Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni tniedi dibattitu dwar ir-ristrutturar korporattiv: x'tagħlimiet ħadna mill-kriżi?

European Commission - IP/12/23   17/01/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa

Il-Kummissjoni tniedi dibattitu dwar ir-ristrutturar korporattiv: x'tagħlimiet ħadna mill-kriżi?

Strasburgu, is-17 ta' Jannar 2012 – Il-Kummissjoni Ewropea nidiet dibattitu pubbliku madwar l-Ewropa dwar ir-ristrutturar korporattiv u l-antiċipazzjoni tat-tibdil. Il-konsultazzjoni se tibqa' għaddejja sat-30 ta' Marzu 2012. L-għan huwa li jiġu identifikati prattiċi u politiki li rnexxew fil-qasam tar-ristrutturar u l-adattazzjoni għall-bidliet. Ir-riżultati se jiġu inkorporati mal-pakkett dwar l-impjiegi li ġej u għandhom jgħinu biex itejbu aktar il-kooperazzjoni bejn il-ħaddiema u r-rappreżentanti ta' dawk li jimpjegaw, il-gvern, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-istituzzjonijiet tal-UE. Il-konsultazzjoni se tgħin ukoll biex jiġu identifikati miżuri speċifiċi għar-ristrutturar li jistgħu jgħinu biex jintgħelbu l-isfidi tal-impjieg u dawk soċjali, kif ukoll tgħin lill-kumpaniji Ewropej itejbu l-kompetittività permezz tal-innovazzjoni u adattazzjoni mgħaġġla, iżda wkoll mingħajr diffikultajiet, għat-tibdil.

Ir-ristrutturar huwa parti mill-ħajja tal-kummerċ u wieħed mill-modi importanti li jgħin lil kumpanija tibqa' kompetittiva. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja poġġiet pressjoni żejda fuq il-kummerċ: bejn l-2002 u l-2010, ġew irreġistrati 'l fuq minn 11,000 każ ta' ristrutturar mill-Kontrollur tar-Ristrutturar Ewropew, bi proporzjoni ta' kważi żewġt impjiegi mitlufin għal kull impjieg maħluq (1.8:1). Bejn l-2008 u l-2010, dan il-proporzjoni żdied għal 2.5:1. Bosta kumpaniji u l-ħaddiema tagħhom żviluppaw arranġamenti innovattivi biex jillimitaw it-telf tal-impjiegi. Dawn l-inizjattivi jvarjaw minn sigħat ta' xogħol għal aktar djalogu soċjali, għal miżuri ta' aġġustament jew l-intervent tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi. Iżda dawn jafu ma jkunux effettivi wisq f'kuntest ta' domanda li tibqa' dgħajfa.

László Andor, il-Kummissarju għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni ppreżenta l-Green Paper filwaqt li qal: "Biex inkunu nistgħu nirreaġixxu aħjar fil-ġejjieni, irridu nifhmu r-raġunijiet tas-suċċess ta' xi miżuri f'ċerti pajjiżi jew f'ċerti setturi waqt il-kriżi. Irridu nagħtu ħarsa lejn kif ċerti miżuri, bħal pereżempju l-qgħad parzjali, jistgħu jintużaw biex jilqgħu l-isfidi li wisq probabbli se niffaċċjaw fiż-żmien li ġej". Hu żied jgħid: "Irridu wkoll naraw kif l-aħjar li nantiċipaw il-ħtiġiet tal-impjieg u tal-ħiliet tal-ġejjieni, speċjalment fid-dawl ta' sfidi ġodda u inugwaljanzi dejjem jiżdiedu madwar l-Istati Membri. U, fl-aħħar nett, irridu naraw kif jista' jiġi limitat l-impatt soċjali tar-ristrutturar."

Il-Kummissarju enfasizza wkoll li l-UE lesta li tgħin u ssostni lill-Istati Membri permezz ta' politika ta' koeżjoni, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew kif ukoll il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni.

Il-kontenut tal-Green Paper:

Il-Green Paper tinkludi għadd ta' kwistjonijiet. B'mod partikolari, tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin:

  • Tagħlimiet mill-krizi – il-miżuri u l-prattiċi politiċi eżistenti huma adegwati? X'inhuma l-fatturi tas-suċċess u l-isfidi tal-ġejjieni? Kif ħadmu l-iskemi tal-qgħad parzjali waqt il-kriżi u kif laħħqu mad-domanda fqira persistenti?

  • L-addattament ekonomiku u industrijali – x'inhuma l-kundizzjonijiet relevanti ta’ qafas u l-prattiċi t-tajbin eżistenti dwar l-aċċess għall-finanzi, li se jakkumpanjaw l-addattament strutturali?

  • L-adattabbiltà tal-kummerċ u l-impjegabbiltà tal-ħaddiema – approċċ antiċipattiv huwa l-aħjar? Hemm xi ħtieġa li jiġu aġġornati l-linji gwida eżistenti dwar ir-ristrutturar u l-mod kif għandha tiġi assigurata l-implimentazzjoni tagħhom?

  • Il-ħolqien ta' sinerġiji fil-proċess tat-tibdil industrijali – kif jistgħu jittejbu s-sinerġiji bejn il-kumpaniji, l-awtoritajiet lokali u atturi oħra lokali? Kif għandu jiġi żviluppat it-taħriġ bħala karatteristika permanenti tal-ġestjoni tar-riżorsi umani?

  • Ir-Rwol tal-awtoritajiet reġjonali u lokali – kif se ninkoraġġixxu rwol ta' sostenn tal-awtoritajiet pubbliċi filwaqt li nqisu t-tradizzjonijiet differenti nazzjonali?

  • L-impatt tal-ħidmiet tar-ristrutturar - x'jistgħu jagħmlu l-kumpaniji u l-impjegati biex inaqqsu kemm jista' jkun l-impatt fuq l-impjiegi u dak soċjali tal-ħidmiet tar-ristrutturar, u x'inhu r-rwol tal-politiki pubbliċi fil-faċilitazzjoni ta' dawn it-tibdiliet?

Il-Green Paper hija appoġġata mid-dokument ta' ħidma tal-personal Ir-ristrutturar fl-Ewropa 2011, li jieħu ħafna mit-tagħlimiet fis-snin riċenti dwar l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tat-tibdil u tal-istrutturar.

Il-konsultazzjoni se tibqa' miftuħa sat-30 ta' Marzu 2012. Waqt dan iż-żmien kull min hu interessat fis-suġġett jista' jibgħat il-fehmiet tiegħu permezz tal-posta elettronika jew dik konvenzjonali.

Il-kuntest

Ir-ristrutturar issemma mill-Kummissjoni Ewropea fil-politika industrijali ewlenija ta' Ottubru 2010, fl-inizjattiva ewlenija "Aġenda għal kapaċitajiet u impjiegi ġodda", kif ukoll l-Att dwar is-Suq Uniku. Il-Kummissjoni tixtieq li iġġedded id-dibattitu dwar ir-ristrutturar fid-dawl tat-tagħlimiet mill-esperjenza riċenti..

Dak li joħroġ minn din il-konsultazzjoni se jkun parti mill-pakkett li ġej dwar l-impjiegi u l-aġenda tal-flessigurtà mqajma mill-ġdid. Jista' jwassal għal dibattitu mġedded f'livell tal-UE dwar il-possibbiltà ta' qafas ġdid għar-ristrutturar.

Għal iktar tagħrif:

Il-Green Paper: Ir-ristrutturar u l-antiċipazzjoni tat-tibdil: X'tagħlimiet ħadna mill-kriżi ekonomika? : http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=7310&langId=mt

Dokument ta' Ħidma tas-Servizzi tal-Kummissjoni: Ir-ristrutturar fl-Ewropa 2011

http://ec.europa.eu/social/BlobServlet?docId=7311&langId=en

http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=333&langId=mt

Konsultazzjoni dwar ir-ristrutturar u l-antiċipazzjoni tat-tibdil http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=mt&catId=699&consultId=9&furtherConsult=yes

Ara wkoll:

Dokumenti ewlenin dwar ir-ristrutturar

http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=782&langId=mt

Contact :

Cristina Arigho (+32 2 298 53 99)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website