Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-Istampa

Il-Kummissjoni ser tirkupra mingħand l-Istati Membri EUR 54.3 miljun min-nefqa tal-PAK

Brussell, l-16 ta’ Frar 2012 - Total ta’ EUR 115.2 miljun mill-fondi tal-politika agrikola tal-UE minfuqa bla bżonn mill-Istati Membri llum qed jintalab lura mill-Kummissjoni Ewropea skont dik li tissejjaħ proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet. Peress li partijiet minn dawn l-ammonti diġà ġew irkuprati mill-Istati Membri, l-impatt finanzjarju huwa pjuttost anqas minn EUR 54.3 miljun. Dawn il-flus se jerġgħu jidħlu fil-baġit tal-UE minħabba li ma kienx hemm konformità mar-regoli tal-UE jew minħabba li l-proċeduri ta' kontroll tan-nefqa agrikola ma kinux adegwati. Skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK), l-Istati Membri huma responsabbli għall-ħlas u għall-kontroll tan-nefqa, u l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li l-Istati Membri jkunu użaw il-fondi sewwa.

Korrezzjonijiet finanzjarji ewlenin

Skont din l-aħħar deċiżjoni, il-fondi ser jiġu rkuprati mill-Bejġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, L-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit. Il-korrezzjonijiet individwali l-iktar sinifikanti huma:

  • EUR 29.8 miljun (impatt finanzjarju*: EUR 29.5 miljun) imposti fuq ir-Renju Unit għan-nuqqasijiet fis-sistema tagħhom ta' sanzjonijiet u għar-Rekwiżiti ta' Ġestjoni Statutorji (SMRs) u l-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin (GAEC) mhux implimentati b'mod xieraq fir-rigward tal-kundizzjonalità;

  • EUR 27.3 miljun (impatt finanzjarju*: imposti fuq l-Italja fir-rigward ta' pagamenti tard lill-bdiewa;

  • EUR 21.5 miljun imposti fuq l-Italja għan-nuqqasijiet fil-kontrolli tal-imtieħen u l-kompatibilità tar-rendiment taż-żejt taż-żebbuġa;

  • EUR 14.6 miljun (impatt finanzjarju**: EUR 14.5 miljun) imposti fuq il-Pajjiżi l-Baxxi għal sistema ta' sanzjonijiet b'nuqqassijiet u n-nuqqas ta' kontroll ta' ċerti Rekwiżiti ta' Ġestjoni Statutorji (SMRs) u l-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin (GAEC) fir-rigward tal-kundizzjonalità;

L-Istati Membri huma responsabbli għall-ġestjoni tal-parti l-kbira tal-pagamenti tal-PAK, speċjalment permezz tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom. Huma inkarigati wkoll mill-kontrolli, pereżempju mill-verifika tat-talbiet tal-bdiewa għall-pagamenti diretti. Il-Kummissjoni twettaq aktar minn 100 verifika kull sena, billi tivverifika li l-kontrolli tal-Istati Membri u r-rispons għan-nuqqasijiet ikunu suffiċjenti, u għandha s-setgħa li titlob lura l-fondi bl-arretrati jekk l-awditjar ikun jixhed li r-rispons tal-Istati Membri mhuwiex tajjeb biżżejjed biex jiggarantixxi li l-fondi tal-UE jkunu ntefqu kif suppost.

Għad-dettalji dwar kif taħdem is-sistema tal-approvazzjoni tal-kontijiet annwali, ara MEMO/12/109 u l-formola bit-tagħrif imsejħa “Nużaw il-baġit tal-agrikoltura b’mod għaqli”, li wieħed jista’ jsib fuq l-internet fl-indirizz li ġej:

http://ec.europa.eu/agriculture/fin/clearance/factsheet_en.pdf

It-tabelli mehmużin hawn taħt (fl-Annessi I u II) jagħtu d-dettalji dwar il-korrezzjonijiet individwali, skont l-Istat Membru u skont is-settur.

Anness I: Approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR

Deċiżjoni Nru 37: Korrezzjonijiet mill-Istati Membri (f'EUR miljuni)

Settur li fih qed issir il-korrezzjoni u r-raġuni għaliha

Ammont ta' korrezzjoni

Ammont tal-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni*

Il-Belġju

Żvilupp Rurali - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2008-2010 fir-rigward tan-nuqqasijiet fil-kontrolli tal-miżuri Agroambjentali u ta' Żvantaġġi Naturali.

2.762

2.762

Pagamenti Tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2009 fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità mal-iskadenza tal-pagamenti u għal nefqa mhux eleġibbli

0.370

0

Ċipru

 

Kundizzjonalità - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2009 għall-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali mhux definiti u għan-nuqqasijiet tal-kontrolli fuq il-post

0.118

0.103

Korrezzjoni proposta talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju għas-sena finanzjarja 2010

0.024

0

Ir-Repubblika Ċeka

Korrezzjoni proposta talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju għas-sena finanzjarja 2010

0.011

0

Id-Danimarka

 

Korrezzjoni proposta talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju għas-sena finanzjarja 2010

0.001

0

L-Estonja

Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti

0.010

0

Il-Finlandja

 

Żvilupp Rurali - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2008 fir-rigward ta' nefqa mhux eleġibbli

0.045

0.045

Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti

0.011

0

Franza

Żvilupp Rurali - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2009 fir-rigward tan-nuqqasijiet fil-kontrolli ta' dawn il-miżuri: L-immodernizzar tal-ażjendi agrikoli, il-konservazzjoni u t-titjib tal-wirt rurali

0.764

0.764

Korrezzjoni proposta fir-rigward tal-iżball l-aktar probabbli u tal-iżball magħruf fil-qafas tal-approvazzjoni finanzjarja 2008

0.046

0.046

Il-Ġermanja

 

Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba t-tnaqqis skont id-deċiżjoni għall-approvazzjoni finanzjarja

7.108

0

Korrezzjonijiet oħrajn – korrezzjoni proposta għall-iżball totali li jaqbeż il-livell tal-materjalità fil-popolazzjoni tal-Anness III għall-FAEG fil-qafas tal-approvazzjoni finanzjarja tal-2008

0.036

0.036

Il-Greċja

 

Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2009 fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità mal-iskadenza tal-pagamenti u talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju

8.672

ħlas lura ta' 0.142

Korrezzjoni proposta talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju għas-sena finanzjarja 2009

0.190

0.190

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ T-344/05 – il-Qorti annullat parzjalment id-Deċiżjoni 2055/555/KE permezz tas-sentenza tad-9 ta' Settembru 2011

ħlas lura ta' 34.531

ħlas lura ta' 34.531

L-Ungerija

Għajnuna għaż-Żoni – korrezzjoni proposta għan-nuqqasijiet fl-LPIS-GIS għas-snin finanzjarji 2007-2008 u għan-nuqqassijiet relatati mal-kontroverifiki amministrattivi u l-kontrolli fuq il-post

5.243

5.243

Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti

0.022

0

L-Irlanda

Intervent f'forma ta' ħżin - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2005-2006 talli ma ntlaħaqx il-livell ta' kontroll minimu regolatorju fil-ħażna pubblika taż-żokkor u ċ-ċereali

0.004

0.004

Żvilupp Rurali - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2002-2005 fir-rigward ta' applikazzjoni ħażina tal-fondi agrikoli

0.137

0.137

Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti

0.095

0

L-Italja

 

    Żejt taż-żebbuġa u żjut u xaħmijiet oħrajn – korrezzjoni proposta għan-nuqqasijiet fil-kontrolli tal-imtieħen u tal-kompatibilità tar-rendiment għas-snin finanzjarji 2005-2006

21.456

21.456

    Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2007 fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti

27.293

0

    Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2009 fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità mal-iskadenza tal-pagamenti, talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju u għar-ristrutturar temporanju taz-zokkor

8.483

0

Il-Litwanja

Għajnuna għaż-Żoni – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2008 fir-rigward tan-nuqqasijiet fl-LPIS-GIS, għan-nuqqas ta' effikaċja fl-analiżi tar-riskju u l-ħin tal-kontrolli fuq il-post, inklużi l-miżuri tal-Iżvilupp Rurali bbażati fuq iż-żoni

8.563

8.563

Malta

    Kundizzjonalità – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006 u 2007 fir-rigward tar-Rekwiżiti ta' Ġestjoni Statutorja 7-8 talli ma ntlaħqitx ir-rata ta' kontroll minimu u għal spezzjonijiet mhux effikaċi tal-Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin

0.001

0.001

Il-Pajjiżi l-Baxxi

    Primjums fuq il-bhejjem – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2008 fir-rigward tan-nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet fil-każ ta' annimali potenzjalment eliġibbli.

1.548

1.548

    Kundizzjonalità – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2009 fir-rigward ta' sistema ħażina ta' sanzjonijiet, nuqqas ta' kontroll fuq ċerti Rekwiżiti Statutorji tal-Ġestjoni, u Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali tajbin

14.598

14.485

Żvilupp Rurali – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2009 fir-rigward tan-nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet amministrattivi tad-densità tal-bhejjem għall-impenji Agroambjentali, il-verifika tal-impenji Agroambjentali u l-ammont ta' fertilizzanti, in-notifiki bil-quddiem tal-kontrolli fuq il-post, it-traċċabilità tal-kejl fuq il-post u l-ispezzjonijiet tad-densità tal-bhejjem u tan-nuqqasijiet fis-sistema ta' sanzjonijiet.

2.040

2.018

Il-Polonja

Approvazzjoni finanzjarja għall-2008: korrezzjoni proposta fir-rigward tal-popolazzjoni tal-FAEG

0.281

0.281

Il-Portugall

 

    Frott u ħaxix – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2008 għal nuqqasijiet fil-ġestjoni ambjentali tal-ippakkjar u għal kalkolu mhux preċiż tal-valur tal-produzzjoni tas-suq

0.038

0.038

Spanja

    Frott u ħaxix – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2006-2007 fir-rigward tal-interessi imposti b'mod mhux preċiż lill-baġit tal-UE wara li ma ġewx osservati l-iskadenzi tal-pagamenti

0.378

0.378

Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba li nqabeż il-limitu finanzjarju, għall-pagementi tard u għall-irkupru tal-imposta tal-ħalib

6.576

0

    Korrezzjoni finanzjarja proposta għal żbalji Sistematiċi skoperti fil-popolazzjoni mhux tal-IACS tal-FAEG fil-qafas tal-approvazzjoni finanzjarja tal-2007

0.126

0.126

    Korrezzjoni proposta għal żbalji materjali u magħrufa fil-kontijiet u/jew id-debituri fil-qafas tal-approvazzjoni finanzjarja tal-2008

0.028

0.028

    Korrezzjoni proposta talli nqabeż bil-kbir il-limitu finanzjarju u nefqa mhux eleġibbli għas-sena finanzjarja 2008

0.933

0.933

L-Isvezja

Primjums fuq il-bhejjem – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2008 fir-rigward tan-nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet li jikkonċernaw l-annimali bovini potenzjalment eliġibbli

0.108

0.108

Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti u talli nqabeż il-limitu finanzjarju

0.044

0

Ir-Renju Unit

    Kundizzjonalità – korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2007-2010 fir-rigward ta' sistema ħażina ta' sanzjonijiet u għal Rekwiżiti Statutorji tal-Ġestjoni, u Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali Tajbin implimentati b'mod mhux adegwat

29.846

29.547

    Żvilupp Rurali - korrezzjoni proposta għas-snin finanzjarji 2008-2010 fir-rigward tan-nuqqasijiet fil-verifiki tar-raġonevolezza tal-ispiża

0.250

0.157

    Pagamenti tard – korrezzjoni proposta għas-sena finanzjarja 2010 minħabba n-nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti u talli nqabeż il-limitu finanzjarju

1.466

0

      TOTAL

    115.222

    54.324

    Anness II: Approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR

    Deċiżjoni Nru 37: Korrezzjonijiet mill-Istati Membri (f'Eur miljuni)

    Settur

    Ammont ta' korrezzjoni

    Ammmont tal-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni*

    Frott u ħaxix

    0.416

    0.416

     

     

    Intervent f'forma ta' ħżin

    0.004

    0.004

    Primjums fuq il-bhejjem

    (li jinkludi ħlas lura wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-każ T-344/05)

    -32.875

    -32.875

    Għajnuna għaż-Żoni

    13.807

    13.807

    Kundizzjonalità

    44.563

    44.136

    Żejt taż-żebbuġa u żjut u xaħmijiet oħra

    21.456

    21.456

    Żvilupp Rurali

    5.997

    5.883

    Ħlas tard

    60.151

    -0.142

    Korrezzjonijiet oħra

    1.676

    1.639

    TOTAL

    115.222

    54.324

     

    Kuntattt:

    Roger Waite (+32 2 296 14 04)

    * :

    L-impatt finanzjarju huwa aktar baxx minħabba l-ammonti li diġà tħallsu;

    * :

    L-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni qed jqis il-korrezzjonijiet doppji preċedenti u l-ammonti li kienu diġà rkuprati mill-Kummissjoni Ewropea.

    * :

    L-impatt finanzjarju tal-korrezzjoni qed iqis il-korrezzjonijiet doppji preċedenti u l-ammonti li kienu diġà ġew irkuprati mill-Kummissjoni Ewropea.


    Side Bar

    My account

    Manage your searches and email notifications


    Help us improve our website