Navigation path
Left navigation
Additional tools
![]() Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa Il-Kummissarju Dalli jniedi r-raba’ Premju tas-Saħħa tal-UE għall-Ġurnalisti Brussell, it-3 ta’ Mejju 2012 - Illum, il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u l-Politika Soċjali, John Dalli, iniedi r-raba' premju konsekuttiv tas-saħħa għall-ġurnalisti li jsir kull sena. Biex ikollhom iċ-ċans li jirbħu l-ogħla premjijiet, il-ġurnalisti huma mistiedna jibagħtu l-artikli dwar:
Il-Kummissarju Dalli ħabbar t-tnedija tal-Premju lil aktar minn 600 persuna li jfasslu l-politika, partijiet interessati fil-qasam tas-saħħa u ġurnalisti f’konferenza dwar ir-riżultati u l-perspettivi għall-ġejjieni tal-Programm tas-Saħħa tal-UE. Il-Kummissarju Dalli qal: “Illum qed inniedi r-raba’ Premju tas-Saħħa tal-UE għall-Ġurnalisti, hekk kif qed nippreżentaw il-kisbiet tal-Programm tas-Saħħa tal-UE. Jien tal-fehma li l-Programm ipprovda l-valur miżjud tal-UE biċ-ċar liċ-ċittadini fil-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, billi żied l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura u ħares lin-nies mit-theddid għas-saħħa minn pajjiż għal ieħor. Il-ġurnalisti fil-qasam tas-saħħa jressqu dawn is-suġġetti aktar lejn kulħadd. Fir-rapporti tagħhom dwar l-esperjenzi marbuta mas-saħħa tal-ħajja reali taċ-ċittadini, huma jwasslu tagħrif u jqajmu għarfien dwar is-saħħa u l-politika tas-saħħa. Għalija l-komunikazzjoni hija parti sħiħa mill-azzjoni tagħna u l-ġurnalisti huma l-akbar alleati tagħna”. Dejta dwar is-saħħa Waqt il-konferenza tnieda wkoll strument utli dwar is-saħħa - Heidi (Health in Europe: Information and Data Interface; Is-Saħħa fl-Ewropa: Interfaċċja ta’ Informazzjoni u Dejta) hija wiki bbażata fuq l-internet li tippreżenta tagħrif dwar is-saħħa fil-livell tal-UE dwar l-istat ta' saħħa, id-determinanti, is-servizzi tas-saħħa u bosta suġġetti oħra. Bl-abbundanza ta’ dejta u indikaturi dwar is-saħħa, li jistgħu jinqasmu skont is-sena, il-pajjiż u r-reġjun, il-Heidi Wiki tista' tkun ta' valur kbir għal dawk li jfasslu l-politika, ir-riċerkaturi, il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u l-ġurnalisti. Ħolqa għall-wiki: http://ec.europa.eu/health/heidi Programmi tas-Saħħa tal-UE: passat u futur Il-programmi tas-saħħa tal-UE taw appoġġ u wettqu bosta azzjonijiet u proġetti bl-għan li jiġu mħeġġa l-adozzjoni tal-innovazzjoni, kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura, il-promozzjoni tas-saħħa u l-ħarsien mill-mard u t-theddid għas-saħħa minn pajjiż għal ieħor. Mill-2008 ’l hawn il-programm tas-saħħa ffinanzja proġetti li swew madwar EUR 237 miljun f’oqsma bħas-saħħa taż-żgħażagħ, modi ta’ ħajja sani, il-kanċer, mard rari, tagħrif dwar is-saħħa u diżugwaljanzi fis-saħħa. Il-programm pprovda valur miżjud sostanzjali lil bosta individwi u komunitajiet mill-UE kollha. Ħafna minn dawn il-proġetti jinsabu esposti fil-konferenza ta’ llum. Il-programm tas-saħħa attwali jibqa’ għaddej sa tmiem l-2013. Il-Programm tas-Saħħa l-ġdid huwa parti mill-prijoritajiet finanzjarji tal-UE għall-2014-2010 (il-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-UE), li tħabbar mill-Kummissjoni Ewropea f'Ġunju 2011. Jekk it-taħditiet fost il-Kunsill tal-Ministri u l-Parlament Ewropew jimxu bla xkiel, il-Programm tas-Saħħa għandu jiġi adottat sa tmiem l-2012 u jibda fl-2014. Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-Ġurnalisti: Ir-Regoli
Aktar tagħrif: Il-websajt tal-Kummissarju John Dalli: http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/dalli/index_en.htm
|
Side Bar