Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Valutazzjoni tal-għodod għall-infurzar tal-liġi: l-ebda bażi tad-dejta ġdida ma hi meħtieġa fil-livell tal-UE

Commission Européenne - IP/12/1330   07/12/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-7 ta' Diċembru 2012

Valutazzjoni tal-għodod għall-infurzar tal-liġi: l-ebda bażi tad-dejta ġdida ma hi meħtieġa fil-livell tal-UE

L-iskambju ta’ informazzjoni huwa għodda essenzjali għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, kemm fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja (bħal ma huma t-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, id-drogi jew l-armi tan-nar) kif ukoll f'reati mwettqa minn individwi transkonfinalment (bħall-omiċidji u l-vjolenza sesswali fuq it-tfal).

Illum, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni li tevalwa kif l-iskambju ta' informazzjoni jaħdem fl-UE llum il-ġurnata, u tirrakkomanda modi prattiċi biex jittejjeb.

Hija tikkonkludi li l-iskambju ta' informazzjoni ġeneralment jiffunzjona sew, u l-ebda bażijiet tad-dejta ma huma għalhekk meħtieġa għall-infurzar tal-liġi fuq livell tal-UE f’dan l-istadju. Madankollu, l-istrumenti eżistenti tal-UE għandhom jiġu implimentati aħjar, u l-iskambju tal-informazzjoni għandu jkun organizzat b'mod aktar konsistenti - b'mod partikolari billi jinħolqu Punti Uniċi ta' Kuntatt għall-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fl-Istati Membri kollha.

Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-ħtieġa li tkun żgurata dejta ta’ kwalità għolja u biex ikunu rrispettati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, u tispjega wkoll kif l-UE għandha tipprovdi appoġġ, inkluż finanzjament u taħriġ, għall-Istati Membri.

"Li ntejbu l-iskambju transkonfinali tal-informazzjoni mhux għan fih innifisu. L-għan huwa li tiġi indirizzata l-kriminalità b 'mod aktar effettiv u titnaqqas il-ħsara lill-vittmi u għall-ekonomija tal-UE. Il-miżuri fis-seħħ ġeneralment jaħdmu tajjeb, u m’hemm l-ebda bżonn għal bażijiet tad-dejta ġodda għall-infurzar tal-liġi. Iżda hemm lok għal titjib. Bmod partikolari, il-leġiżlazzjoni li ġiet miftiehma trid tkun implimentati bis-sħiħ u użata b'mod aktar konsistenti, mill-Istati Membri kollha ", qalet il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni Cecilia Malmström.

Eżempji ta’ strumenti ta' skambju ta' informazzjoni tal-UE jinkludu:

  • L-Inizjattiva Svediża li tistabbilixxi regoli, fosthom l-iskadenzi, għall-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri sabiex jitwettqu investigazzjonijiet kriminali jew operazzjonijiet ta' intelligence kriminali.

  • Id-Deċiżjoni ta' Prüm li tfassal sistema ta' skambju awtomatizzat bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri ta' profili tad-DNA, dejta dwar marki tas-swaba’ u dejta tar-reġistrazzjoni tal-vetturi għall-investigazzjoni tar-reati kriminali.

  • L-Europol jipprovdi pjattaforma għall-Istati Membri - permezz tal-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol (ENUs) – biex jiskambjaw informazzjoni u intelligence kriminali. L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dejta għal investigazzjonijiet u l-Europol jużaha għall-analiżi tagħha fejn taqa' taħt il-mandat tiegħu u għalhekk hija kondiviża mal-EUROPOL.

  • Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) qed tiġi żviluppat għall-iskambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni operazzjonali bejn Ċentri Nazzjonali ta' Kordinazzjoni u mal-Frontex biex ittejjeb il-konoxxenza sitwazzjonali u l-kapaċità ta' reazzjoni għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari u l-kriminalità transkonfinali fil-fruntieri esterni tal-UE.

Sfond

Il-Komunikazzjoni tal-lum twieġeb għall-istedina fil-programm ta' Stokkolma biex il-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa ta' mudell Ewropew għall-Iskambju ta' Informazzjoni abbażi ta' evalwazzjoni ta' strumenti eżistenti. Hija tkompli tibni fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2010 li tagħti ħarsa ġenerali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja u dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni għas-sigurtà interna miftiehma fl-2009 (il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009), flimkien ma' azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Europol biex jimplimentawha. Huwa ispirat wkoll mill-eżerċizzju ta’ mmappjar ta' skambju ta' informazzjoni tal-UE li jinvolvi espert nazzjonali u oħrajn (EDPS, aġenziji tal-UE, Interpol) esperti, studju fuq l-iskambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u diskussjonijiet mal-partijiet interessati, fosthom l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

Ħoloq siewja

Il-websajt ta' Cecilia Malmström

Segwi lill-Kummissarju Malmström fuq Twitter

Il-websajt tad-DĠ Affarijiet Interni

Segwi d-DĠ Affarijiet Interni fuq Twitter

Kuntatti :

Michele Cercone (+32 2 298 09 63)

Tove Ernst (+32 2 298 67 64)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site