Navigation path
Left navigation
Additional tools
Il-Kummissjoni Ewropea - Stqarrija għall-istampa L-UE tapprova l-istandards tal-protezzjoni tad-dejta ta' New Zealand fi sforz biex tagħti spinta lill-kummerċ Brussell, id-19 ta' Diċembru 2012 Il-Kummissjoni Ewropea llum irrikonoxxiet formalment l-adegwatezza tal-protezzjoni tad-dejta personali fi New Zealand, u b'hekk fetħet it-triq għal żieda fil-kummerċ mal-Unjoni Ewropea. Id-Deċiżjoni min-naħa tal-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-protezzjoni tal-istandards tad-dejta ta' New Zealand huma kompatibbli ma' dawk tal-UE u li dawn jiżguraw il-protezzjoni adegwata tad-dejta personali taċ-ċittadini tal-UE. L-għan huwa li jkun iffaċilitat il-fluss ħieles tad-dejta personali bejn il-fruntieri sabiex in-negozji li jimmanniġġaw id-dejta jkunu jistgħu jiddependu fuq iċ-ċertezza legali tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, filwaqt li jinżamm standard għoli ta' protezzjoni għad-dejta personali tal-Ewropej – dritt fundamentali għaċ-ċittadini fl-UE. "Filwaqt li naħdmu fuq ir-riforma tar-regoli tal-UE biex jiggarantixxu l-protezzjoni tad-dejta personali fid-dar, jeħtieġ ukoll li niżguraw li d-dejta taċ-ċittadini tkun sikura anki meta tiġi trasferita barra l-UE," qalet il-Viċi President Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja. "Din id-Deċiżjoni hija pass ieħor biex intejbu l-kummerċ mas-sieħba internazzjonali tagħna filwaqt li tgħin biex jiġu stabbiliti standards għoljin għall-protezzjoni tad-dejta personali fil-livell globali.” Id-dejta personali qiegħda tiġi trasferita dejjem aktar bejn il-fruntieri u maħżuna fuq servers f'għadd ta' pajjiżi fi ħdan u lil hinn mill-UE. F'din l-era kuraġġuża diġitali ġdida tan-netwerking soċjali u l-cloud computing fejn id-dejta diġitali tinsab kullimkien, neħtieġu regoli stabbli għal trasferimenti ta' dejta personali lil hinn mill-fruntieri tal-UE. Hemm ukoll benefiċċji għall-ekonomija u l-kummerċ. Regoli li jirrikonoxxu l-adegwatezza tal-istandards tal-protezzjoni tad-dejta jagħmlu l-ħajja aktar faċli għan-negozji tal-UE billi jipprovdu ċertezza legali fl-operazzjonijiet internazzjonali tagħhom. Billi tqiegħed it-timbru tagħha fuq ir-regoli tal-protezzjoni tad-dejta ta' pajjiż terz, l-UE qed tagħti vot sostanzjali ta' fiduċja lill-ambjent regolatorju globali tagħha li jiffaċilita t-trasferimenti tad-dejta personali u jagħti spinta lill-kummerċ tal-UE ma' dak il-pajjiż. In-New Zealand huwa membru prominenti tal-forum dwar il-Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Paċifiku – APEC. Il-kummerċ totali fil-merkanzija bejn in-New Zealand u l-UE jammonta għal EUR 6.7 biljun fis-sena filwaqt li l-kummerċ fis-servizzi jiswa EUR 3.1 biljun fis-sena. Sfond Id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika tal-UE tal-1995 tapplika għaż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li tinkludi l-pajjiżi kollha tal-UE kif ukoll l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, li ma jagħmlux parti mill-UE. Hemm bżonn li jittieħdu prekawzjonijiet speċjali meta dejta personali tiġi trasferita lejn pajjiżi barra miż-ŻEE li ma jipprovdux protezzjoni tad-dejta tal-istandard tal-UE. Mingħajr dawn il-prekawzjonijiet, l-istandards għoljin ta' protezzjoni tad-dejta stabbiliti permezz tad-Direttiva tal-UE dwar il-Privatezza Elettronika jisfaw mhedda, minħabba l-faċilità li biha d-dejta tista' tiġi mċaqalqa f'netwerks internazzjonali. Id-Direttiva tistqarr li dejta personali tista' tiġi ttrasferita lejn pajjiżi barra l-UE u ż-ŻEE meta jiġi garantit livell adegwat ta' protezzjoni. Pereżempju, l-istess prinċipji bażiċi tar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE jridu jkunu ggarantiti minn standards legali u għandu jkun hemm sorveljanza indipendenti ta' dawn l-istandards. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew taw lill-Kummissjoni s-setgħa li tiddetermina, abbażi tal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE jekk pajjiż terz jiżgurax livell adegwat ta' protezzjoni permezz tal-liġi nazzjonali tiegħu jew permezz ta' impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom. L-effett ta' deċiżjoni bħal din hija li d-dejta personali tista' tgħaddi minn 27 pajjiż tal-UE u tliet pajjiżi Membri taż-ŻEE (in-Norveġja, il-Liechtenstein u l-Iżlanda) għal dak il-pajjiż terz mingħajr il-bżonn tal-ebda salvagwardja oħra. Il-Kummissjoni s'issa rrikonoxxiet li l-Andorra, l-Arġentina, il-Gżejjer Faeroe, Guernsey, l-Isvizzera, l-Isle of Man, l-Iżrael, Jersey, il-Kanada, u l-Urugwaj u l-Iskema ta' Port Sikur tal-Istati Uniti jipprovdu protezzjoni adegwata. F'Jannar 2012, il-Kummissjoni adottat proposta biex timmodernizza l-qafas legali attwali tal-UE għall-protezzjoni tad-dejta (ara IP/12/46 u MEMO/12/41). Skont il-leġiżlazzjoni l-ġdida - li bħalissa qed tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE – il-proċedura ta' adegwatezza fid-Direttiva tal-1995 se tkompli u se tispeċifika aħjar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-livell ta' protezzjoni tad-dejta f 'pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali. Għal aktar tagħrif Il-Kummissjoni Ewropea – Protezzjoni tad-dejta barra l-UE http://ec.europa.eu/justice/data-protection/data-collection/data-transfer/index_en.htm Il-Kummissjoni Ewropea – Il-Kummerċ ma' New Zealand http://ec.europa.eu/trade/creating-opportunities/bilateral-relations/countries/new-zealand/ Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:
|
Side Bar