
Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-istampa
Abbozz ta' Baġit 2013: Investiment fit-tkabbir ekonomiku u fl-impjiegi
Brussell, 25 ta 'April 2012 – L-Abbozz ta’ Baġit tal-UE għal 2013, ippreżentat illum mill-Kummissjoni, jirrifletti d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew li t-tkabbir u l-impjiegi fl-UE jistgħu jintlaħqu biss billi billi tingħaqad il-konsolidazzjoni fiskali u l-investiment fi tkabbir fil-futur.
Il-baġit tal-UE jikkomplimenta b’mod utli l-isforzi nazzjonali f’dan ir-rigward billi jikkonċentra l-investiment fuq l-oqsma prijoritarji definiti fl-istrateġija għat-tkabbir ekonomiku Ewropa 2020 tal-UE, filwaqt li fl-istess ħin jikkunsidra l-kuntest ekonomiku diffiċli u l-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali. L-Abbozz ta’ Baġit 2013 jiffriża l-infiq fil-futur: iż-żieda ta’ impenji (jiġifieri ħlasijiet ta’ għada) hija fil-livell tal-inflazzjoni (2%). Huwa wkoll jiffriża l-baġit amministrattiv tal-Kummissjoni f’livell li huwa sew taħt dak tal-inflazzjoni, filwaqt li jnaqqas il-persunal tagħha b’1%, l-ewwel pass lejn il-mira ta’ tnaqqis ta' 5% tal-persunal f'5 snin.
Fl-istess ħin, huwa jipproponi żieda ta’ 6.8% fil-livell ta’ ħlasijiet. Din tikkontribwixxi direttament għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa. Il-baġit tal-UE għandu jissodisfa l-obbligi kontrattwali tiegħu tas-snin attwali u preċedenti vis-à-vis l-Istati Membri u riċevituri oħra.
€62,5 biljun fi ħlasijiet huma ddedikati għal tkabbir favur l-impjiegi fl-Ewropa. Sar sforz partikolari lejn l-oqfsa ta’ programmi tar-riċerka (€9,0 biljun, 28,1% żieda fuq 2012), il-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (€546,4 bn, 47,8% żieda), il-fondi strutturali u ta’ koeżjoni (€49 bn, 11,7% żieda), it-tagħlim matul il-ħajja (€1,2 bn, 15,8 % żieda).
‘Naqblu kompletament mal-konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill Ewropew li jsejħu għal użu aħjar tal-fondi tal-UE biex jgħinu l-Ewropa toħroġ mill-kriżi, jgħid il-Kummissarju tal-Baġit u l-Ipprogrammar Finanzjarju, Janusz Lewandowski. Fiċ-ċirkostanzi attwali, il-baġits nazzjonali u l-baġit tal-UE huma aktar minn qatt qabel żewġ naħat komplementari tal-istess munita: hekk kif l-Istati Membri jiffaċċjaw tnaqqis iebes iżda meħtieġ, il-baġit tal-UE jiffoka fuq l-investiment u għalhekk jaġixxi bħala pakkett kontra l-kriżi. Aħna mhux se niksbu t-tkabbir permezz ta’ tnaqqis biss; L-Ewropa teħtieġ li tinvesti bil-għaqal għall-futur tagħha li jibda llum. Dik hi r-raġuni għalfejn hemm il-baġit tal-UE, fuq dan hu msejjes l-Abbozz ta’ Baġit għall-2013.”
Tfaddil u kosteffiċjenza
Jekk it-tnaqqis waħdu mhux se joħroġna mill-kriżi iżda neħtieġu l-investimenti, anki l-maqlub huwa ugwalment minnu. B’hekk l-Abbozz ta’ Baġit 2013 jinkludi enfasi qawwija fuq it-tfaddil u l-kosteffiċjenza.
Il-ħlasijiet huma l-konsegwenza ta’ impenji fil-passat, b’hekk biex jiġu evitati baġits futuri tal-UE milli jiffaċċjaw żidiet kbar tal-ħlasijiet, il-Kummissjoni tipproponi żieda żgħira (2 %) tal-impenji limitati għar-rata tal-inflazzjoni attwali. Barra minn hekk, żidiet ippjanati se jiffokaw esklussivament fuq it-tkabbir u l-impjiegi.
Barra minn hekk, il-linji tal-baġit għall-programmi li ma jurux l-effettività tanġibbli ġew maqtugħa filwaqt li l-pressjoni kienet eżerċitata fuq kull istituzzjoni u Aġenzija tal-UE biex jagħmlu tfaddil kull fejn hu possibbli. Il-biċċa l-kbira tal-aġenziji tal-UE se jkollhom tnaqqis reali fil-baġit annwali tagħhom.
Il-maġġoranza l-kbira tan-nies madwar l-UE jħossu l-uġigħ ta’ kuljum tal-kriżi hekk kif il-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom qed ikollhom jagħmlu tnaqqis, jispjega Janusz Lewandowski; b’hekk attitudni ta’ "kollox bħas-soltu" mill-istituzzjonijiet tal-UE sempliċement mhux aċċettabbli, irrispettivament mill-kompetenzi ġodda mogħtija lilhom mit-Trattat ta' Lisbona! Bl-istess mod, jagħmel sens li jiġu trasferiti fondi lil hinn mill-programmi li mhumiex qed ikunu produttivi u favur oqsma prijoritarji bħal impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), iż-żgħażagħ u l-impjiegi.
Ċifri globali
B’mod ġenerali, l-Abbozz ta’ Baġit għall-2013 jammonta għal €150,9 biljun f’impenji, żieda ta’ 2% fuq l-aħħar sena, skont ir-rata attwali tal-inflazzjoni. Il-ħlasijiet jirrapreżentaw €137,9 biljun li jammontaw għal żieda ta’ 6,8%. Huma l-konsegwenza loġika ta’ impenji fil-passat.
Huwa leġittimu biex in-nies jistaqsu għalfejn aħna rridu żieda ta’ 6.8% fil-ħlasijiet f'dawn iż-żminijiet ta’ kriżi, jgħid Janusz Lewandowski. Hemm żewġ raġunijiet għal dan: l-ewwel, l-2013 hija l-aħħar sena finanzjarja għall-perjodu attwali u l-aħħar sena ta’ kull perjodu finanzjarju dejjem tara żieda qawwija fil-ħlasijiet hekk kif proġetti ffinanzjati mill-UE madwar l-Ewropa jkunu qed jitlestew: pontijiet, linji tal-ferroviji, awtostradi ġew mibnija għall-ġid aħħari ta’ kulħadd, issa għandna nħallsu l-kontijiet għalihom. It-tieni, f’dawn l-aħħar snin l-Istati Membri fi ħdan il-Kunsill u l-Parlament Ewropew adottaw baġits tal-UE li kienu ferm inqas mill-ħtiġijiet stmati tagħna għal ħlasijiet. Dan wassal għal akkumulu ta’ kontijiet mhux imħallsa peress li kull sena ma stajniex nonoraw xi impenji legali tagħna minħabba nuqqas ta' fondi. Meta l-kont tiegħek tal-elettriku jew tal-ilma jasal, trid tħallsu anki jekk int tkun trid tfaddal …
Nota: Iċ-ċifri fl-Abbozz ta’ Baġit ma jqisux l-ispejjeż tal-Kroazja biex tidħol fl-UE f’Lulju 2013 (l-aċċess għal fondi tal-UE)
Xi jmiss?
Il-baġit tal-UE huwa adottat mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew.
L-ewwel, il-Kunsill se jħabbar il-posizzjoni tiegħu dwar l-Abbozz ta’ Baġit f’Lulju 2012, segwit mill-Parlament. Fil-każ ta’ nuqqas ta' qbil bejniethom, tiskatta proċedura ta’ konċiljazzjoni ta’ 21 ġurnata.
Għal iktar informazzjoni
Il-paġna ewlenija tas-sit ta’ Janusz Lewandowski, Kummissarju għall-Ipprogrammar Finanzjarju u l-Baġit
http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/lewandowski/index_en.htm
Il-paġna ewlenija tad-DĠ tal-Baġit u l-Ipprogrammar Finanzjarju::
http://ec.europa.eu/budget/index_en.cfm
Kuntatti : Patrizio Fiorilli (+32 2 295 81 32) Monika Sikorska (+32 2 295 23 92) |
L-ABBOZZ TA’ BAĠIT TAL-2012 FIL-QOSOR
| |||||||||||||||||||||||||
![]() | 1. Tkabbir Sostenibbli | 68 155,6 | 55 336,7 | 70 531,0 | 62 527,8 | 3,5% | 13,0% | 2 375,4 | 7 191,1 | ||||||||||||||||
— Kompetittività għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi | 15 403,0 | 11 501,0 | 16 032,0 | 13 552,8 | 4,1% | 17,8% | 629,0 | 2 051,8 | |||||||||||||||||
— Koeżjoni għat-tkabbir u l-impjiegi | 52 752,6 | 43 835,7 | 54 498,9 | 48 975,0 | 3,3% | 11,7% | 1 746,4 | 5 139,3 | |||||||||||||||||
![]() | 2. Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali | 59 975,8 | 57 034,2 | 60 307,5 | 57 964,9 | 0,6% | 1,6% | 331,7 | 930,7 | ||||||||||||||||
![]() | 3. Ċittadinanza, Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (2) | 2 083,3 | 1 502,3 | 2 081,6 | 1 574,6 | -0,1% | 4,8% | -1,7 | 72,3 | ||||||||||||||||
- Libertà, sigurtà u ġustizzja | 1 367,8 | 835,6 | 1 392,2 | 928,3 | 1,8% | 11,1% | 24,4 | 92,8 | |||||||||||||||||
- Ċittadinanza (3) | 715,5 | 666,8 | 689,4 | 646,3 | -3,6% | -3,1% | -26,1 | -20,5 | |||||||||||||||||
![]() | 4. L-UE bħala Attur Globali | 9 405,9 | 6 955,1 | 9 467,2 | 7 311,6 | 0,7% | 5,1% | 61,2 | 356,5 | ||||||||||||||||
![]() | 5. Amministrazzjoni | 8 279,6 | 8 277,7 | 8 544,4 | 8 545,5 | 3,2% | 3,2% | 264,8 | 267,8 | ||||||||||||||||
Total | 147 900,2 | 129 106,1 | 150 931,7 | 137 924,4 | 2,0% | 6,8% | 3 031,5 | 8 818,3 | |||||||||||||||||
Approprjazzjonijiet bħala % tal-ING | 1,14 % | 0,99 % | 1,13% | 1,03 % | |||||||||||||||||||||
(1) Il-Baġit tal-2012 jinkludi l-baġit emendatorju 1 u l-abbozzi tal-baġits emendatorji 2 u 3. (2) Jekk il-Fond tas-Solidarjetà tal-UE huwa eskluż f’dan it-tqabbil għall-intestatura 3, l-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet jiżdiedu minn 0,8 % u 6,1% rispettivament. (3) Jekk il-Fond tas-Solidarjetà tal-UE huwa eskluż f’dan it-tqabbil għall-intestatura 3b, l-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet jiżdiedu minn 1,2 % u 0,4 % rispettivament. | |||||||||||||||||||||||||
Abbozz ta’ Baġit 2013 – IMPENJI
