Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Il-Kummissjoni Ewropea tiżen alternattivi biex tkisser is-'saqaf tal-ħġieġ' għan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji

Brussell, il-5 ta' Marzu 2012 – Rapport tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikat illum juri li nkiseb progress limitat lejn żieda fin-numru tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji sena wara li l-Kummissarju għall-Ġustizzja tal-UE Viviane Reding sejħet għal miżuri awtoregolatorji kredibbli (ara l-MEMO/11/124). Biss waħda minn kull seba' membri tal-bord fil-kumpaniji ewlenin tal-Ewropa hija mara (13.7%). Dan huwa titjib żgħir fuq 11.8% fl-2010. Madankollu, xorta jkunu jenħtieġu aktar minn 40 sena biex jintlaħaq bilanċ sinifikanti bejn is-sessi (mill-inqas 40% taż-żewġ sessi) b'din ir-rata.

Intwera li l-bilanċ bejn is-sessi f’pożizzjonijiet għolja jikkontribwixxi għal prestazzjoni aħjar tan-negozji, kompetittività mtejba u gwadanji ekonomiċi. Pereżempju, rapport ta' McKinsey sab li l-kumpaniji b'bilanċ bejn is-sessi għandhom profitt operattiv 56% ogħla meta mqabbla ma' kumpaniji b'irġiel biss. Ernst & Young ħarsu lejn il-290 l-akbar kumpaniji kkwotati. Huma sabu li l-qligħ ta' kumpaniji b'mill-anqas mara waħda fuq il-bord kien sostanzjalment ogħla minn ta' dawk li ma kellhom l-ebda membru tal-bord femminili.

Sabiex jiġu identifikati miżuri adatti biex jiġi indirizzat in-nuqqas persistenti fid-diversità tas-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji kkwotati fl-Ewropa, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika llum. Il-Kummissjoni qed tfittex fehmiet dwar azzjoni possibbli fuq il-livell tal-UE, inklużi miżuri leġiżlattivi, biex tirrimedja l-iżbilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet tal-kumpaniji. Il-konsultazzjoni pubblika se tibqa' għaddejja sat-28 ta' Mejju 2012. Wara din il-kontribuzzjoni, il-Kummissjoni se tieħu deċiżjoni dwar azzjoni ulterjuri aktar tard din is-sena.

Ir-rapport tal-lum fuq il-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet tal-kumpaniji wasal sena wara li l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja Viviane Reding sfidat lill-kumpaniji kkwotati pubblikament fl-Ewropa sabiex volontarjament iżidu n-numru tan-nisa fil-bordijiet tagħhom billi jiffirmaw 'il-Wegħda għall-Ewropa Nisa fuq il-Bord'. Meta jiffirmaw din il-wegħda, il-kumpaniji jimpenjaw ruħhom li jgħollu r-rappreżentazzjoni femminili fuq il-bordijiet tagħhom għal 30% sal-2015 u għal 40% sal-2020. Madankollu, matul l-aħħar 12-il xahar, 24 kumpanija biss madwar l-Ewropa ffirmaw il-Wegħda

"Sena ilu, tlabt lill-kumpaniji sabiex volontarjament iżidu l-preżenza tan-nisa fil-bordijiet tal-kumpaniji. Is-sejħa tiegħi kienet appoġġjata mill-Parlament Ewropew u mgħoddija lill-organizzazzjonijiet tan-negozju mill-Ministri tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi f’bosta Stati Membri tal-UE. Madankollu, jiddispjaċini li nara li minkejja s-sejħiet tagħna, l-awtoregolamentazzjoni s'issa ma ġabitx riżultati sodisfaċenti," qalet Viviane Reding, il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE. "In-nuqqas ta' nisa f'pożizzjonijiet għolja fid-dinja tan-negozju huwa ta' ħsara għall-kompetittività tal-Ewropa u jfixkel it-tkabbir ekonomiku. Huwa għalhekk li bosta Stati Membri tal-UE – b'mod partikolari l-Belġju, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja - bdew jindirizzaw is-sitwazzjoni billi jadottaw leġiżlazzjoni li tintroduċi kwoti tas-sessi fuq il-bordijiet tal-kumpaniji. Xi pajjiżi – id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Awstrija u s-Slovenja – adottaw regoli dwar il-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet ta' kumpaniji li huma proprjetà tal-istat. Personalment, ma tantx jogħġbuni l-kwoti. Madankollu, jogħġbuni r-riżultati li jagħtu. Ninnota wkoll li l-impriżi li joperaw b'mod transkonfinali fis-suq intern jista' jkollhom jikkonformaw ma' liġijiet nazzjonali dwar kwoti sabiex jipparteċipaw f'sejħiet għal offerti għal xogħlijiet pubbliċi. Huwa għalhekk li l-Programm Leġiżlattiv tal-Kummissjoni għall-2012 jinkludi inizjattiva biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni. Illum, qed nistieden lin-nies – negozji individwali, il-partijiet soċjali, NGOs u ċittadini interessati – sabiex jikkummentaw dwar liema tip ta' miżuri l-UE għandha tieħu sabiex tindirizza n-nuqqas ta' diversità tas-sessi fil-bordijiet. Nemmen li wasal iż-żmien biex l-Ewropa tkisser is-saqaf tal-ħġieġ li għadu qed iwaqqaf lit-talent femminili milli jasal sal-quċċata tal-kumpaniji kkwotati Ewropej. Se naħdem mill-qrib mal-Parlament Ewropew u l-Istati Membri kollha sabiex inġibu bidla."

Il-progress fit-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-Ewropa matul l-aħħar sena kien l-aħjar għal żmien twil (żieda ta' 1.9 punt perċentwali minn Ottubru 2010 sa Jannar 2012, paragunata ma' żieda medja matul l-aħħar għaxar snin ta' 0.6 punt perċentwali fis-sena). Din iż-żieda tista' tiġi attribwita għal sejħiet mill-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew (MEMO/11/487) u għadd ta' inizjattivi leġiżlattivi nazzjonali. Franza, li introduċiet leġiżlazzjoni dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet fl-2011, waħedha tirrappreżenta madwar nofs iż-żieda fl-UE. Iżda b'mod ġenerali, il-bidla qed issir bil-mod ħafna. In-numru tan-nisa li jippresjedu bordijiet ta' kumpaniji ewlenin saħansitra naqas, u niżel għal 3.2% f’Jannar 2012 minn 3.4% fl-2010.

Huwa ċar li n-nies fl-Ewropa jaqblu li din is-sitwazzjoni għandha tinbidel: 88% tal-Ewropej jemmnu li b'kompetenzi ugwali n-nisa għandhom ikunu rappreżentati b'mod ugwali fl-impjiegi l-aktar għolja fin-negozju, skont stħarriġ ġdid tal-Ewrobarometru ppubblikat illum (ara l-Anness). Sadanittant, 76% tal-Ewropej jemmnu li n-nisa għandhom il-ħiliet meħtieġa. Fl-aħħarnett, 75% minn dawk mistoqsija huma favur leġiżlazzjoni dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji filwaqt li maġġoranza relattiva ta' dawk li wieġbu (49%) jgħidu li multi monetarji jkunu l-aktar mekkaniżmu adatt biex tiġi infurzata din il-leġiżlazzjoni (ara l-Anness).

Sfond

Evidenza li qiegħda dejjem tiżdied tindika benefiċċji ekonomiċi sinifikanti minn bilanċ aħjar bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi (ara r-rapport tal-lum tal-Kummissjoni). Li jkun hemm aktar nisa fl-ogħla impjiegi jista' jikkontribwixxi għal ambjent tax-xogħol aktar produttiv u innovattiv u prestazzjoni globalment imtejba tal-kumpanija. Dan isostni l-kompetittività. In-nisa jirrappreżentaw 60% tal-gradwati ġodda tal-università iżda ftit minnhom jaslu fil-quċċata tal-kumpaniji. Il-ftuħ tal-bieb għall-ogħla pożizzjonijiet iservi bħala inċentiv għan-nisa sabiex jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol, u dan jgħin biex jogħlew ir-rati tal-impjieg femminili u jsir użu aħjar mill-potenzjal tan-nisa bħala riżorsi umani. "Jekk irridu nilħqu l-mira stabbilita mill-Istrateġija Ewropa 2020 – l-istrateġija tat-tkabbir tal-UE – biex togħla r-rata tal-impjiegi għan-nisa u l-irġiel bejn l-etajiet ta' 20-64 għal 75%, irridu nagħmlu d-diversità bejn is-sessi assi ta' tkabbir," qalet il-Viċi-President tal-Kummissjoni Viviane Reding.

Il-promozzjoni ta' ugwaljanza akbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet hija waħda mill-miri fil-Karta Ewropea tan-Nisa (ara IP/10/237), li ġiet imnedija mill-President José Manuel Barroso u mill-Viċi President Reding f’Marzu 2010. Il-Kummissjoni mbagħad segwiet dawn l-impenji billi addottat Strateġija għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi f’Settembru 2010 għall-ħames snin ta' wara (ara IP/10/1149 u MEMO/10/430), li tinkludi l-esplorazzjoni ta' inizzjattivi mmirati biex ikun hemm iktar nisa fl-ogħla impjiegi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi. Il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2012 iħabbar inizjattiva leġiżlattiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fil-kumpaniji kkwotati fuq borża.

Ir-rapport tal-lum tal-Kummissjoni jenfasizza li filwaqt li sar xi progress riċenti, partikolarment fil-pajjiżi li introduċew kwoti għas-sessi, il-progress għadu qed iseħħ bil-mod. Hemm ukoll differenzi kbar bejn il-pajjiżi, fejn in-nisa jikkostitwixxu 27% tal-bordijiet fl-akbar kumpaniji Finlandiżi u 26% fil-Latvja, iżda biss 3% f'Malta u 4% f'Ċipru.

Għal iktar tagħrif

Il-pakkett għall-istampa – Nisa fuq il-Bordijiet:

http://ec.europa.eu/justice/newsroom/gender-equality/news/120305_en.htm

Konsultazzjoni pubblika: Żbilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji fl-UE:

http://ec.europa.eu/justice/newsroom/gender-equality/opinion/120528_en.htm

Il-paġna ewlenija fuq l-internet tal-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/reding

Il-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni Ewropea dwar in-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet:

http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/gender-decision-making/database/index_en.htm

Annex

Figure 1: Women and men on the boards of the largest listed companies, January 2012

Source: European Commission, Database on women and men in decision-making and Eurostat, Labour Force Survey. Note: Data on share of employment not available for RS; data on tertiary education not available for LU, EL and RS.

Figure 2: Share of women on the boards of the largest publicly listed companies, 2010-2012

(% total board members)

 

2010 (Oct)

2011 (Oct)

2012 (Jan)

EU-27

11.8

13.6

13.7

BE

10.5

10.9

10.7

BG

11.2

15.2

15.6

CZ

12.2

15.9

15.4

DK

17.7

16.3

16.1

DE

12.6

15.2

15.6

EE

7.0

6.7

6.7

IE

8.4

8.8

8.7

EL

6.2

6.5

7.4

ES

9.5

11.1

11.5

FR

12.3

21.6

22.3

IT

4.5

5.9

6.1

CY

4.0

4.6

4.4

LV

23.5

26.6

25.9

LT

13.1

14.0

14.5

LU

3.5

5.6

5.7

HU

13.6

5.3

5.3

MT

2.4

2.3

3.0

NL

14.9

17.8

18.5

AT

8.7

11.1

11.2

PL

11.6

11.8

11.8

PT

5.4

5.9

6.0

RO

21.3

10.4

10.3

SI

9.8

14.2

15.3

SK

21.6

14.6

13.5

FI

25.9

26.5

27.1

SE

26.4

24.7

25.2

UK

13.3

16.3

15.6

Source: European Commission database on women and men in decision-making: http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/gender-decision-making/database/index_en.htm

Figure 3: Men and Women presidents/chairpersons of large companies,
EU-27

Figure 4: Nearly nine Europeans out of ten agree that, given equal competence, women should be equally represented in positions of leadership in companies.

Figure 5: Three-quarters of Europeans are in favour of legislation on gender balance on company boards

Figure 6: Almost half of the Europeans mention monetary sanctions as the most effective sanction in case of non-compliance

Persuni ta' kuntatt:

Matthew Newman (+32 2 296 24 06)

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website