Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

L-inawgurazzjoni tal-kampanja għall-50 anniversarju tal-Politika Agrikola Komuni

Commission Européenne - IP/12/36   23/01/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

L-inawgurazzjoni tal-kampanja għall-50 anniversarju tal-Politika Agrikola Komuni

Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012 – Illum il-Kummissjoni Ewropea inawgurat il-kampanja ta’ komunikazzjoni CAP@50 biex tikkommemora l-ħamsin anniversarju tal-Politika Agrikola Komuni, li tikkostitwixxi pedament ewlieni tal-integrazzjoni Ewropea u li għal nofs seklu pprovdiet liċ-ċittadini Ewropej b’sikurezza tal-ikel u b’ambjent rurali ħaj. Il-kampanja ta’ komunikazzjoni li damet sena tinkludi sit elettroniku interattiv, wirja ambulanti, materjal awdjoviżiv u stampat, kif ukoll sensiela ta’ avvenimenti fi Brussell u fl-Istati Membri.

Dacian Cioloş, il-Kummissarju għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jgħid hekk:"L-2012 hija sena importanti mhux biss biex infakkru dawn l-aħħar 50 sena ta’ storja, iżda speċjalment biex inkunu nistgħu nħarsu ’l quddiem lejn riforma ġdida tal-Politika Agrikola Komuni”. "Fl-1962, l-Ewropej kienu mħassba l-aktar dwar jekk hux se jkollhom biżżejjed x’jieklu. Illum is-sikurezza tal-ikel tibqa’ element importanti, iżda għandna wkoll tħassib ġdid bħat-tibdil fil-klima u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali. Din il-kampanja se tgħinna nirriflettu fuq din l-evoluzzjoni".

Kuntest

Il-kampanja CAP@50 ġiet inawgurata llum bis-slowgan "Sħubija bejn l-Ewropa u l-Bdiewa", f'avveniment interistituzzjonali fi Brussell li ġabar flimkien aktar minn 150 mistieden mill-istituzzjonijiet tal-UE involuti fl-istorja u fir-riforma attwali tal-PAK, flimkien ukoll mal-eks-Kummissarji tal-Agrikoltura u l-partijiet interessati. (Ara l-filmat animat li jinawgura l-kampanja).

Bosta avvenimenti nazzjonali ta’ inawgurazzjoni huma previsti wkoll fis-sitt membri fundaturi tal-UE: fil-Ġermanja (Berlin, fl-20 ta’ Jannar); fl-Italja (Verona, fit-2 ta’ Frar); fi Franza, (Pariġi, is-27 ta’ Frar) u fil-Benelux (għad trid tiġi kkonfermata, fl-4 ta' April).

Matul l-2012 se tiġi organizzata sensiela ta’ avvenimenti fil-livelli nazzjonali u tal-UE u mir-rebbiegħa 2012 wirja ambulanti li se tkun qed tivvjaġġa madwar l-Ewropa. Il-wirja se tidher f’bosta istituzzjonijiet tal-UE u fl-Istati Membri.

Is-sit elettroniku 50 sena tal-PAK tradott fi 22 lingwa se jippreżenta filmat li juri kif l-agrikoltura taffettwa l-ħajja tagħna ta’ kuljum kif ukoll stqarrija bil-vidjow mill-Kummissarju li tippreżenta l-kampanja. Informazzjoni dwar l-avvenimenti differenti li jkunu qed iseħħu madwar l-Ewropa kollha se tkun qed tiġi aġġornata kontinwament fis-sit elettroniku. Il-logo "50 Sena tal-PAK. Ninsabu lesti għall-ġejjieni" se jkun jista’ jitniżżel minn fuq is-sit elettroniku tal-kampanja.

Għal iktar tagħrif

50 Sena tal-Kampanja dwar il-PAK (bil-vidjows kollha u l-logo):

http://ec.europa.eu/agriculture/50-years-of-cap/index_mt.htm

MEMO/12/32

Kuntatt:

Roger Waite (+32 2 296 14 04)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site