Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Insostnu t-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol fil-Greċja – it-Task Force għall-Greċja tippreżenta t-tieni rapport ta’ kull tliet xhur

Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012 – It-Task Force tal-Kummissjoni għall-Greċja llum tippreżenta t-tieni rapport tagħha dwar is-sostenn li l-UE qed tagħti lil dan l-Istat Membru. Din it-Task Force inħolqot biex tgħin lill-Greċja twettaq il-programm impenjattiv tagħha biex tirriforma, li huwa mfassal biex fil-pajjiż jerġa’ jkun hemm it-tkabbir u l-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol. It-Task Force hija l-espressjoni konkreta tas-solidarjetà tal-UE mal-Greċja. Issa li wasal iż-żmien li jiġi implimentat it-tieni programm ta’ għajnuna finanzjarja lill-Greċja, ir-rwol tat-Task Force huwa saħansitra aktar kruċjali.

Minn mindu fl-2011 inħolqot it-Task Force mill-President Barroso, sar ħafna progress. It-tieni rapport jiddeskrivi t-titjib li sar biex jiżdied ir-ritmu tal-kapaċità tal-Greċja li tassorbi l-fondi tal-UE (’il fuq mill-medja tal-UE) u biex tiġi stabbilita u implimentata l-assistenza teknika (AT) lill-Greċja f’disa’ oqsma ewlenin bl-appoġġ ta’ madwar għoxrin Stat Membru, tal-Kummissjoni u tal-FMI.

Il-President Barroso qal: Biex il-Greċja jkollha futur, trid terġa' tikseb kemm l-istabbiltà finanzjarja kif ukoll il-potenzjal għat-tkabbir. Is-sostenn li tat it-Task Force tal-Kummissjoni huwa strument importanti ħafna biex jiġu xprunati t-tkabbir u l-ħolqien tal-postijiet tax-xogħol fil-Greċja. Is-solidarjetà li ntweriet minn bosta Stati Membri, mill-Kummissjoni, u minn istituzzjonijiet internazzjonali oħrajn hija sinjal inkuraġġanti ħafna għal dan il-pajjiż. Ejjew flimkien nibnu ġejjieni għall-Greċja”.

Jissokta

Kuntest

Fl-20 ta' Lulju 2011, wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru Grieg, il-President Barroso waqqaf it-Task Force bil-għan li tingħata assistenza teknika (AT) lill-Greċja. Din l-inizjattiva ġiet appoġġjata bil-kbir mill-Kunsill Ewropew (il-21 ta' Lulju, il-paragrafu 4), li ddikjara li "...l-Istati Membri u l-Kummissjoni se jimmobilizzaw minnufih ir-riżorsi kollha neċessarji sabiex il-Greċja tingħata assistenza teknika eċċezzjonali li tgħinha fl-implimentazzjoni tar-riformi tagħha..."

It-Task Force għall-Greċja (TFGR) bdiet taħdem f’Settembru 2011 u l-mandat tagħha jinkarigaha biex tidentifika u tikkoordina l-assistenza teknika li l-Greċja teħtieġ biex twettaq impenji li daħlet għalihom fil-programm ta’ aġġustament ekonomiku tagħha. Taħdem ukoll li tgħaġġel ir-ritmu tal-assorbiment tal-fondi tal-UE sabiex jiġu sostnuti t-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u x-xogħol.

Hija twieġeb għall-President u taħdem taħt il-gwida politika tal-Viċi President Olli Rehn. Il-Kap tat-Task Force jippreżenta rapporti ta’ progress ta’ kull tliet xhur lill-awtoritajiet Griegi u lill-Kummissjoni.

It-Task Force hija magħmula minn madwar 45 ruħ u għandha bażi fi Brussell u oħra f’Ateni.

Ara wkoll:

MEMO/12/184, IP/11/1360

Għal aktar tagħrif:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/president/taskforce-greece/index_en.htm

Persuni ta’ kuntatt :

Olivier Bailly (+32 2 296 87 17)

Pia Seppälä (+32 2 299 24 88)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website