Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012

L-Ewrobarometru Standard tal-Ħarifa 2012: Hemm xi raġġ ta’ tama?

Skont l-aħħar riżultati tal-istħarriġ, maġġoranza kbira ta’ Ewropej (85%) jaħsbu li l-Istati Membri tal-UE se jkollhom jaħdmu aktar mill-qrib flimkien biex tiġi indirizzata l-kriżi. L-Ewrobarometru tal-Ħarifa 2012, l-istħarriġ biannwali organizzat mill-Kummissjoni Ewropea ppubblikat illum juri li, b’mod ġenerali, 41% (+1 punt perċentwali meta mqabbel mal-istħarriġ fir-rebbiegħa 2012) tal-Ewropej jemmnu li l-UE miexja fid-direzzjoni t-tajba biex toħroġ mill-kriżi u taffaċċja l-isfidi dinjija ġodda (ara l-Anness).

L-Ewropej jibqgħu jaraw lill-UE bħala l-iktar attur effettiv – quddiem il-gvernijiet nazzjonali – li jista’ jiffaċċja l-effetti tal-kriżi ekonomika. L-UE tibqa’ fl-ewwel post (23%, +2) segwita mill-qrib mill-gvernijiet lokali (20%, -1). Il-G20 (14%, stabbli) tiġi t-tielet segwita mill-Fond Monetarju Internazzjonali (15%, -2).

Il-qgħad (48%, +2), is-sitwazzjoni ekonomika b’mod ġenerali (37%, +2), l-inflazzjoni (24%, stabbli) u d-dejn tal-gvern (17%, -2) huma l-erba’ preokkupazzjonijiet ewlenin li l-Ewropej jgħidu li jiffaċċjaw fuq livell nazzjonali filwaqt li, fuq livell personali, l-inflazzjoni hija b’mod ċar dik li twassal il-kwistjoni (44%, -1). L-Ewropej jaraw is-sitwazzjoni ekonomika b’mod ġenerali (53%, -1), il-qgħad (36%, +4) u l-istat tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri (32%, -2) il-kwistjonijiet ewlenin li qed tiffaċċja l-UE f'dan il-mument.

Bħal f’għadd ta’ stħarriġ preċedenti, it-tweġibiet rigward il-qagħda tal-ekonomiji nazzjonali jvarjaw ħafna minn Stat Membru għall-ieħor. Filwaqt li tliet kwarti tan-nies fl-Iżvezja u l-Ġermanja jgħidu li s-sitwazzjoni ekonomika hija tajba, inqas minn 10% huma tal-istess fehma f'10 Stati Membri u anqas minn 2% huma tal-istess fehma fi Spanja u l-Greċja.

Fl-aħħar nett, l-Ewropej ikomplu jappoġġaw l-inizjattivi għat-tkabbir, l-istabilità u l-impjiegi li ġew ippreżentati fl-istrateġija Ewropa 2020 - l-istrateġija tat-tkabbir ekonomiku tal-UE.

Sfond

L-Ewrobarometru Standard tal-Ħarifa 2012 sar permezz ta' intervisti wiċċ'imb wiċċ bejn it-3 u t-18 ta’ Novembru 2012. Kienu intervistati b’kollox 32,731 persuna madwar is-27 Stat Membru u fil-pajjiżi kandidati

Għal aktar tagħrif

L-ewwel rapport bir-riżultati ppubblikat illum juri l-perċezzjonijiet Ewropej dwar is-sitwazzjoni ekonomika attwali u t-tħassib għall-futur, kif ukoll l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kriżi u l-Istrateġija Ewropa 2020.

L-ewwel rapport bir-riżultati huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb/eb78/eb78_en.htm

Kuntatt:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

ANNESS

1. Ir-rilevanza pperċepita tal-approċċ Ewropa 2020

2. L-importanza pperċepita tal-inizjattivi ta' Ewropa 2020

3. L-evalwazzjoni tal-miri ta’ Ewropa 2020

4. L-aqwa atturi biex jiġġieldu l-kriżi

5. Preokkupazzjonijiet ewlenin – fil-livell ta’ pajjiż

6. Preokkupazzjonijiet ewlenin – fil-livell personali

7. Preokkupazzjonijiet ewlenin – fil-livell Ewropew

8. Dikjarazzjonijiet dwar il-kriżi: Il-pajjiżi tal-UE se jkollhom jaħdmu aktar mill-qrib flimkien, u l-UE se tkun aktar b’saħħitha fuq medda twila ta’ żmien.

9. Id-divrenzjar bejn l-Istati Membri dwar l-evalwazzjoni tal-istat attwali tal-ekonomija


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site