Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-istampa

"Fi żminijiet ta' kriżi, l-UE ma tridx tinsa l-ifqar nies fid-dinja", jgħid il-Kummissarju Piebalgs. L-UE tikkonferma l-pożizzjoni tagħha bħala l-akbar donatur tal-għajnuna fid-dinja fl-2011

Brussell, l-4 ta' April 2012 – ċifri preliminarji dwar l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp ippubblikati mill-OECD llum juru li bi € 53 biljun ta' għajnuna għall-iżvilupp fl-2011, l-Unjoni Ewropea u s-27 Stati Membri tagħha jibqgħu l-akbar donatur fid-dinja, u jipprovdu aktar minn nofs l-għajnuna uffiċjali dinjija. Fi żmien ta' limitazzjonijiet baġitarji kbar, 16-il Stat Membru rnexxielhom iżidu l-għajnuna tagħhom, tlieta minnhom huma kklassifikati fost l-akbar ħames donaturi fid-dinja u erbgħa minnhom diġà laħqu l-mira li jonfqu 0.7% tad-dħul gross nazzjonali (ING) fuq l-għajnuna. L-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-UE laħqet 0.42% tal-ING tal-UE, li jaqbeż l-isforzi ta' donaturi ewlenin oħrajn. Madankollu, għadhom meħtieġa aktar sforzi sabiex tintlaħaq il-mira miftehma ta' 0.7% tal-ING tal-UE sal-2015.

Il-Kummissarju Piebalgs qal: "Minkejja l-kriżi, l-Ewropa tafferma mill-ġdid is-solidarjetà tagħha mal-aktar foqra madwar id-dinja. L-għajnuna tal-UE ħarġet miljuni ta' nies mill-faqar u salvat għadd bla qies ta' ħajjiet matul l-aħħar għaxar snin. L-għajnuna għall-iżvilupp hija kemm solidarjetà kif ukoll investiment li jagħmlu d-dinja aktar sikura u aktar prospera. Għalhekk nappella lill-Istati Membri sabiex jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom biex jintlaħaq l-għan li jżidu l-ODA għal 0.7% tal-ING sal-2015".

Wara li kibret għal tliet snin konsekuttivi minkejja l-kriżi finanzjarja u ekonomika, l-għajnuna uffiċjali tal-UE naqset b'madwar 500 miljun euro meta mqabbla mal-2010, tnaqqis minn 0.44% tal-ING fl-2010 għal 0.42% fl-2011. Dan ġie bbażat fuq riżultati mħallta fl-Istati Membri.

  • Erba' Stati Membri tal-UE (l-Isvezja, id-Danimarka, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Lussemburgu) jkomplu jaqbżu l-mira ta' 0.7%, u d-Danimarka, il-Lussemburgu u l-Isvezja għandhom il-mira li jilħqu 1% tal-ING.

  • Stati Membri oħra qed jimxu lejn il-kisba tal-mira ta' 0.7%, bħar-Renju Unit, jew qed iżommu livelli ta' għajnuna 'l fuq mill-mira għall-2010 ta' 0.51% tal-ING (il-Belġju, il-Finlandja, l-Irlanda). Il-Ġermanja u l-Italja għamlu żidiet konsiderevoli fil-baġits għall-għajnuna tagħhom fl-2011.

  • L-Istati Membri kollha li ssieħbu fl-UE mill-2004 'l hawn, minbarra wieħed jew żiedu jew żammew il-livelli tal-għajnuna tagħhom, b’Malta tirreġistra l-ogħla tkabbir fl-UE, u r-Rumanija, il-Litwanja u l-Estonja wkoll jirreġistraw żidiet sinifikanti.

Sfond:

Fl-2005, l-Istati Membri tal-UE wegħdu li jżidu l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) għal 0,7% tad-dħul nazzjonali gross (ING) sal-2015 u inkludew mira intermedja ta' 0.56% ODA/ING sal-2010. Il-mira tal-2010 kienet ibbażata fuq miri individwali ta' 0.7% tal-ODA/ING għall-UE 15 u 0.33% tal-ING għat-12-il Stat Membru li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007. Ebda donaturi oħra ma għamel impenn sinifikanti biex iżid l-għajnuna.

Id-dejta ppreżentata llum inkisbet minn żewġ sorsi: Għall-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE, l-informazzjoni hija provduta mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (l-OECD) li tiġbor id-dejta dwar l-għajnuna tal-membri tal-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp (id-DAC) kif ukoll ta' pajjiżi oħra li jirrappurtaw iċ-ċifri lilha. Għall-bqija tal-Istati Membri tal-UE, il-Kummissjoni ġabret it-tagħrif għar-Rapport ta' Responsabilizzazzjoni tal-UE dwar l-Iffinanzjar għall-Iżvilupp tal-2012, li se jiġi ppreżentat f'Ġunju 2012.

Għal aktar informazzjoni

Ara wkoll MEMO/12/243

Il-websajt tal-Kummissarju Ewropew għall-Iżvilupp, Andris Piebalgs:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/piebalgs/index_en.htm

Il-websajt tad-DĠ għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni EuropeAid:

http://ec.europa.eu/europeaid/index_en.htm

Persuni ta' kuntatt:

Catherine Ray (+32 2 296 99 21)

Wojtek Talko (+32 2 297 85 51)

Graph 1: EU ODA in Global Context

Graph 2: State of progress towards 2015

Table 1: 2011 ODA levels and projections towards 2015


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website