Chemin de navigation
Left navigation
Additional tools
![]() Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa L-Aġenda Diġitali: Il-Kummissjoni tiftaħ konsultazzjoni pubblika dwar kif tnaqqas l-ispejjeż tal-introduzzjoni tal-internet b’veloċità għolja Brussell, is-27 ta’ April 2012 – L-internet b’veloċità għolja jsaħħaħ is-setturi kollha tal-ekonomija u se jkun is-sinsla tas-Suq Uniku Diġitali. Għal kull 10 % żieda fil-penetrazzjoni tal-broadband l-ekonomija tikber minn bejn 1 sa 1.5 %. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni Ewropea qed tfittex li tikseb opinjonijiet dwar kif tnaqqas l-ispejjeż tal-istabbiliment ta’ netwerks ġodda għall-internet b’veloċità għolja fl-UE. B’mod partikolari, il-Kummissjoni trid tesplora kif tnaqqas l-ispejjeż assoċjati mal-inġinerija ċivili, bħat-tħaffir tat-toroq biex jitqiegħdu l-fibri, liema spejjeż jistgħu jammontaw saħansitra għal 80 % tal-ispiża totali. Il-Kummissjoni temmen li tista’ tnaqqas l-ispejjeż tal-investimenti fil-broadband bi kwart. Qed tintalab informazzjoni mingħand il-partijiet kollha interessati kemm pubbliċi kif ukoll privati inklużi pereżempju l-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni u tal-utilitajiet, l-investituri, l-awtoritajiet pubbliċi u l-konsumaturi. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Neelie Kroes qalet: “Jeħtieġ li nnaqqsu l-ispejjeż tal-inġinerija involuti fl-introduzzjoni tan-netwerks tal-broadband jekk irridu nifirxu l-broadband b’mod aktar mgħaġġel mal-Ewropa kollha. Jeħtieġ li nittestjaw ideat prattiċi dwar kif innaqqsu l-ispejjeż u dwar kif nistgħu niffaċilitaw l-aċċess, l-użu mill-ġdid u l-kondiviżjoni ta’ din l-infrastruttura. Mhemm xejn li jdejjaq aktar liċ-ċittadini mit-tħaffir tat-toroq, u xejn aktar li jdejjaq lin-negozji minn burokrazija bla bżonn.” Sa 80 % tal-ispiża totali tal-investiment fil-broadband hija relatata ma’ xogħlijiet tal-infrastruttura ċivili. L-ispiża hija daqshekk għolja minħabba nuqqas ta’ koordinazzjoni fil-proġetti tal-inġinerija ċivili, użu mill-ġdid insuffiċjenti ta’ infrastruttura eżistenti u nuqqas ta’ kooperazzjoni bejn dawk kollha involuti. Pereżempju, il-kumpaniji tal-ilma, l-enerġija u dawk ferrovjarji spiss ikollhom l-infrastruttura tagħhom stess, u jħaffru t-toroq mingħajr ma jikkoordinaw mal-kumpaniji tat-telekomunikazzjoni. Imbagħad introduzzjoni aktar mgħaġġla tiġi ostakolata aktar minn proċeduri twal, mhux trasparenti u kumplessi għall-approvazzjoni ta’ drittijiet għal mogħdija u l-kisba tal-permessi kollha meħtieġa fil-livell nazzjonali jew lokali. Il-Kummissjoni qed tfittex opinjonijiet dwar:
Il-konsultazzjoni pubblika se tibqa' għaddejja sal-20 ta' Lulju 2012. Ir-riżultati se jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-investimenti u fl-aħħar nett għall-prezz finali tal-broadband għall-konsumaturi. Sfond L-Aġenda Diġitali tal-Ewropa (ara IP/10/581, MEMO/10/199 u MEMO/10/200), tiffissa l-miri tal-kopertura tal-broadband għal 100 % sal-2013 għall-Ewropej kollha u veloċitajiet ta’ 30MBps għal kulħadd fejn tal-anqas 50 % tal-unitajiet domestiċi Ewropej ikollhom abbonament ta’ konnessjoni mal-Internet ta’ veloċità ogħla minn 100MBps sal-2020. Fil-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa, nhar it-2 ta’ Marzu, il-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern ikkonkludew li għandhom jitkomplew l-isforzi fil-livell tal-UE sabiex is-Suq Uniku Diġitali jkun ikkompletat sal-2015, billi tiġi pprovduta kopertura aħjar tal-broadband, inkluż it-tnaqqis tal-ispiża tal-infrastruttura tal-broadband b’veloċità għolja. Mingħajr dan l-investiment, l-UE tirriskja li ma tisfruttax bis-sħiħ dan il-potenzjal importanti għat-tkabbir u l-impjiegi. Links utli Id-dokument ta’ konsultazzjoni: Il-websajt tal-Aġenda Diġitali Il-websajt ta’ Neelie Kroes Segwi lil Neelie Kroes fuq Twitter hashtag: #broadband4al
|
Side Bar