Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Is-sikurezza fit-toroq: Il-progress fit-tnaqqis tal-imwiet fit-toroq tal-UE jaqa’ għal 2 % fl-2011

Commission Européenne - IP/12/326   29/03/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-istampa

Is-sikurezza fit-toroq: Il-progress fit-tnaqqis tal-imwiet fit-toroq tal-UE jaqa’ għal 2 % fl-2011

Brussell, id-29 ta' Marzu 2012 - Il-progress fit-tnaqqis tal-għadd ta’ fatalitajiet fit-toroq waqa’ sinifikament matul is-sena l-oħra (għal -2 %) meta mqabbel mat-tnaqqis verament promettenti madwar l-UE fl-aħħar għaxar snin (medja ta' -6 %), skont l-aħħar ċifri ppubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea. Agħar minn hekk, xi Stati Membri tal-UE, bħall-Ġermanja u l-Isvezja, li għandhom rekords tas-sikurezza tajbin ħafna, issa qed juru żieda sinifikanti fl-imwiet. Fi Stati Membri oħra, bħall-Polonja u l-Belġju - li diġà qed jaqaw lura fis-sikurezza fit-toroq - l-imwiet żdiedu. Għadha qed tippersisti l-problema tal-muturi – fejn f’iktar minn għaxar snin il-fatalitajiet għadhom ma naqsux.

Il-Kummissarju tal-UE għat-Trasport, Siim Kallas qal; “Dawn iċ-ċifri qed iġagħluna nirrealizzaw ir-realtà x’inhi. Dan huwa l-iżjed nuqqas bil-mod fl-imwiet fit-toroq f'għaxar snin. Kuljum għadhom imutu 85 persuna fit-toroq tal-Ewropa.

Dan huwa inaċċettabbli. Irridu nintensifikaw ħafna l-isforzi tagħna kemm fuq il-livell tal-UE kif ukoll fuq dak nazzjonali biex nilħqu l-għan tagħna li nerġgħu nnaqqsu l-fatalitajiet bin-nofs sal-2020. Jien qed nikteb lill-Ministri fl-Istati Membri kollha biex nitlob għal informazzjoni dwar il-pjanijiet nazzjonali ta' infurzar tas-sikurezza fit-toroq għall-2012. Jien irrid inkun żgurat li anki fi żminijiet ekonomiċi ibsin, din il-ħidma importanti, li hija daqshekk ċentrali għas-sikurezza fit-toroq, mhix qed tonqos. Fuq il-livell tal-UE, fl-2012 jien se nimmira speċifikament ukoll il-fatalitajiet tal-muturi, għax irridu naraw bidla f’din ix-xejra attwali u li dawn l-imwiet jibdew jonqsu.”

It-tabella mehmuża - "fatalitajiet fit-toroq għal kull pajjiż" - turi l-progress li sar mill-2001, biċ-ċifri tal-pajjiżi kollha madwar l-UE, imqassmin skont il-pajjiż. Tinkludi l-aktar ċifri riċenti għall-2011.

Matul l-aħħar għaxar snin sar progress kbir taħt il-Pjan ta’ Azzjoni tas-Sikurezza fit-Toroq tal-UE 2001-2011. Il-fatalitajiet fit-toroq naqsu bi kważi 45 % u ġew salvati iktar minn 125 000 ruħ .

L-imwiet fit-toroq fl-UE naqsu fuq medja ta’ 6 % kull sena. U f’ċerti pajjiżi dan in-nuqqas tela' wkoll għall-11 % (2010).

Il-pjan ta' azzjoni għas-sikurezza fit-toroq tal-UE 2011-2020

F'Lulju 2010, il-Kummissjoni adottat pjanijiet ta' sfida biex tnaqqas bin-nofs l-għadd ta' mwiet fit-toroq Ewropej fl-10 snin li ġejjin. L-inizjattivi proposti fl-"Orjentazzjonijiet ta' Politika Ewropea għas-Sikurezza tat-Toroq 2011-2020" ivarjaw minn standards ogħla stabbiliti għas-sikurezza tal-vetturi, sat-titjib fit-taħriġ tal-utenti tat-toroq u ż-żieda fl-infurzar tar-regoli tat-toroq. Il-Kummissjoni qed taħdem mill-qrib mal-Istati Membri sabiex timplimenta dan il-programm.

Programm ta' azzjoni għas-sikurezza fit-toroq 2011-2020:

Il-programm ta' azzjoni għas-Sikurezza tat-Toroq jistabbilixxi taħlita ta' inizjattivi li jikkonċentraw fuq it-titjib tal-vetturi, l-infrastruttura u l-imġiba tal-utenti tat-toroq.

Hemm seba' għanijiet strateġiċi:

  • Miżuri tas-sikurezza mtejba għat-trakkijiet u l-karozzi

  • Bini ta' toroq iktar sikuri

  • Żvilupp ta' vetturi intelliġenti

  • Tisħiħ fl-għoti tal-liċenzji u t-taħriġ

  • Infurzar aħjar

  • Konċentrazzjoni fuq il-korrimenti

  • Konċentrazzjoni ġdida fuq is-sewwieqa tal-muturi.

Il-miżuri dettaljati għal kull għan strateġiku jinsabu elenkati fil-MEMO/10/343.

Ara wkoll: MEMO/11/483

Xi jmiss issa?

Se titkattar l-ħidma biex jiġi implimentat il-Pjan ta’ Azzjoni tas-Sikurezza tatt-Toroq tal-UE 2011-2020. Barra minn hekk, il-Viċi President illum ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jintensifika l-isforzi marbuta mal-infurzar nazzjonali u mal-utenti tat-toroq li jużaw il-muturi, li huma fost l-iktar vulnerabbli.

Stat Membru

Fatalitajiet għal kull miljun persuna

Evoluzzjoni tal-fatalitajiet

 

2001

2010

2011

(proviżorja)

2001-2010

Medja tat-tnaqqis annwali

2010-2011

(proviżorja)

Il-Belġju

145

75

77

-45%

-6%

4%

Il-Bulgarija

124

103

88

-23%

-3%

-15%

Ir-Repubblika Ċeka

130

76

73

-40%

-5%

-4%

Id-Danimarka

81

46

40

-41%

-6%

-18%

Il-Ġermanja

85

45

49

-48%

-7%

10%

L-Estonja

146

58

75

-61%

-10%

29%

L-Irlanda

107

47

42

-49%

-7%

-13%

Il-Greċja

172

111

97

-33%

-4%

-13%

Spanja*

136

54

50

-50%

-9%

-6%

Franza

134

62

61

-51%

-8%

0%

L-Italja*

125

68

65

-42%

-6%

-4%

Ċipru

140

75

88

-39%

-5%

18%

Il-Latvja

236

97

80

-61%

-10%

-18%

Il-Litwanja

202

90

92

-58%

-9%

-3%

Il-Lussemburgu

159

64

70

-54%

-8%

13%

L-Ungerija

121

74

64

-40%

-6%

-14%

Malta

41

36

41

-6%

-1%

13%

Il-Pajjiżi l-Baxxi*

62

32

33

-46%

-7%

2%

L-Awstrija

119

66

62

-42%

-6%

-6%

Il-Polonja

145

102

109

-29%

-4%

7%

Il-Portugall

163

79

74

-44%

-6%

-6%

Ir-Rumanija

109

111

94

-3%

0%

-15%

Is-Slovenja

140

67

69

-50%

-7%

1%

Is-Slovakkja

114

68

59

-40%

-5%

-6%

Il-Finlandja

84

51

54

-37%

-5%

6%

L-Isvezja

66

28

33

-54%

-8%

18%

Ir-Renju Unit*

61

31

32

-47%

-7%

5%

UE

112

62

61

-43%

-6%

-2%

*Dejta preliminarja bbażata fuq l-aħħar dejta disponibbli. L-istimi tar-Renju Unit u l-Pajjiżi l-Baxxi huma bbażati fuq dejta minn Jannar sa Settembru. L-istimi tal-Italja u Spanja huma bbażati fuq dejta miġbura mill-pulizija, u jeskludu ż-żoni urbani.

Tabella 1 Xejriet fil-fatalitajiet fit-toroq tal-UE (l-utenti kollha) 2000-2010

It-tabella turi li filwaqt li l-fatalitajiet tal-karozzi, persuni mexjin, roti u mopeds ilkoll naqsu mill-2001 'l hawn, dan mhux il-każ għall-muturi.

Kuntatti:

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site