Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

It-Transport: Il-pjanijiet għat-tariffi stradali għandhom ikunu ġusti għas-sewwieqa kollha

Brussell, 14 ta' Mejju 2012 – Illum, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet linji gwida li fihom wissiet li skont il-liġi tal-UE, l-iskemi ta’ tariffi stradali ma għandhomx jiddiskriminaw kontra s-sewwieqa barranin. L-għan huwa li jiġu megħjuna l-Istati Membri li qed jikkunsidraw li jintroduċu skemi ġodda ta' tariffi għall-karozzi privati.

Il-Viċi-President Siim Kallas qal: "In-nondiskriminazzjoni hija dritt fundamentali skont il-liġi tal-UE. Għandha tkun faċli għal ċittadin Franċiż jew Britanniku li jsuq fis-Slovenja jew fil-Belġju daqs kemm hija għal sewwieq residenti. Is-sistemi ta’ tariffi stradali għandhom ikunu trasparenti u ġusti għal kulħadd."

Is-sitwazzjoni attwali

Seba' Stati Membri, l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja, għandhom skemi ta' tariffi abbażi tal-ħin bl-użu ta’ "vinjetta" għall-karozzi privati. Il-Belġju bħalissa qed jaħdem biex jintroduċi waħda. Il-Pajjiżi l-Baxxi u d-Danimarka ddiskutew l-introduzzjoni ta' sistemi ta’ tariffi stradali, inkluż għall-karozzi privati.

Id-Direttiva "Eurovignette" tal-UE tistabbilixxi lista trasparenti tal-ispejjeż li jistgħu jiġu ċċarġjati lill-vetturi ta' merkanzija tqal, bħall-ispiża tal-infrastruttura u tar-riperkussjonijiet bħat-tniġġis tal-arja u l-istorbju. Għall-karozzi privati, ma jeżistux regoli bħal dawn. Madanakollu, id-dispożizzjonijiet bażiċi tat-Trattat jipprojbixxu kull diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità tal-applikant.

Matul is-snin, l-iskemi ta’ tariffi stradali għall-karozzi privati wasslu għal għadd kbir ta' lmenti lill-Kummissjoni, u xi wħud minnhom kienu jmorru kontra r-regoli tal-UE. Fl-1996, l-Awstrija kellha timmodifika l-pjanijiet tagħha biex iddaħħal sistema ta’ vinjetti wara li l-Kummissjoni Ewropea ddikjarat li l-proposta ta' permess annwali ma tkunx ġusta għas-sewwieqa barranin. Fl-2008, il-Kummissjoni nediet proċeduri ta' ksur kontra s-Slovenja minħabba li kienet qed toffri biss vinjetti għal perjodu ta’ sitt xhur. L-awtoritajiet introduċew permessi ta’ ġimgħa.

Linji gwida tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tixtieq toffri linji gwida lill-Istati Membri dwar x'jikkostitwixxi skema ta’ tariffi nondiskriminatorja.

1. Il-Kummissjoni tesprimi preferenza ċara għas-sistema ta’ nolijiet abbażi tad-distanza għaliex hija b'mod inerenti aktar ġusta u aktar effettiva biex tibgħat indikazzjonijiet tal-prezzijiet mis-sistema ta' "stiker tal-vinjetta" b’tariffi abbażi tal-ħin. Jekk is-sistemi ta’ vinjetti ma jiġux imfassla bir-reqqa, huma aktar probabbli li jikkawżaw problemi bla bżonn għas-sewwieqa barranin li li jkunu sempliċiment għaddejin minn pajjiż.

2. Meta tintuża "sistema ta' vinjetti" b’tariffi abbażi tal-ħin, ċerti kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfati.

Għandu jkun hemm:

(a) Ammont minimu ta' vinjetti għal perjodu qasir Irid ikun hemm, bħala minimu, "vinjetti" disponibbli għal perjodi ta’ ġimgħa, ta’ xahar u ta’ sena għar-residenti u għal persuni mhux residenti. Bla dubju, il-vinjetti għall-iqsar perjodu huma probabbli li jintużaw l-aktar mill-persuni mhux residenti.

(b) "Proporzjon tal-prezz medju ta' kuljum" aċċettabbli Il-proporzjon tal-prezz medju ta' kuljum jindika l-prezz medju, espress fil-prezz ta' kuljum ekwivalenti, li tħallas persuna mhux residenti (bl-użu tal-vinjetti għall-iqsar perjodu, pereżempju, vinjetta ta' ġimgħa) imqabbel mal-prezz li jħallas resident li juża vinjetta għall-itwal perjodu (pereżempju, vinjetta ta' sena) ara t-Tabella 1 hawn taħt.

Skont l-iskemi li hemm bħalissa, il-prezz medju ta' kuljum li tħallas persuna mhux residenti jista' jvarja minn 2.5 sa 8.2 darbiet aktar mill-prezz li jħallas resident. Dan se jitqies bħala l-ogħla limitu aċċettabbli. Bħala paragun, il-proporzjon massimu permess mid-Direttiva "Eurovignette" tal-UE għal vetturi ta' merkanzija tqal huwa ta' 7.3.

Tabella 1. Prezz Medju ta' Kuljum

Prezz Medju ta' Kuljum għall-2012

(EUR)

 

L-Ungerija

L-Awstrija

Ir-Rumanija

Is-Slovakkja

Il-Bulgarija

Ir-Repubblika Ċeka

Is-Slovenja

Vinjetta għall-iqsar perjodu

 

€1.03

€0.80

€0.43

€1.00

€0.71

€1.24

€2.14

Vinjetta għall-itwal perjodu

 

€0.41

€0.21

€0.08

€0.14

€0.09

€0.16

€0.26

Proporzjon bejn il-vinjetti għall-iqsar u l-itwal perjodi

 

2.5

3.8

5.6

7.3

7.7

7.6

8.2

Jista' jkun hemm raġunijiet oġġettivi għal tariffi ogħla ta' vinjetti għal perjodu qasir – bħal spejjeż amministrattivi ogħla. Iżda dawn l-ispejjeż għandhom ikunu ġustifikati u proporzjonali.

(c) Informazzjoni ċara dwar tariffi għall-utenti għandha tkun faċilment disponibbli għall-persuni mhux residenti. Persuni mhux residenti għandhom jiġu pprovduti b'firxa ta' alternattivi għal kif iħallsu, inklużi stazzjonijiet ta' ħlas fil-fruntiera li huma faċilment aċċessibbli kif ukoll permezz tat-telefown u ta’ siti elettroniċi. L-infurzar ma għandux ikun iffokat biss fiż-żoni ta’ fruntiera.

Sfond – Tariffi Stradali

Huwa għal kull Stat Membru li jiddeċiedi jekk dan jixtieqx jintroduċi tariffi stradali, għal liema vetturi (jekk mhux kollha), u kif huwa jiġbor it-tariffi. Sal-lum, xi Stati Membri għażlu li jużaw sistema ta' nolijiet abbażi tad-distanza, filwaqt li oħrajn jużaw sistema ta' stiker tal-"vinjetta" b’tariffi abbażi tal-ħin. Oħrajn ma jitolbu ebda ħlas.

Hija mehmuża tabella li turi r-rati attwali ċċarġjati lis-sewwieqa f' 7 Stati Membri tal-UE li jużaw il-vinjetti.

http://ec.europa.eu/transport/road/road_charging/charging_private_vehicles_en.htm

Għal aktar informazzjoni ara l-MEMO/12/322

Contacts:

Helen Kearns, tel. +32 2 298 76 38

Dale Kidd, tel. +32 2 295 74 61

Anness

Tariffi attwali għall-utenti tat-triq (vinjetti) għal vetturi tal-passiġġieri ≤ 3.5 t fl-UE1

2012

L-Awstrija

ġimgħa (10 ijiem)

xahrejn

sena

8 €

23.40 €

77.80 €

Il-Bulgarija

ġimgħa (7 ijiem)

xahar

sena

5 €

13 €

34 €

Ir-Repubblika Ċeka

ġimgħa (10 ijiem)

xahar

sena

12.40 €

17.60 €

59.90 €

L-Ungerija

(sistema ta' vinjetti elettronika)

ġimgħa (10 ijiem)

xahar

sena

10.30 €

16.60 €

148.90 €

Is-Slovakkja

ġimgħa (10 ijiem)

xahar

sena

10 €

14 €

50 €

Is-Slovenja

ġimgħa (7 ijiem)

xahar

sena

15 €

30 €

95 €

Ir-Rumanija

(sistema ta' vinjetti elettronika)

Vetturi privati ħfief u vetturi kummerċjali ħfief li jintużaw għat-trasport tal-passiġġieri

ġimgħa (7 ijiem)

xahar

3 xhur

sena

3 €

7 €

13 €

28 €

Vetturi kummerċjali ħfief li jintużaw għat-trasport tal-merkanzija

ġimgħa (7 ijiem)

xahar

3 xhur

sena

6 €

16 €

36 €

96 €

Ir-rati tal-kambju ta' flus tas-27 ta’ Frar 2012

1 :

It-Tabella ma fihiex ir-rati tal-vinjetti għall-muturi u t-trejlers ħfief.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site