Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

MEDIA Mundus: Il-Kummissjoni talloka EUR 5 miljun għal proġetti ċinematografiċi internazzjonali

Commission Européenne - IP/12/237   13/03/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

MEDIA Mundus: Il-Kummissjoni talloka EUR 5 miljun għal proġetti ċinematografiċi internazzjonali

Brussll, 13 ta' Marzu 2012 – Xi 35 proġett ċinematografiku se jerċievu l-ammont ta' EUR 5 miljun f'finanzjament mill-programm MEDIA Mundus – il-programm ta' kooperazzjoni u skambju internazzjonali tal-Unjoni Ewropea għall-industrija awdjoviżiva (ara l-lista ta' hawn taħt). Il-proġetti se jkunu qed jgħinu t-tisħiħ tad-distribuzzjoni tal-films Ewropej fi swieq mhux Ewropej u viċi versa.

"Kulħadd iħobb jara films tajbin fiċ-ċinema u fuq it-televiżjoni. MEDIA Mundus – il-verżjoni dinjija tal-programm tagħna li kien ta' suċċess, MEDIA – iħeġġeġ il-koproduzzjonijiet internazzjonali, jagħti spinta lid-distribuzzjoni dinjija u jagħmel lill-industrija awdjoviżiva iktar kompetittiva. L-idea hi li l-ispettaturi jkollhom għażla ikbar u l-opportunità li jaraw films li jkunu saru mad-dinja kollha," qalet Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ.

Fost il-35 proġett magħżula għall-kofinanzjament hemm:

- "IPEDA MUNDUS"

Dan il-proġett jiffaċilita l-ħruġ ta' films Ewropej f'vidjopjattaformi prominenti fuq l-internet fl-Istati Uniti u fil-Kanada. Huwa jgħin ukoll lill-produtturi tal-films mill-Amerika ta' Fuq ikollhom aċċess għall-kontropartijiet Ewropej tagħhom.

- "EYE ON FILMS"

Dan huwa netwerk dinji ta' distributuri u festivals li jiddistribwixxu l-films f'iktar minn 20 pajjiż.

- "DOCSTORIES"

Workshop ta' taħriġ li għandu l-għan li jiżviluppa proġetti dokumentarji kreattivi u programmi innovattivi li ma jkunux finzjoni, fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed (ir-Russja, it-Turkija, l-Ukraina, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Bjelorussja, l-Azerbajġan, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Armenja). "Docstories" se joħloq ukoll netwerk li jħeġġeġ iċ-ċirkolazzjoni tad-dokumentarji u l-iskambju tal-aqwa prassi.

Sfond

Ix-xenarju ċinematografiku nbidel b’mod sinifikanti matul iż-żewġ deċennji li għaddew, l-iktar minħabba l-impatt ta’ żviluppi teknoloġiċi bħat-televiżjoni diġitali b'ħafna stazzjonijiet, iċ-ċinema diġitali u l-filmati b’talba.

Il-programm MEDIA Mundus għandu baġit ta' EUR 15-il miljun fuq 3 snin (2011-13) u jiffinanzja proġetti li jħeġġu l-mobilità u l-iskambji bejn produtturi tal-films Ewropej u l-kontropartijiet tagħhom madwar id-dinja.

Il-programm Creative Europe propost mill-Kummissjoni, li mistenni jibda fl-2014, jipprevedi l-allokazzjoni ta' iktar minn EUR 900 miljun għall-attivitajiet ta' MEDIA u MEDIA Mundus. Il-baġit finali se jkun deċiż mill-Parlament Ewropew u l-Istati Membri

Għal aktar tagħrif:

Il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-programm MEDIA Mundus

Il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-programm MEDIA

Il-websajt ta' Androulla Vassiliou

Twitter: @VassiliouEU

Kuntatti :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58), Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Lista ta' proġetti li se jiġu ffinanzjati mill-Program MEDIA Mundus fl-2012

TITLE OF THE PROJECT

Coordinator

Origin of the coordinator

Total cost of the project (in €)*

EU funding (in €)*

EAVE FILM FINANCE FORUM INTERNATIONAL

EAVE

European Audiovisual Entrepreneurs

European network

20 000

14 000

EURODOC INTERNATIONAL 2012

EURODOC

France

85 000

60 000

EAVE EUROPEAN PRODUCERS WORKSHOP INTERNATIONAL

EAVE

European Audiovisual Entrepreneurs

European network

40 000

28 350

SCRIPT&PITCH INTERNATIONAL

Museo Nazionale del Cinema

Italy

58 000

33 000

ACE MUNDUS 4

ACE

ATELIERS DU CINEMA EUROPEEN

European network 

105 000

58 704

MASTER IN EUROPEANROPEAN AUDIOVISUAL MASTER (MEGA)

MBS

MEDIA BUSINESS SCOOL

Spain

65 000

30 000

THE EP2C TRAINING PROGRAMME

Entre Chien et Loup

Belgium 

43 000

30 315

INTERCHANGE: TFL/DIFF/EAVE DEVELOPMENT & CO-PRODUCTION WORKSHOPS FOR THE ARAB WORLD

Museo Nazionale del Cinema

Italy

222 000

110 000

THE ACE CO-PRODUCTION LABS

ACE

ATELIERS DU CINEMA EUROPEEN

European network

195 000

136 419

BEST PRACTICE EXCHANGE

ACE

ATELIERS DU CINEMA EUROPEEN

European network

104 000

35 000

DOCSTORIES – STORYTELLING IN DOCUMENTARY FILM

ART-DOC

Romania

107 000

73 333

S3D WORLD

CIANT

INTERNATIONAL CENTRE FOR ART AND NEW TECHNOLOGIES

Czech republic

200 000

100 000

TIES THAT BIND ASIA EUROPE PRODUCERS WORKSHOP

Fondo Audiovisivo Friuli Venezia Giulia

Italy

180 000

126 000

CENTEAST

Warszawska Fundacja Filmowa

Poland

113 000

79 100

PRODUCERS LAB TORONTO 2012

EFP

EUROPEAN FILM PROMOTION

European network

130 000

90 188

4È LATIN SIDE OF THE DOC

DOC SERVICES

France

236 000

130 000

WORLD DOCUMENTARY EXCHANGE

IDFA

INTERNATIONAL DOCUMENTARY FILM FESTIVAL AMSTERDAM

Netherlands

195.000

100 000

EYE ON FILMS

WIDE Management

France

2 100 000

220 835

IPEDA MUNDUS – CROSS-BORDER CIRCULATION AND DISTRIBUTION OF FEATURE FILMS IN VIDEO ON DEMAND.

IPEDA

France

885 000

200 000

OPERATION KINO

Romanian Film Promotion

Romania

600 000

200 000

DISTRIBUTION 2.0

Match Factory

Germany

590 000

218 993

VENTANA SUR: ECHANGES EUROPE-AMERIQUE LATINE

AFFIF

Association Française du Festival International du Film

France

1 380 000

180 000

FESTIVAL SCOPE: TELESCOPE

Moving Scope

France

268 000

100 000

TAP 2012

EPI

ERICH POMMER INSTITUT

Germany

237 000

160 000

PUENTES-AUSTRALAB

EAVE

European Audiovisual Entrepreneurs

European network

295 000

155 000

BALTIC BRIDGE EAST BY WEST

Baltic Event MTÜ

Estonia

120 000

80 000

COLLAB: ROTTERDAM LAB - TALLER COLON - DURBAN FILMMART

Stichting Filmfestival Rotterdam

Netherlands

97 000

30 000

PRIMEXCHANGE EUROPE – INDIA

CO-PRODUCTION WORKSHOP AND CO-PRODUCTION MARKET ACCESS FOR INDEPENDENT EUROPEAN FILM PRODUCERS

Primehouse

Germany

215 000

100 000

BERLINALE FILMMAKERS-IN-RESIDENCE PROGRAMME

Internationale Filmfestspiele Berlin

Germany

222.000

154 000

BOOST! A ROUTE FOR FUNDING, SCRIPT COACHING AND INTERNATIONAL FINANCING TO GIVE FILM PROJECTS A BOOST!

Stichting Filmfestival Rotterdam

Netherlands

120 000

83 813

DOX:LAB

CPH:DOX

Denmark

240 000

96 000

CARTOON CONNECTION 2012

CARTOON

European network

450 000

210 000

EUROPA DISTRIBUTION INTERNATIONAL 2012

Europa Distribution

European network

865 000

310 000

EUROPA CINEMAS INTERNATIONAL

EUROPA CINEMAS

European network

2 400 000

1 100 000

CSF

ARCALT

France

512 000

220 000

* ċifri mqarrba


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site