
Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa
Il-Kummissjoni ser tirkupra mingħand l-Istati Membri EUR 54.3 miljun min-nefqa tal-PAK
Brussell, l-16 ta’ Frar 2012 - Total ta’ EUR 115.2 miljun mill-fondi tal-politika agrikola tal-UE minfuqa bla bżonn mill-Istati Membri llum qed jintalab lura mill-Kummissjoni Ewropea skont dik li tissejjaħ proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet. Peress li partijiet minn dawn l-ammonti diġà ġew irkuprati mill-Istati Membri, l-impatt finanzjarju huwa pjuttost anqas minn EUR 54.3 miljun. Dawn il-flus se jerġgħu jidħlu fil-baġit tal-UE minħabba li ma kienx hemm konformità mar-regoli tal-UE jew minħabba li l-proċeduri ta' kontroll tan-nefqa agrikola ma kinux adegwati. Skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK), l-Istati Membri huma responsabbli għall-ħlas u għall-kontroll tan-nefqa, u l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li l-Istati Membri jkunu użaw il-fondi sewwa.
Korrezzjonijiet finanzjarji ewlenin
Skont din l-aħħar deċiżjoni, il-fondi ser jiġu rkuprati mill-Bejġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, L-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit. Il-korrezzjonijiet individwali l-iktar sinifikanti huma:
EUR 29.8 miljun (impatt finanzjarju*: EUR 29.5 miljun) imposti fuq ir-Renju Unit għan-nuqqasijiet fis-sistema tagħhom ta' sanzjonijiet u għar-Rekwiżiti ta' Ġestjoni Statutorji (SMRs) u l-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin (GAEC) mhux implimentati b'mod xieraq fir-rigward tal-kundizzjonalità;
EUR 27.3 miljun (impatt finanzjarju*: imposti fuq l-Italja fir-rigward ta' pagamenti tard lill-bdiewa;
EUR 21.5 miljun imposti fuq l-Italja għan-nuqqasijiet fil-kontrolli tal-imtieħen u l-kompatibilità tar-rendiment taż-żejt taż-żebbuġa;
EUR 14.6 miljun (impatt finanzjarju**: EUR 14.5 miljun) imposti fuq il-Pajjiżi l-Baxxi għal sistema ta' sanzjonijiet b'nuqqassijiet u n-nuqqas ta' kontroll ta' ċerti Rekwiżiti ta' Ġestjoni Statutorji (SMRs) u l-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin (GAEC) fir-rigward tal-kundizzjonalità;
L-Istati Membri huma responsabbli għall-ġestjoni tal-parti l-kbira tal-pagamenti tal-PAK, speċjalment permezz tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom. Huma inkarigati wkoll mill-kontrolli, pereżempju mill-verifika tat-talbiet tal-bdiewa għall-pagamenti diretti. Il-Kummissjoni twettaq aktar minn 100 verifika kull sena, billi tivverifika li l-kontrolli tal-Istati Membri u r-rispons għan-nuqqasijiet ikunu suffiċjenti, u għandha s-setgħa li titlob lura l-fondi bl-arretrati jekk l-awditjar ikun jixhed li r-rispons tal-Istati Membri mhuwiex tajjeb biżżejjed biex jiggarantixxi li l-fondi tal-UE jkunu ntefqu kif suppost.
Għad-dettalji dwar kif taħdem is-sistema tal-approvazzjoni tal-kontijiet annwali, ara MEMO/12/109 u l-formola bit-tagħrif imsejħa “Nużaw il-baġit tal-agrikoltura b’mod għaqli”, li wieħed jista’ jsib fuq l-internet fl-indirizz li ġej:
http://ec.europa.eu/agriculture/fin/clearance/factsheet_en.pdf
It-tabelli mehmużin hawn taħt (fl-Annessi I u II) jagħtu d-dettalji dwar il-korrezzjonijiet individwali, skont l-Istat Membru u skont is-settur.
Anness I: Approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR
Deċiżjoni Nru 37: Korrezzjonijiet mill-Istati Membri (f'EUR miljuni)
Settur li fih qed issir il-korrezzjoni u r-raġuni għaliha | Ammont ta' korrezzjoni | Ammont tal-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni* |
Il-Belġju | ||
Żvilupp Rurali - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2008-2010 fir-rigward tan-nuqqasijiet fil-kontrolli tal-miżuri Agroambjentali u ta' Żvantaġġi Naturali. | 2.762 | 2.762 |
Pagamenti Tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2009 fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità mal-iskadenza tal-pagamenti u għal nefqa mhux eleġibbli | 0.370 | 0 |
Ċipru |
| |
Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2009 għall-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali mhux definiti u għan-nuqqasijiet tal-kontrolli fuq il-post | 0.118 | 0.103 |
Korrezzjoni proposta talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju għas-sena finanzjarja 2010 | 0.024 | 0 |
Ir-Repubblika Ċeka | ||
Korrezzjoni proposta talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju għas-sena finanzjarja 2010 | 0.011 | 0 |
Id-Danimarka |
| |
Korrezzjoni proposta talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju għas-sena finanzjarja 2010 | 0.001 | 0 |
L-Estonja | ||
Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti | 0.010 | 0 |
Il-Finlandja |
| |
Żvilupp Rurali - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2008 fir-rigward ta' nefqa mhux eleġibbli | 0.045 | 0.045 |
Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti | 0.011 | 0 |
Franza | ||
Żvilupp Rurali - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2009 fir-rigward tan-nuqqasijiet fil-kontrolli ta' dawn il-miżuri: L-immodernizzar tal-ażjendi agrikoli, il-konservazzjoni u t-titjib tal-wirt rurali | 0.764 | 0.764 |
Korrezzjoni proposta fir-rigward tal-iżball l-aktar probabbli u tal-iżball magħruf fil-qafas tal-approvazzjoni finanzjarja 2008 | 0.046 | 0.046 |
Il-Ġermanja |
| |
Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba t-tnaqqis skont id-deċiżjoni għall-approvazzjoni finanzjarja | 7.108 | 0 |
Korrezzjonijiet oħrajn – korrezzjoni proposta għall-iżball totali li jaqbeż il-livell tal-materjalità fil-popolazzjoni tal-Anness III għall-FAEG fil-qafas tal-approvazzjoni finanzjarja tal-2008 | 0.036 | 0.036 |
Il-Greċja |
| |
Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2009 fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità mal-iskadenza tal-pagamenti u talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju | 8.672 | ħlas lura ta' 0.142 |
Korrezzjoni proposta talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju għas-sena finanzjarja 2009 | 0.190 | 0.190 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ T-344/05 – il-Qorti annullat parzjalment id-Deċiżjoni 2055/555/KE permezz tas-sentenza tad-9 ta' Settembru 2011 | ħlas lura ta' 34.531 | ħlas lura ta' 34.531 |
L-Ungerija | ||
Għajnuna għaż-Żoni – korrezzjoni proposta għan-nuqqasijiet fl-LPIS-GIS għas-snin finanzjarji 2007-2008 u għan-nuqqassijiet relatati mal-kontroverifiki amministrattivi u l-kontrolli fuq il-post | 5.243 | 5.243 |
Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti | 0.022 | 0 |
L-Irlanda | ||
Intervent f'forma ta' ħżin - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2005-2006 talli ma ntlaħaqx il-livell ta' kontroll minimu regolatorju fil-ħażna pubblika taż-żokkor u ċ-ċereali | 0.004 | 0.004 |
Żvilupp Rurali - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2002-2005 fir-rigward ta' applikazzjoni ħażina tal-fondi agrikoli | 0.137 | 0.137 |
Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti | 0.095 | 0 |
L-Italja |
| |
Żejt taż-żebbuġa u żjut u xaħmijiet oħrajn – korrezzjoni proposta għan-nuqqasijiet fil-kontrolli tal-imtieħen u tal-kompatibilità tar-rendiment għas-snin finanzjarji 2005-2006 | 21.456 | 21.456 |
Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2007 fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti | 27.293 | 0 |
Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2009 fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità mal-iskadenza tal-pagamenti, talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju u għar-ristrutturar temporanju taz-zokkor | 8.483 | 0 |
Il-Litwanja | ||
Għajnuna għaż-Żoni – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2008 fir-rigward tan-nuqqasijiet fl-LPIS-GIS, għan-nuqqas ta' effikaċja fl-analiżi tar-riskju u l-ħin tal-kontrolli fuq il-post, inklużi l-miżuri tal-Iżvilupp Rurali bbażati fuq iż-żoni | 8.563 | 8.563 |
Malta | ||
Kundizzjonalità – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006 u 2007 fir-rigward tar-Rekwiżiti ta' Ġestjoni Statutorja 7-8 talli ma ntlaħqitx ir-rata ta' kontroll minimu u għal spezzjonijiet mhux effikaċi tal-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin | 0.001 | 0.001 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi | ||
Primjums fuq il-bhejjem – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2008 fir-rigward tan-nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet fil-każ ta' annimali potenzjalment eliġibbli. | 1.548 | 1.548 |
Kundizzjonalità – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2009 fir-rigward ta' sistema ħażina ta' sanzjonijiet, nuqqas ta' kontroll fuq ċerti Rekwiżiti Statutorji tal-Ġestjoni, u Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali tajbin | 14.598 | 14.485 |
Żvilupp Rurali – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2009 fir-rigward tan-nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet amministrattivi tad-densità tal-bhejjem għall-impenji Agroambjentali, il-verifika tal-impenji Agroambjentali u l-ammont ta' fertilizzanti, in-notifiki bil-quddiem tal-kontrolli fuq il-post, it-traċċabilità tal-kejl fuq il-post u l-ispezzjonijiet tad-densità tal-bhejjem u tan-nuqqasijiet fis-sistema ta' sanzjonijiet. | 2.040 | 2.018 |
Il-Polonja | ||
Approvazzjoni finanzjarja għall-2008: korrezzjoni proposta fir-rigward tal-popolazzjoni tal-FAEG | 0.281 | 0.281 |
Il-Portugall |
| |
Frott u ħaxix – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2008 għal nuqqasijiet fil-ġestjoni ambjentali tal-ippakkjar u għal kalkolu mhux preċiż tal-valur tal-produzzjoni tas-suq | 0.038 | 0.038 |
Spanja | ||
Frott u ħaxix – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2007 fir-rigward tal-interessi imposti b'mod mhux preċiż lill-baġit tal-UE wara li ma ġewx osservati l-iskadenzi tal-pagamenti | 0.378 | 0.378 |
Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba li nqabeż il-limitu finanzjarju, għall-pagementi tard u għall-irkupru tal-imposta tal-ħalib | 6.576 | 0 |
Korrezzjoni finanzjarja proposta għal żbalji Sistematiċi skoperti fil-popolazzjoni mhux tal-IACS tal-FAEG fil-qafas tal-approvazzjoni finanzjarja tal-2007 | 0.126 | 0.126 |
Korrezzjoni proposta għal żbalji materjali u magħrufa fil-kontijiet u/jew id-debituri fil-qafas tal-approvazzjoni finanzjarja tal-2008 | 0.028 | 0.028 |
Korrezzjoni proposta talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju u nefqa mhux eleġibbli għas-sena finanzjarja 2008 | 0.933 | 0.933 |
L-Isvezja | ||
Primjums fuq il-bhejjem – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2008 fir-rigward tan-nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet li jikkonċernaw l-annimali bovini potenzjalment eliġibbli | 0.108 | 0.108 |
Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti u talli nqabeż il-limitu finanzjarju | 0.044 | 0 |
Ir-Renju Unit | ||
Kundizzjonalità – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2010 fir-rigward ta' sistema ħażina ta' sanzjonijiet u għal Rekwiżiti Statutorji tal-Ġestjoni, u Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin implimentati b'mod mhux adegwat | 29.846 | 29.547 |
Żvilupp Rurali - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2008-2010 fir-rigward tan-nuqqasijiet fil-verifiki tar-raġonevolezza tal-ispiża | 0.250 | 0.157 |
Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti u talli nqabeż il-limitu finanzjarju | 1.466 | 0 |
TOTAL | 115.222 | 54.324 |
Anness II: Approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR
Deċiżjoni Nru 37: Korrezzjonijiet mill-Istati Membri (f'Eur miljuni)
Settur | Ammont ta' korrezzjoni | Ammmont tal-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni* |
Frott u ħaxix | 0.416 | 0.416 |
|
| |
Intervent f'forma ta' ħżin | 0.004 | 0.004 |
Primjums fuq il-bhejjem (li jinkludi ħlas lura wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ T-344/05) | -32.875 | -32.875 |
Għajnuna għaż-Żoni | 13.807 | 13.807 |
Kundizzjonalità | 44.563 | 44.136 |
Żejt taż-żebbuġa u żjut u xaħmijiet oħra | 21.456 | 21.456 |
Żvilupp Rurali | 5.997 | 5.883 |
Ħlas tard | 60.151 | -0.142 |
Korrezzjonijiet oħra | 1.676 | 1.639 |
TOTAL | 115.222 | 54.324 |
Kuntattt: Roger Waite (+32 2 296 14 04) |
L-impatt finanzjarju huwa aktar baxx minħabba l-ammonti li diġà tħallsu;
L-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni qed jqis il-korrezzjonijiet doppji preċedenti u l-ammonti li kienu diġà rkuprati mill-Kummissjoni Ewropea.
L-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni qed iqis il-korrezzjonijiet doppji preċedenti u l-ammonti li kienu diġà ġew irkuprati mill-Kummissjoni Ewropea.