Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Inxejnu l-miti u l-limiti inviżibbli: tnedija tal-bażi tad-dejta ta' "Nisa Eliġibbli għall-Bordijiet"

Commission Européenne - IP/12/1358   12/12/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Strasbourg, it-12 ta' Diċembru 2012

Inxejnu l-miti u l-limiti inviżibbli: tnedija tal-bażi tad-dejta ta' "Nisa Eliġibbli għall-Bordijiet"

Illum l-Inizjattiva Nisa Eliġibbli għall-Bordijiet tal-Iskejjel tal-Kummerċ Ewropej qed tittrasferixxi l-lista "Nisa Imħejjija għal fuq il-Bordijiet" li fiha 8,000 mara lejn bażi tad-dejta onlajn. Dawn jissodisfaw kriterji stretti għal Tmexxija Korporattiva, li ġew magħżulin minn kumpaniji elenkati kkwotati fil-Borża u huma kapaċi li jidħlu jaħdmu f'bordijiet immedjatament. Din il-lista, li dejjem qed titwal, ta' nisa "Imħejjija għall-Bordijiet" – li issa tista’ tiġi kkonsultata onlajn mill-korporattivi u kumpaniji li jfittxu postijiet eżekuttivi- tagħmilha ċara li hemm għadd kbir ta' nisa kkwalifikati sew biex jgħinu jiggwidaw id-dħul tal-korporazzjonijiet Ewropej u dinjin fis-Seklu 21, u li issa wasal iż-żmien li jintgħelbu l-ostakli li s'issa waqqfu lil dawn in-nisa milli jilħqu l-pożizzjonijiet f'bordijiet tad-diretturi.

"Irridu nutilizzaw it-talenti kollha tas-soċjetà tagħna biex niżguraw li tieħu spinta l-ekonomija Ewropea. Għalhekk jiena pproponejt liġi Ewropea li ġġib 'il quddiem bilanċ ta' sessi fis-swali tal-laqgħat tal-kumpaniji," qalet il-Viċi Presidenti Viviane Reding, il-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE. "Ta' spiss nisma' l-argument li mhemmx biżżejjed nisa kkwalifikati biex jokkupaw il-pożizzjonijiet fil-kmamar tal-laqgħat tad-diretturi. Illum qegħdin ingiddbu l-miti, mhux biss infarrku l-ostakli inviżibbli li jżommu lura lin-nisa! Il-lista turi li jeżistu n-nisa kkwalifikati – hemm 8,000 minnhom. Il-kumpaniji issa jridu jutilizzaw dan il-talent li s'issa ma ġiex sfruttat."

Il-lista u l-forum tal-"Bażi tad-Dejta ta' Nisa li huma Eliġibbli għall-Bordijiet" li jistgħu jiġu kkonsultati se jkunu amministrati mill-Klabb tad-Diretturi mhux Eżekuttivi tal-Financial Times, fuq il-pjattaforma dinjija tal-kummerċ, LinkedIn. In-nisa kollha elenkati fil-bażi tad-dejta ta' Nisa minn madwar id-Dinja li huma Eliġibbli għall-Bordijiet jistgħu jiġu kkunsidrati għal pożizzjonijiet ta' livell ta' bord f'kumpaniji kkwotati fil-Borża u jissodisfaw sett ta' kriterji ċari li ġie żviluppat u ddefinit matul l-aħħar sena u nofs mill-membri tal-organizzazzjoni tal-inizjattiva tal-Iskejjel Ewropej tal-Kummerċ/Nisa f'Bordijiet (ara hawn taħt).

Kull applikazzjoni għall-parteċipazzjoni f'din il-bażi tad-dejta hija assessata u vvalutata formalment, u dawk in-nisa biss li jissodisfaw il-kriterji ġew aċċettati. Skejjel tal-Kummerċ u Organizzazzjonijiet Professjonali li qegħdin jieħdu sehem japplikaw l-istess kriterji għall-eks-studenti u l-Membri tagħhom li qegħdin jipparteċipaw.

Ta' min jinnota li biex jidħlu fil-lista, in-nisa jrid ikollhom mill-inqas ħames snin esperjenza f'wieħed jew iżjed mir-rwoli li jidhru hawn taħt:

President u/jew Direttur mhux Eżekuttiv ta' korporazzjoni kkwotata fil-Borża/privata

CEO, COO, CFO jew direttur eżekuttiv C-suite ieħor f'korporazzjoni kkwotata fil-Borża/privata

Membru tal-familja u azzjonist li jkollu l-kontroll f'bord ta' kumpanija kbira familjari

Direttur ta' aġenzija tal-gvern

Direttur ta' organizzazzjoni li ma għandhiex għan ta' qligħ

Professjonista mlaħħqa f'komunità ta' investiment istituzzjonali

Imsieħba mlaħħqa ma' ditta professjonali li sservi bħala klijenti tagħha bordijiet u l-kumitati tagħhom

Imprenditriċi

Nies akkademiċi anzjani b’esperjenza rilevanti

Kuntest

Il-Kummissjoni Ewropea, f'Novembru 2012, ipproponiet leġiżlazzjoni li tinkoraġġixxi bilanċ tas-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji. Id-Direttiva proposta tistabbilixxi mira minima ta’ 40% sal-2020 għall-membri tas-sess li għandu rappreżentanza iżgħar għal membri mhux eżekuttivi tal-bordijiet ta’ kumpaniji kkwotati fil-Borża fl-Ewropa, jew sal-2018 għall-intrapriżi pubbliċi kkwotati fil-Borża.

Il-proposta tinkludi wkoll, bħala miżura komplementari, “kwota flexi”: obbligu għall-kumpaniji kkwotati fil-Borża li jistabbilixxu miri individwali, awtoregolatorji għalihom rigward ir-rappreżentanza taż-żewġ sessi fost id-diretturi ta’ bordijiet eżekuttivi li jridu jinkisbu sal-2020 (jew l-2018 fil-każ ta’ impriżi pubbliċi).

Il-kwalifiki u l-mertu se jibqgħu l-kriterji ewlenin għall-ħatra f'bord. Id-Direttiva proposta tistabbilixxi armonizzazzjoni minima ta' rekwiżiti għat-tmexxija korporattiva, minħabba li d-deċiżjonijiet dwar il-ħatriet iridu jkunu bbażati fuq kriterji oġġettivi ta' kwalifiki. Barra minn hekk, salvagwardji intrinsiċi se jassiguraw li ma jkunx hemm promozzjonijiet bla kundizzjonijiet u awtomatiċi tas-sess l-anqas irrappreżentat. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar l-azzjoni pożittiva, għandha tingħata preferenza lis-sess l-anqas irrappreżentat ugwalment ikkwalifikat, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tikkunsidra l-kriterji speċifiċi kollha għall-kandidati individwali taqleb il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor. L-Istati Membri se jkunu meħtieġa li jistabbilixxu sanzjonijiet xierqa u dissważivi għal kumpaniji bi ksur tad-Direttiva proposta.

Il-kompetenza tal-UE biex tilleġiżla f'materji ta' ugwaljanza bejn is-sessi tmur lura sal-1957 (ara SPEECH/12/702). Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni bbilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tmur lura għall-1984 u l-1996. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew appella għal kwoti legalment vinkolanti fuq livell tal-UE f’bosta Riżoluzzjonijiet.

Rapport mill-Kummissjoni f'Marzu 2012 wera li madwar l-UE, il-bordijiet tal-kumpaniji fil-preżent huma ddominati minn sess wieħed. Hemm ukoll differenzi kbar bejn il-pajjiżi, fejn in-nisa jikkostitwixxu 27% tal-membri ta’ bordijiet fl-akbar kumpaniji Finlandiżi u 26% fil-Latvja, iżda biss 3% f'Malta u 4% f'Ċipru. Il-progress jidher biss fil-pajjiżi li introduċew liġijiet legalment vinkolanti għall-bordijiet tal-kumpaniji. Franza, li introduċiet kwota legali f'Jannar 2011, waħedha tgħodd għal aktar minn 40% tal-bidla totali mal-UE kollha rreġistrata bejn Ottubru 2010 u Jannar 2012.

Għal aktar tagħrif

http://ec.europa.eu/avservices/video/player.cfm?ref=I075488

Il-pakkett għall-ġurnalisti – Nisa fil-bordijiet:

http://ec.europa.eu/justice/newsroom/gender-equality/news/121114_en.htm

Stħarriġ tal-Ewrobarometru dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi:

http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/ebs/ebs_376_en.pdf

Folji informattivi dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi:

L-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Kummissjoni Ewropea

http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/files/womenonboards/factsheet-general-4_en.pdf

L-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-Istati Membri

http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/files/womenonboards/factsheet-general-2_en.pdf

Il-Bażi Legali għal Inizjattiva Ewropea

http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/files/womenonboards/factsheet-general-3_en.pdf

Ir-raġuni Ekonomika ta’ Leġiżlazzjoni dwar is-Sessi

http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/files/womenonboards/factsheet-general-1_en.pdf

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President u Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja, Viviane Reding:

http://ec.europa.eu/reding

Il-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni Ewropea dwar in-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet:

http://ec.europa.eu/justice/gender-equality/gender-decision-making/database/index_en.htm

Kuntatti:

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)

Anness 1: Membri tal-Iskola Ewropea tal-Kummerċ/Inizjattiva Nisa f'Bordijiet

Skejjel tal-Kummerċ

Bocconi

Cambridge Judge Business School

EADA

EDHEC Business School

EFMD – European Federation of Management Development

ESMT

ESSEC business school

HR College of Commerce and Economics

IAUW – International Association of University Women

IESE

IFPM Female Board Pool at the University of St.Gallen

IMD

INSEAD

Kellogg School of Management

London Business School

Oxford

RSM

Sabanci University

Skema

University of Mumbai

Organizzazzjonijiet professjonali

American Chamber of Commerce France and Spain

Bellisario Foundation

BoardEx

Business and Industry Advisory Council

Canadian Women in Communications

Deutscher Juristinnenbund e.V.

EPWN (European Professional Women’s Network)

Forte Foundation – Major Corporations and Business Schools

The Financial Times Non-Executive Directors' Club

G16+

GTWN - The Global Telecom Women’s Network

GGI – Geneva Group International

IFA Institut Francais des Administrateurs

International Corporate Women Directors

TIAW - The International Alliance for Women

WiTT - Women in Telecoms and Technology

WCD - Women Corporate Directors

Women’s Forum of New York

Nisa f'Bordijiet

Lady Barbara Judge

Bridget Cosgrave

Lori Gonnu

Cristina Vicini

Lesley Stephenson

Brigitte Boone

Candace Johnson

Audrey Mandela

Diane Morgan

Irene Navitividad

Anne Negre

Indu Shahani

Susan Ness

Marina Niforos

Ingrid Silver

Susan Stautberg

Myla Villanueva

Annex 2: The List of 8 000 Board Ready Women – Where They Come From

Business School Alumnae, Faculty and Board Members

1) London Business School has 330 Alumnae they have identified as Board Ready – 330.

2) Cambridge Judge Business School has identified 160 women from its networks who are either already on boards or board ready according to the criterion provided - 160.

3) EDHEC Business School has 300 Alumnae, Faculty and Board Members they have identified as board Ready – 300.

4) ESMT European School of Management and Technology Out of 24 women Executive MBA alumni from its three graduated Executive MBA classes, ESMT has identified 6 board ready women - 6.

5) IESE has identified 900 women in top executive positions, 155 of whom are on boards already and 300 of which are board ready currently and the rest will become board ready in the coming years – 455/900.

6) The IFPM Female Board Pool at the University of St.Gallen/Switzerland has identified 526 women who are Board ready (245 from their Female Board Pool Network and 281 women who work at the Board of Directors or Top Management Team level of Swiss companies) - 526.

7) IMD has identified amongst its alumni 348 board-ready women with more than 25 years of experience plus 12 senior Faculty – 360.

8) INSEAD has identified 2000 women - 67 of whom are on boards already 500 of which are currently board ready and the rest will become board ready in the coming years – 670/2000.

9) RSM (Rotterdam School of Management/Erasmus University) has identified 32 board ready women -150.

10) Bocconi Business School, Italy has identified 150 board-ready women amongst their alumnae and faculty – 150.

11) SKEMA Business School, France has identified 467 board-ready women amongst their alumnae and faculty – 467.

12) Academic Council of the University of Mumbai, India has identified 20 board-ready women in India – 20.

Professional Women and Corporate Governance Organizations:

13) IFA (Institut Francais des Administrateurs) has 250 women board-ready or active on boards with readily available biographies - 250.

14) The Financial Times Non-Executive Directors' Club currently have 105 people undertaking the new Financial Times Non-Executive Director's Certificate which provides a formally recognized qualification for non-executive directors, 27 of whom are women - 27.

15) TIAW - The International Alliance for Women has 425 board ready women throughout their 36,000 members worldwide - 425.

16) GTWN - The Global Telecom Women’s Network which has contributed more than 60 names to the names and profiles publicly listed - 60.

17) WiTT - Women in Telecoms and Technology has identified more than 70 individual senior executive women publicly supporting this initiative - 70.

18) WoB – Women on Board has identified 90 Senior Executive board-ready women in Belgium alone - 90.

19) The EPWN (European Professional Women’s Network) has identified 349 members across their networks throughout Europe – 349.

20) Bellisario Foundation, Italy has identified 793 board-Ready women amongst their prize-winners from over 20 years – 793.

21) Woman Corporate Directors has identified 1800 board-ready women from their members around the world including 25 different countries – 1800.

22) Deutscher Juristinnenbund e.V. Vereinigung der Juristinnen, Volks- und Betriebswirtinnen has identified 93 board-ready women among their members in Germany – 93.

23) Geneva Group International has identified 20 board-ready women from their members in Bulgaria, Romania, Estonia, and Hungary – 20.

24) Forte Foundation as identified 200 board-ready women from their members which are major Corporations and Business Schools around the world – 200.

25) G16+ Administrateurs au feminine has identified 54 board-ready women from Harvard Business School alumnae in Europe plus France’s top engineering schoos – 54

26) Canadian Women in Communications has identified 100 board-ready women from their membership – 100

27) American Chamber of Commerce in France and Spain has identified 47 women from their memberships – 47


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site