Navigation path

Left navigation

Additional tools

"Kontroll regolatorju": Nutilizzaw bl-aħjar mod il-liġi tal-UE fi żminijiet diffiċli

European Commission - IP/12/1349   12/12/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, it-12 ta' Diċembru 2012

"Kontroll regolatorju": Nutilizzaw bl-aħjar mod il-liġi tal-UE fi żminijiet diffiċli

Brussell, it-12 ta' Diċembru Bil-ħsieb li wieħed jagħmilha aktar faċli u irħas għall-intrapriżi li jagħmlu n-negozju u għaċ-ċittadini biex igawdu l-benefiċċji tas-Suq uniku, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret pakkett ewlieni ta' miżuri biex isaħħaħ u jtejjeb il-qafas regolatorju Ewropew u jiggarantixxi l-"kontroll regolatorju" tal-UE. Dan jinkludi programm ġdid biex inaqqas kwalunkwe spiża regolatorja żejda fil-livell tal-UE u nazzjonali. Huwa s-segwitu tal-programm dwar il-piż amministrattiv. U jsaħħaħ l-għodod – il-valutazzjonijiet tal-impatt, l-evalwazzjonijiet, il-konsultazzjonijiet pubbliċi - li jippermettu lil-leġiżlazzjoni tal-UE tibqa' b'saħħitha. Dan il-pakkett ġie stabbilit biex jgħin lill-UE tikber u tikkompeti fi żminijiet diffiċli. L-importanza tiegħu kienet rikonoxxuta mill-Kunsill Ewropew fit-18-19 ta' Ottubru 2012.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, José Manuel Barroso, stqarr li:

"Jekk l-Ewropa trid tikber, toħloq l-impjiegi u tikkompeti fuq livell internazzjonali, il-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tkun adattata għall-iskop. Din hija r-raġuni għalfejn poġġejna regolamentazzjoni intelliġenti fil-qalba tat-tfassil tal-politika tagħna. Illum, aħna qegħdin insaħħu l-isforzi tagħna permezz tat-tnedija tal-Programm ġdid u komprensiv għall-Prestazzjoni u l-Kontroll regolatorju. Aħna se nħarsu lejn l-istokk eżistenti tal-leġiżlazzjoni u sistematikament nimmiraw lejn dak kollu li mhuwiex assolutament meħtieġ biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-kompetittività b' mod effiċjenti."

Ir-regolamentazzjoni intelliġenti hija ħidma konġunta tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u tal-Istati Membri u l-Kummissjoni qed taħdem b'mod attiv biex iddawwar din ir-responsabbiltà maqsuma f'missjoni maqsuma. Il-Komunikazzjoni dwar il-Kontroll Regolatorju tal-UE tevalwa l-progress konsiderevoli miksub s’issa fl-implimentazzjoni tal-aġenda għal Regolamentazzjoni Intelliġenti tal-Kummissjoni. Hija tiddeskrivi wkoll kif il-leġiżlazzjoni tal-UE tista' tilħaq l-għanijiet tagħha b’mod aktar effettiv u effiċjenti: billi turi valur miżjud ċar, billi jitwasslu benefiċċji sħaħ bi spiża minima filwaqt li jiġu rrispettati l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità. L-għan aħħari huwa qafas regolatorju sempliċi, ċar, stabbli u prevedibbli.

Il-Komunikazzjoni tiddeskrivi l-miżuri li ġejjin:

1. Programm ġdid għall-Prestazzjoni u l-Kontroll Regolatorju (REFIT) biex jidentifika sistematikament u jwettaq inizjattivi b'mod trasparenti li se jirriżultaw fi tnaqqis u simplifikazzjoni regolatorji sinifikanti tal-kosti.

2. Segwitu għall-Programm ta' Azzjoni biex Jitnaqqas il-Piż Amministrattiv (ABRplus) biex ikun żgurat li s-suċċess tagħna fil-Programm ta' Azzjoni dwar il-Piż Amministrattiv għat-tnaqqis tal-burokrazija b'25% qed iġib benefiċċji għan-negozji u l-SMEs fl-Istati Membri.

3. Għodod effettivi għal ġestjoni regolatorja: titjib kontinwu tal-valutazzjonijiet tal-impatt; evalwazzjonijiet aktar komprensivi u kritiċi, ankrati sew fil-proċess politiku, titjib fil-konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati, u aktar appoġġ għall-implimentazzjoni.

Il-Komunikazzjoni hija akkumpanjata minn żewġ Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal:

  • "Reviżjoni tal-Politika ta' Konsultazzjoni tal-Kummissjoni" li turi kif il-Kummissjoni tikkonsulta b'mod wiesa' u trasparenti (b'aktar minn 300 konsultazzjoni miftuħa ppubblikati matul l-aħħar tliet snin) u skont l-aħjar prattika internazzjonali (mal-partijiet interessati li qed jingħataw sistematikament 12-il ġimgħa biex iwieġbu). Ir-reviżjoni wkoll tiddefinixxi sensiela ta' miżuri biex ittejjeb aktar il-kwalità tal-konsultazzjoni.

  • "Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi – Rapport Finali" li jagħti dettalji dwar kif il-Kummissjoni għamlet proposti biex jitnaqqas il-piż amministrattiv bi 33% (kważi EUR 41 biljun), li jaqbeż il-mira ta' 25% stipulata fl-2008. Il-koleġiżlaturi tal-UE adottaw ħafna minn dawk il-proposti (li jammontaw għal kważi EUR 31 biljun).

B'mod parallel, il-Kummissjoni qiegħda wkoll tadatta l-leġiżlazzjoni tal-UE għall-ħtiġijiet tal-SMEs u l-mikrointrapriżi, waqt li tikkonsulta b'mod wiesgħa magħhom u tiskrinja l-korp ta' liġijiet biex tidentifika u tneħħi l-piżijiet minn fuqhom. Fil-bidu tal-2013, il-Kummissjoni se tippreżenta l-ewwel rapport ta' progress dwar dawn l-attivitajiet.

Sfond

Fil-Komunikazzjoni dwar ir-regolamentazzjoni intelliġenti tagħha tas-7 ta' Ottubru 2010, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tirrapporta sal-2012 dwar l-implimentazzjoni.

Il-"Patt għat-Tkabbir u l-Impjiegi" ta' Ġunju 2012 sejjaħ lill-Kummissjoni sabiex tipproponi sal-aħħar tal-2012 sforzi kontinwi biex jitnaqqas il-piż regolatorju ġenerali fil-livell tal-UE u nazzjonali u biex jittieħdu aktar passi fir-regolamentazzjoni intelliġenti, inklużi miżuri biex jappoġġjaw il-mikrointrapriżi.

Konxju mill-potenzjal għat-tkabbir tar-regolamentazzjoni intelliġenti, il-Kunsill Ewropew tat-18-19 ta' Ottubru 2012 stqarr li jinsab ħerqan dwar il-preżentazzjoni ta' dan ir-rapport.

Għal aktar tagħrif:

http://ec.europa.eu/governance/better_regulation/index_en.htm

MEMO/12/974

Persuni ta' kuntatt :

Pia Ahrenkilde Hansen (+32 2 295 30 70)

Jens Mester (+32 2 296 39 73)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website