

2001 La Pianiste (The Piano Teacher) Michael Haneke, l-Awstrija

2002 Mies vailla menneisyyttä (The Man Without a Past) Aki Kaurismäki, il-Finlandja

2006 Flandres (Flanders) Bruno Dumont, Franza

2008 Gomorra Matteo Garrone, l-Italja

2009 Un prophète Jacques Audiard, Franza

2010 Des hommes et des dieux (Of Gods and Men) Xavier Beauvois, Franza
2011 Le gamin au vélo (The boy with the bike) Luc and Jean-Pierre Dardenne, il-Belġju

Rebbieħa tal-Aqwa Direttur

1993 Naked Mike Leigh, ir-Renju Unit

1994 Caro diario (Dear Diary) Nanni Moretti, l-Italja

1995 La Haine Mathieu Kassovitz, Franza

1998 The General John Boorman, UK/IE

1999 Todo Sobre Mi Madre (All About My Mother) Pedro Almodóvar, Spanja

2004 Exils Tony Gatlif, Franza

2005 Caché (Hidden) Michael Haneke, l-Awstrija

2007 Le Scaphandre et le Papillon (The Diving Bell and the Butterfly) Julian Schnabel, Franza

2010 Tournée (On Tour) Mathieu Amalric, Franza


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site