Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Ministri tat-Trasport jappoġġjaw netwerk ewlieni ġdid tat-trasport fl-UE (TEN-T)

European Commission - IP/12/301   22/03/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea – Stqarrija għall-Istampa

Il-Ministri tat-Trasport jappoġġjaw netwerk ewlieni ġdid tat-trasport fl-UE (TEN-T)

Brussell, it-22 ta' Mazu 2012 – Illum, il-Ministri tat-Trasport laħqu ftehim dwar proposti biex it-taħlita ta’ toroq, linji tal-ferrovija, ajruporti u kanali tiġi trasformata f'netwerk Ewropew magħqud għat-trasport. Ir-Regolament propost għal Linji Gwida għal Networks TransEwropej (TEN-T) ser jelimina l-konġestjoni bejn il-fruntieri, itejjeb l-infrastruttura u jissimplifika l-operazzjonijiet ta' trasport transkonfinali għall-passiġġieri u n-negozji fl-UE kollha.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni responsabbli għat-trasport, Siim Kallas, qal: "Dan huwa pass ferm sinifikanti ’l quddiem. It-Trasport huwa l-għajn tal-ħajja tal-ekonomija Ewropea. U jekk dan ma jimxix ħarir, l-ekonomija tagħna ser tiddgħajjef u ma jirnexxilhiex tikber. Illum, il-Ministri taw appoġġ politiku qawwi għal pjanijiet biex jinbnew il-konnessjonijiet strateġiċi ta' trasport li huma meħtieġa biex jixprunaw it-tkabbir ekonomiku tal-futur fl-Ewropa."

Il-Ministri approvaw il-proposti tal-Kummissjoni għal:

1. Netwerk ewlieni ġdid tat-trasport fl-UE

Il-Ministri appoġġjaw proposti għal network ewlieni ġdid tat-trasport fl-UE ffukat li għandu jitlesta sal-2030. Dan in-netwerk li huwa mibni billi juża 10 kuriduri ewlenin ta’ trasport ta' implimentazzjoni ser jistabbilixxi l-konnessjonijiet vitali ta' transport neċessarji biex jissaħħaħ is-suq uniku u t-tkabbir ekonomiku tal-futur tal-fjuwil. Dan jippermetti mira aktar iffokata u effettiva tal-investimenti tat-trasport tal-UE.

In-netwerk ewlieni ser jiġi kkumplimentat minn netwerk komprensiv ta' trasport li għandu jingħaqad miegħu, li huwa skedat li jitlesta fl-2050. Dan in-netwerk komprensiv ser jiżgura l-kopertura sħiħa tal-UE u l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha. Iż-żewġ saffi jinkludu l-mezzi kollha tat-trasport: bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bl-ilmijiet interni u bil-baħar, kif ukoll il-pjattaformi intermodali.

Għal ħoloq għas-sit elettroniku tal-Kunsill, bil-mapep miftiehma waqt il-Kunsill tat-Trasport, ara:

http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/trans/129080.pdf

http://www.consilium.europa.eu/press/council-meetings

2. Standards tekniċi għoljin għan-netwerk ewlieni

Il-proposta tal-Kummissjoni stabbilixxiet rekwiżiti tekniċi komuni għall-infrastruttura tat-TEN-T – b'rekwiżiti aktar qawwija għan-netwerk ewlieni tat-trasport. Dan sabiex jiġu żgurati interoperabilità bla xkiel ta' konnessjonijiet ta' trasport man-netwerk kollu.

Huwa ċar li r-rekwiżiti tekniċi għandhom ikunu interoperabbli man-netwerk kollu, speċjalment għan-netwerk ewlieni. Pereżempju, is-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (the European Rail Traffic Management System (ERTMS)) – is- Sistemi ta' Trasport Intelliġenti bażiċi (Intelligent Transort Systems (ITS)) li tikkontrolla l-ferroviji għandha tapplika għall-biċċa l-kbira tal-partijiet tan-netwerk tat-TEN-T. Bl-istess mod, l-istandards tas-sikurezza tat-toroq, f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tas-sikurezza għall-mini u s-sikurezza tat-toroq, għandhom japplikaw man-netwerk kollu, u t-teknoloġija għall-ITS għandha tingħaqad man-netwerk. Barra minn hekk, jekk ser jinbnew punti għall-iċċarġjar fl-infrastruttura futura tal-vetturi elettriċi, loġikament ikollhom jilħqu standards komuni, sabiex il-karozzi jkunu jistgħu jużawhom fin-netwerk kollu.

3. 10 kuriduri ewlenin ta' trasport

Innovazzjoni kbira fil-linji gwida l-ġodda tat-TEN-T hija l-introduzzjoni ta' għaxar kurituri ta' implimentazzjoni fuq in-netwerk ewlieni tat-trasport. Din hija neċessarja biex jiġi żgurat l-iżvilupp ikkoordinat tan-netwerk. Il-kuriduri ser jgħaqqdu flimkien l-Istati Membri kkonċernati, kif ukoll il-partijiet interessati rilevanti, pereżempju l-maniġers tal-infrastruttura u l-utenti. Il-koordinaturi Ewropej ser jippresiedu l-"pjattaformi tal-kurituri", li ser jgħaqqdu flimkien lill-partijiet interessati kollha – dawn ser ikunu strument ewlieni biex jiġu ggarantiti l-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u t-trasparenza.

Kuntest

Il-proposti TEN-T tal-Kummissjoni jiddefinixxu l-mapep, il-ħtiġiet tekniċi u l-iskadenzi tal-mira għat-tlestija tan-netwerk ewlieni u komprensiv.

Skont il-proposti l-ġodda, in-Netwerk ewlieni l-ġdid ta' trasport Ewropew ser jikkonnettja: sal-2030:

  • 86 port ewlieni Ewropew ma' konnessjonijiet bil-ferrovija u bit-triq

  • 37 ajruport ewlieni ma' konnessjonijiet bil-ferrovija għall-bliet ewlenin

  • 15 000 km ta' ferroviji mtejba għall-veloċità għolja

  • 35 proġett transkonfinali ewlieni biex inaqqsu l-konġestjoni

Ara http://ec.europa.eu/transport/index_en.htm għall-proposti tal-Kummissjoni għal mapep ta' network ewlieni, mapep nazzjonali, listi ta' proġetti.

Il-linji gwida TEN-T huma element importanti tal-pakkett tal-infrastruttua li tressaq mill-Kummissjoni f'Ottubru 2011, li jinkludi wkoll il-Faċilità Nikkollegaw lill-Ewropa u l-inizjattivi tal-bonds għall-proġetti.

X'inhu l-pass li jmiss?

Il-ftehim li ntlaħaq illum huwa l-ewwel pass fil-proċess leġiżlattiv. Ir-Regolament propost għadu jrid jiġi approvat mill-MEPs fil-Parlament Ewropew fl-ewwel qari. Huwa previst li kmieni fl-2013, jittieħed vot fil-Parlament Ewropew. B'rieda politika soda, it-test finali jista' jiġi adottat fl-ewwel nofs tal-2013.

Għal aktar informazzjoni tal-kuntest dwar il-proposti TEN-T tal-Kummissjoni:

http://ec.europa.eu/transport/infrastructure/revision-t_en.htm

Contacts :

Helen Kearns (+32 2 298 76 38)

Dale Kidd (+32 2 295 74 61)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website