Navigation path

Left navigation

Additional tools

Jista' jkollok vuċi aktar b'saħħitha fit-tfassil tal-politika Ewopea: Il-Kummissjoni testendi konsultazzjonijiet pubbliċi għal 12-il ġimgħa u toħloq 'servizz ta' notifika' ġdid

European Commission - IP/12/1   03/01/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Jista' jkollok vuċi aktar b'saħħitha fit-tfassil tal-politika Ewopea: Il-Kummissjoni testendi konsultazzjonijiet pubbliċi għal 12-il ġimgħa u toħloq 'servizz ta' notifika' ġdid

Brussel, it-3 ta' Jannar 2012 - Mill-1 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Ewropea qed tagħti liċ-ċittadini, lin-negozji u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi mill-inqas 12-il ġimgħa biex jikkummentaw fuq pjanijiet għal politiki u leġiżlazzjoni ġodda, b'kuntrast mat-8 ġimgħat li kienu jingħataw qabel. Dan għandu jagħmilha eħfef għalihom li jkunu involuti fit-tfassil tal-politika tal-UE fi stadju bikri. Il-Kummissjoni introduċiet ukoll servizz ta' notifika għall-inizjattivi li se jsiru dalwaqt: L-organizzazzjonijiet li jinkitbu għar-Reġistru tat-Trasparenza, jistgħu jabbonaw għal dan is-servizz ta’ notifika bikrija biex jiksbu informazzjoni dwar pjanijiet għal inizjattivi ġodda fl-oqsma ta’ interess tagħhom madwar sena qabel l-adozzjoni tagħhom.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, qal: "Parti ewlenija biex il-politiki tagħna jkunu tajba hija li nisimgħu lin-nies li se jiġu affettwati bihom. Billi nżommu l-konsultazzjonijiet tagħna miftuħa għal iktar żmien ser insaħħu l-vuċi taċ-ċittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet li jgħinuna nfasslu l-politiki tagħna għall-benefiċċju ta' kulħadd."

Il-Kummissjoni tispera li l-perjodu estiż ta' konsultazzjoni u s-servizz ta' notifika l-ġdid iżidu l-parteċipazzjoni fil-konsultazzjonijiet tagħha, speċjalment minn dawk il-gruppi li s’issa kienu sottorappreżentati. Pereżempju, federazzjonijiet ta' SMEs issa se jkollhom aktar żmien biex jorganizzaw ruħhom u jikkonsultaw lill-membri tagħhom dwar kif proposta ta' politika ġdida tista' tolqot lin-negozji ż-żgħar.

Permezz tal-politika tagħha għal ‘regolamentazzjoni intelliġenti’ l-Kummissjoni timmira li tinvolvi liċ-ċittadini u lin-negozji fil-proċess leġiżlattiv biex tiżgura li tikkunsidra l-evidenza u t-tħassib rilevanti kollha fl-abbozzar ta' proposta leġiżlattiva.

Għal aktar tagħrif:

Ara l-kunsultazzjonijiet pubbliċi attwali (Leħnek fl-Ewropa)

Ara l-inizjattivi tal-Kummissjoni li jmiss (Pjani ta' Direzzjoni)

Inkiteb għas-servizz ta' notifika tal-Pjan ta' Direzzjoni (Ir-Reġistru tat-Trasparenza)

Kuntatti :

Pia Ahrenkilde Hansen (+32 2 295 30 70)

Jens Mester (+32 2 296 39 73)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website