Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Copernicus: isem ġdid għall-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja

Commission Européenne - IP/12/1345   11/12/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 11 ta' Diċembru 2012

Copernicus: isem ġdid għall-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja

Copernicus huwa l-isem il-ġdid tal-Programm ta' Monitoraġġ tad-Dinja tal-Kummissjoni Ewropea li qabel kien magħruf bħala GMES (Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà). L-isem il-ġdid ġie mħabbar illum mill-Viċi President tal-Kummissjoni, Antonio Tajani, matul il-Kunsill tal-Kompetittività. F'dinja li qed tiffaċċja riskju akbar ta’ diżastri naturali u diżastri oħrajn, Copernicus għandu l-għan li jissorvelja l-ambjent fuq l-art, fil-baħar u fl-atmosfera u wkoll li jtejjeb is-sigurtà taċ-ċittadini. Fl-istess ħin, Copernicus huwa motivatur għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, bil-potenzjal li joħloq sa 85 000 impjieg ġdid matul il-perjodu 2015-2030, skont studju reċenti (ara IP/12/1304).

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Antonio Tajani, il-Kummissarju għall-Industrija u l-Intraprenditorija, qal: "Aħna u nbiddlu l-isem minn GMES għal Copernicus qegħdin nagħtu ġieħ lix-xjentist u osservatur kbir Ewropew: Nicolaus Copernicus. Billi fis-seklu 16 huwa kien il-katalist biex aħna nifhmu aħjar id-dinja tagħna, hekk il-Programm Ewropew ta' Monitoraġġ tad-Dinja jipprovdilna fehim estensiv tal-pjaneta tagħna li dejjem tinbidel, biex b'hekk jippermetti li azzjonijiet konkreti jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Copernicus bħala programm issa laħaq stadju ta' maturità u s-servizzi kollha tiegħu dalwaqt se jidħlu fil-fażi operattiva. Grazzi għad-disponibbiltà akbar tad-dejta, l-adozzjoni mill-utent se tiżdied, biex b'hekk ikun hemm kontribut għal dak it-tkabbir li aħna tant neħtieġu llum il-ġurnata”.

Għal aktar tagħrif

MEMO/12/966

http://copernicus.eu

Copernicus fuq l-Ewropa

Għalfejn il-GMES ingħata isem ġdid? Għalfejn intgħażel l-isem Copernicus?

Is-servizzi kollha ta' Copernicus dalwaqt se jidħlu fil-fażi operattiva. Minħabba ż-żieda fid-disponibbiltà tad-dejta, dalwaqt se jsir użu akbar ta' dawn is-servizzi mill-utenti. L-isem il-ġdid se jgħin iżid l-għarfien dwar Copernicus fil-livelli ġeografiċi u soċjoekonomiċi kollha – biex b'hekk joħloq opportunitajiet għat-tkabbir u għall-impjiegi. Se jkun hemm enfasi speċjali fuq l-atturi reġjonali u lokali, kemm jekk ikunu awtoritajiet pubbliċi, kif ukoll jekk ikunu negozji privati jew ċittadini.

Aħna u nagħżlu l-isem Copernicus qegħdin nagħtu ġieħ lix-xjentist u osservatur kbir Ewropew: Nicolaus Copernicus. It-teorija ta’ Copernicus tal-univers eljoċentriku hija kkunsidrata minn bosta bħala t-terorija ewlenija li wittiet it-triq tax-xjenza moderna. Copernicus fetaħ għall-bniedem univers infinit, li qabel kien limitat mir-rotazzjoni tal-pjaneti u x-xemx madwar id-dinja, u ħoloq dinja mingħajr fruntieri. L-umanità setgħet tibbenefika mill-għarfien fil-fond tiegħu u dan ta bidu għall-ispirtu tar-riċerka xjentifika li tatna l-opportunità li jkollna għarfien aħjar tad-dinja li ngħixu fiha.

Copernicus

Copernicus jikkonsisti minn sett ta' servizzi li jiġbru d-dejta u jipprovdu informazzjoni bl-użu ta' satelliti u sensuri terrestri biex josservaw l-ambjent u l-fenomeni naturali li jseħħu fuq il-pjaneta.

Il-programm Copernicus mhux biss huwa għodda li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Ewropej, iżda wkoll għandu l-potenzjal li jsir kontributur ewlieni għall-istrateġija Ewropea għat-tkabbir u l-impjiegi. Copernicus ma jiħux post il-kapaċitajiet Ewropej eżistenti, iżda minflok jikkomplimentahom bl-għan li jissodisfa l-bżonnijiet tal-utenti u jiggarantixxi s-sostenibbiltà u l-awtonomija Ewropea fil-medda twila taż-żmien.

Copernicus itejjeb is-sigurtà tagħna f'diversi modi, pereżempju permezz ta' ġestjoni aħjar tad-diżastri naturali, li tippermetti intervent aktar bikri, biex b'hekk jiġu evitati l-imwiet u d-dannu għall-proprjetà. Huwa jwassal ukoll informazzjoni affidabbli għall-monitoraġġ u l-previżjoni tat-tibdil fil-klima.

Copernicus jgħin biex titjieb il-ġestjoni tar-riżorsi naturali tagħna, jissorvelja l-kwalità tal-atmosfera u tal-oċeani, jgħin biex isir l-aħjar użu mill-attivitajiet agrikoli tagħna u biex tiġi promossa l-enerġija rinovabbli. Huwa jippermetti ppjanar aħjar tal-ibliet tagħna permezz ta' monitoraġġ tal-espansjoni urbana u t-tħaffif taċ-ċirkolazzjoni tat-trasport.

Kuntatti :

Carlo Corazza (+32 2 295 17 52)

Sara Tironi (+32 2 299 04 03)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site