Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-Aġenda Diġitali: Strateġija ġdida għal internet aktar sikur u kontenut tal-internet aħjar għat-tfal u għall-adoloxxenti

European Commission - IP/12/445   02/05/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

L-Aġenda Diġitali: Strateġija ġdida għal internet aktar sikur u kontenut tal-internet aħjar għat-tfal u għall-adoloxxenti

Brussell, it-2 ta' Mejju 2012 – Il-Kummissjoni stabbiliet pjan biex lit-tfal jingħatawlhom il-ħiliet u l-għodda diġitali meħtieġa biex igawdu bis-sħiħ mid-dinja diġitali f’ambjent sikur. L-internet ma kienx immirat lejn it-tfal, iżda llum 75 % tat-tfal jużaw l-internet, terz minnhom fuq il-mowbajl. L-istrateġija l-ġdida hija li nsaħħu s-suq għal kontenut interattiv, kreattiv u edukattiv onlajn fi sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, l-operaturi tas-servizzi tat-telefonija mobbli, il-manifatturi tal-mowbajls u l-fornituri tas-servizzi ta' netwerking soċjali.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Neelie Kroes qalet: "Jiena naqbel mal-idea li t-tfal kollha jkunu jistgħu jikkollegaw mal-internet. Iżda t-tfal għandhom bżonn ta' għodda tal-internet sempliċi, trasparenti u konsistenti kif ukoll l-għarfien u l-ħiliet biex jużawhom. L-inizjattiva tagħna ġġib flimkien lil kull min hu involut sabiex it-tfal jiksbu aktar kontenut ta' kwalità, servizzi u protezzjoni li għandhom bżonn sabiex igawdu minn esperjenza pożittiva onlajn."

Il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, qalet: “L-internet joffri opportunitajiet ġodda lit-tfal u lill-adoloxxenti sabiex ikunu kreattivi u jkunu jistgħu jesprimu lilhom infushom liberament. Peress li, oriġinarjament, l-internet kien immirat lejn l-adulti u mhux lejn it-tfal, hemm bżonn li niżguraw is-sikurezza tat-tfal onlajn. L-Istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni se tgħin fil-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal, inkluża l-protezzjoni kontra l-vjolenza. Dan huwa approċċ bis-sens li se jgħin fl-adattament tal-internet għall-ħtiġijiet tat-tfal.”

Il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni, Cecilia Malmstöm, qalet: “Qed ngħixu f’età diġitali u l-iżgħar ġenerazzjonijiet huma dawk l-aktar attivi onlajn. Dawn iż-żgħar iħossuhom partikolarment komdi bl-użu tal-internet iżda xorta huma vulnerabbli għat-theddid onlajn. Huwa dmir tagħna bħala ġenituri li nżommu lill-uliedna sikuri – u dan jinkludi l-web. Għandna bżonn insaħħu l-kooperazzjoni fil-livelli Ewropej u internazzjonali biex niġġieldu ċ-ċiberkriminalità, u speċjalment l-aktar atti orribbli bħall-isfruttar sesswali u t-tixrid ta’ materjal tal-abbuż sesswali tat-tfal onlajn".

L-istrateġiji nazzjonali differenti jissarrfu f’livelli differenti ta’ emanċipazzjoni ta’ protezzjoni onlajn għat-tfal fl-UE. Dan jagħmilha wkoll diffiċli għan-negozji sabiex jikkummerċjalizzaw servizzi u prodotti faċli biex jintużaw mit-tfal madwar l-UE kollha. Biex jingħelbu dawn l-ostakli, il-Kummissjoni fasslet sensiela ta’ miżuri, li se jiġu implimentati b'mezzi differenti inkluża l-awtoregolazzjoni tal-industrija, li għandhom iwasslu għal soluzzjonijiet flessibbli u f’qasir żmien f'dan il-qasam. Il-kooperazzjoni f’fora bħalma huma l-Koalizzjoni sabiex l-Internet ikun sit aħjar għat-tfal (ara IP/11/1485) se tkun vitali għal dan il-proċess. L-azzjonijiet jinġabru flimkien madwar erba’għanijiet ewlenin:

  • L-istimular tal-produzzjoni ta' kontenut kreattiv u edukattiv onlajn għat-tfal u l-iżvilupp ta’ pjattaformi li jagħtu aċċess għal kontenut adattat skont l-età;

  • It-titjib tas-sensibilizzazzjoni u t-tagħlim dwar is-sikurezza onlajn fl-iskejjel kollha tal-UE għall-iżvilupp tal-litteriżmu diġitali u medjatiku tat-tfal kif ukoll tal-awtoresponsabbiltà onlajn;

  • Il-ħolqien ta’ ambjent sikur għat-tfal fejn il-ġenituri u t-tfal jingħataw l-għodod meħtieġa sabiex jiżguraw il-protezzjoni tagħhom onlajn - bħal mekkaniżmi faċli għar-rappurtar ta’ kontenut u kondotta onlajn li jagħmlu l-ħsara, konfigurazzjonijiet awtomatiċi ta’ privatezza li jkunu trasparenti u adattati skont l-età jew kontrolli għall-ġenituri li jkunu faċli għall-użu;

  • Il-promozzjoni tar-riċerka fis-soluzzjonijiet tekniċi innovattivi u l-użu tagħhom waqt investigazzjonijiet tal-pulizija fil-ġlieda kontra l-materjal tal-abbuż sesswali tat-tfal onlajn.

Sfond

L-impenn li nżommu t-tfal sikuri onlajn huwa wieħed ewlieni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (informazzjoni ġenerali dwar l-ADE hija disponibbli fi IP/10/581, MEMO/10/199 u MEMO/10/200).

Għalkemm l-internet ma kienx immirat għalihom, it-tfal qegħdin jużawh f’etajiet dejjem iżgħar. 4 minn kull 10 itfal jirrappurtaw li ltaqgħu ma' riskji onlajn bħall-ibbuljar onlajn (cyber-bullying), ġew esposti għal kontenut iġġenerat mill-utent li jippromwovi l-anoressja jew l-awtokorriment jew użu ħażin tad-dejta personali tagħhom. Filwaqt li sal-2015 huwa mistenni li 90 % tal-impjiegi fis-setturi kollha se jeħtieġu ħiliet teknoloġiċi, 25 % biss taż-żgħażagħ madwar l-UE jgħidu li għandhom livelli “għoljin” tal-ħiliet bażiċi tal-internet (bħal kif wieħed juża l-internet biex jagħmel telefonati, joħloq paġna tal-web, jew juża l-iskambju ta’ fajls bejn l-utenti).

Meta tingħata attenzjoni għat-talbiet tat-tfal, tinfetaħ firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet ta’ negozju. Qed jitbassar li, din is-sena, is-suq tal-kontenut diġitali globali se jilħaq EUR 113 biljun. Is-suq tal-apps tal-mowbajl jiswa EUR 5 biljuni, u mistenni jikber għal EUR 27 biljun sal-2015. Dan huwa prinċipalment xprunat mil-logħob u mill-aktar minn 5 biljun apparat mgħammar bit-teknoloġija tal-mowbajl madwar id-dinja. Bil-proliferazzjoni fuq firxa wiesgħa ta’ tablets, smart phones u laptops użati f’ammont kbir mit-tfal, il-potenzjal tas-suq għal kontenut interattiv, kreattiv u edukattiv onlajn huwa sostanzjali, kemm għat-tfal kif ukoll għall-adoloxxenti.

Il-miżuri deskritti fil-qosor fl-istrateġija jibnu fuq l-azzjonijiet li għaddejjin bħalissa tal-UE f'dan il-qasam. Pereżempju, il-mekkaniżmi faċli għall-użu għat-tfal, għall-ġenituri u għall-għalliema biex jirrappurtaw il-kontenut u l-kondotta onlajn li jagħmlu l-ħsara se jikkomplementaw il-116-il linja telefonika għat-tfal li jiġu rrappurtati nieqsa (ara IP/07/188) u n-netwerk futura taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità ta’ pjattaformi nazzjonali ta’ twissija taċ-ċiberkriminalità (ara IP/12/317).

F’Diċembru 2011 ġiet imwaqqfa Koalizzjoni sabiex l-Internet ikun sit aħjar għat-tfal, bi pjan tax-xogħol żviluppat għas-sena ta’ wara (IP/11/1485). L-ewwel reviżjoni tal-ħidma tal-Koalizzjoni se titwettaq dan is-sajf. Fi Frar 2011, il-Kummissjoni ppreżentat aġenda tal-UE għat-tisħiħ tad-drittijiet tat-tfal billi poġġiet fil-prattika l-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (IP/11/156). Din tinkludi sensiela ta’ azzjonijiet konkreti fejn l-UE tista’ tagħti valur miżjud lil-linji politiki għall-benesseri u s-sikurezza tat-tfal, inkluża l-promozzjoni ta’ ġustizzja li tieħu ħsieb l-interessi tat-tfal, li t-tfal jiġu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom, u li l-internet jkun aktar sikur għat-tfal.

Links siewja

Test sħiħ tal-Komunikazzjoni

http://ec.europa.eu/information_society/activities/sip/policy/index_en.htm

Internet aktar sikur:

http://ec.europa.eu/information_society/activities/sip/index_en.htm

Sinteżi għaċ-Ċittadini

http://ec.europa.eu/information_society/activities/sip/policy/index_en.htm

Il-websajt għall-Aġenda Diġitali

Il-websajt ta’ Neelie Kroes

Segwi lil Neelie Kroes fuq Twitter

Hashtag tas-suġġett ta’ Twitter: #betterinternet4kids

Kuntatti :

Ryan Heath (+32 2 296 17 16); Twitter: @ECspokesRyan

Linda Cain (+32 2 299 90 19)

Anness

L-azzjonijiet fl-istrateġija li jwasslu għal Internet Aħjar għat-Tfal

Action

Main Actors

Timetable

Pillar 1 — High-quality content online for children and young people

Stimulating the production of creative and educational online content online for children

Commission, with support from Member States and industry

Continuously from 2012

Promoting positive online experiences for young children

Commission, with support from Member States and industry

Continuously from 2012

Pillar 2 — Stepping up awareness and empowerment

Digital and media literacy and teaching online safety in schools

Member States with support from Commission Member States and industry

By 2013

Scaling up awareness activities and youth participation

Commission with support from Member States and industry

Continuously from 2012

Simple and robust reporting tools for users

Industry, with support .from Commission and Member States

First results by end 2012 Full implementation within 18 months

Pillar 3 — Creating a safe environment for children online

Age-appropriate privacy settings

Industry, with support from Commission and Member States

First results by end 2012 Full implementation within 18 months

Wider availability and use of parental control

Industry, with support from Commission and Member States

First results by end 2012 Full implementation within 18 months

Wider use of age rating and content classification

Industry, with support from Commission and Member States

First results by end 2012 Fully fledged proposals within 18 months

Online advertising and overspending

Industry, with support from Commission and Member States

Continuously from 2012

Pillar 4 — Fighting against child sexual abuse and child sexual exploitation

Faster and systematic identification of child sexual abuse material disseminated through various online channels notification and takedown of this material

Commission, with support from Member States and industry

Continuously from 2012 with first results by end 2012

Cooperating with international partners to fight against child sexual abuse child sexual exploitation

Commission, with support from Member States and industry

Continuously from 2012


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website