Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni qed tniedi Panorama ta’ Ħiliet tal-UE biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi tal-ħiliet

Commission Européenne - IP/12/1329   07/12/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-7 ta' Diċembru 2012

Il-Kummissjoni qed tniedi Panorama ta’ Ħiliet tal-UE biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi tal-ħiliet

Il-Kummissjoni Ewropea llum nediet uffiċjalment Panorama ta’ Ħiliet tal-UE, websajt li jippreżenta informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva dwar il-ħtiġijiet ta' ħiliet fuq żmien qasir u medju, il-provvista tal-ħiliet u t-tqabbil ħażin tal-ħiliet. Il-Panorama, billi tagħmel użu minn dejta u tbassir ikkumpilati fil-livell tal-UE u tal-Istat Membru, se tenfasizza l-impjiegi li qed jikbru malajr kif ukoll okkupazzjonijiet b’effett lembut b'numri kbar ta' postijiet vakanti. Attwalment, hemm madwar 2 miljun impjieg vakanti madwar l-UE minkejja l-livelli għolja ta’ qgħad. Il-websajt fih informazzjoni dettaljata settur b'settur, professjoni bi professjoni u pajjiż b'pajjiż.

Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ qalet: “Kwalifiki u ħiliet imtejba huma essenzjali biex jixprunaw il-produttività u l-kompetittività tal-Ewropa. Il-Panorama ta’ Ħiliet tal-UE se tipprovdi punt ta' aċċess uniku għall-aktar sorsi ta' informazzjoni aġġornati Ewropej u nazzjonali. Se tgħinna wkoll biex titjieb ir-reazzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ għal xejriet tal-ħiliet li qed jinbidlu u li tiżgura li n-nies ikunu mgħammra għal dawk l-oqsma fejn id-domanda għax-xogħol hija mistennija li tikber.”

László Andor, Il-Kummissarju għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni qal: "Il-Panorama ta’ Ħiliet tal-UE hija l-ewwel għodda Ewropea li tagħti aċċess b'sempliċi għafsa ta’ buttuna għal informazzjoni rilevanti dwar xejriet fir-rekwiżiti ta’ ħiliet fil-pajjiżi kollha tal-UE. Din l-għodda tal-informazzjoni onlajn tippreżenta informazzjoni komprensiva dwar nuqqas ta’ tqabbil tal-ħiliet u li fl-aħħar mill-aħħar se tgħin biex tidderieġi dawk li qed ifittxu xogħol għall-impjiegi li għandhom l-ikbar domanda madwar l-Ewropa."

Il-Panorama ta’ Ħiliet turi li l-impjiegi li jkollhom l-aktar postijiet vakanti fl-UE llum huma dawk tal-finanzi u l-professjonisti tal-bejgħ. L-iktar nuqqasijiet oħrajn irrapportati b’mod regolari jikkonċernaw bijologi, farmakologi, tobba u professjonisti relatati, infermiera, professjonisti tal-informatika tal-ICT u inġiniera. Il-websajt jindika li l-aktar nuqqasijiet ta' tqabbil bejn il-ħiliet u l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol jeżistu fil-Litwanja, il-Bulgarija, il-Belġju, l-Ungerija u l-Irlanda, filwaqt li fil-Portugall, id-Danimarka u l-Pajjiżi l-Baxxi s-sitwazzjoni hija ferm aħjar.

Il-Panorama ta’ Ħiliet tal-UE se tiġi regolarment aġġornata bl-aħħar dejta.

Sfond

Tqabbil aħjar bejn il-provvista u d-domanda għax-xogħol hija waħda fost l-istrateġiji ewlenin deskritti fil-Pakkett dwar l-Impjiegi tal-Kummissjoni ta’ April 2012 (IP/12/380, MEMO/12/252). Dan jista’ jintlaħaq fost oħrajn permezz ta’ tbassir aħjar tal-ħtiġijiet tal-ħiliet, li jippermetti lill-awtoritajiet u lill-partijiet interessati rilevanti biex jadattaw il-kurrikuli tal-edukazzjoni u t-taħriġ u ż-żgħażagħ biex jagħmlu għażliet edukattivi u ta’ karriera aktar infurmati.

Il-Panorama hija parti mis-segwitu ppubblikat riċentement tal-Kummissjoni l-istrateġija “Ħsibijiet ġodda dwar l-Edukazzjoni" li tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni immedjata biex jiżguraw li ż-żgħażagħ jiżviluppaw il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa mis-suq tax-xogħol u biex jilħqu l-miri tagħhom għat-tkabbir u l-impjiegi (IP/12/1233).

Informazzjoni eżistenti dwar ħiliet għandha tendenza li tinfirex madwar il-pajjiżi, u hija diffiċli li biex tinstab u titqabbel. Fl-Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi Ġodda (MEMO/10/602) emblematika tagħha ta’ Ewropa 2020 il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tiżviluppa l-Panorama ta’ Ħiliet tal-UE bħala għodda biex jitjieb il-monitoraġġ tal-ħtiġijiet tal-ħiliet u għat-tnaqqis ta’ tqabbil ħażin.

Il-European Vacancy and Recruitment Report (EVRR), ippubblikat illum ukoll, huwa wieħed mill-akbar sorsi ta’ informazzjoni għall-Panorama ta’ Ħiliet tal-UE. Dan ir-rapport ta’ kull sentejn, rilaxxat għall-ewwel darba, fih żviluppi riċenti f’termini ta’ arranġamenti kuntrattwali, fis-settur u fid-domanda għax-xogħol u l-ħtiġijiet tal-ħiliet.

Il-Panorama tinkludi wkoll:

  • Enfasizzar analitiku li jiffoka fuq ix-xejriet tax-xogħol kif ukoll fuq setturi speċifiċi jew fuq ħiliet transversali. Analiżi tax-xejriet fl-ogħla impjiegi ta’ tkabbir, u dwar l-impjiegi li għandhom l-"iktar domanda". Huma jippreżentaw ukoll tbassir fil-livell tas-settur u l-ħtiġijiet ta’ ħiliet speċifiċi u t-tqabbil ħażin.

  • Inventarju ta’ sorsi ta' informazzjoni eżistenti f'livell nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali. Dan jippermetti li l-utenti jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni li qabel kienet imxerrda.

Din l-ewwel verżjoni tal-Panorama hija prinċipalment maħsuba għal dawk li jfasslu l-politika, ir-riċerkaturi, is-servizzi intermedji u l-prattikanti. Hija tippermetti analiżi fil-fond u l-iżvilupp ta’ politika bbażata fuq l-evidenza fl-oqsma tat-taħriġ u l-ippjanar tal-edukazzjoni, kif ukoll l-iżvilupp ta’ miżuri mmirati biex jindirizzaw id-difetti fit-tqabbil tas-suq tax-xogħol. Il-Panorama se tkun żviluppata aktar sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ min qed ifittex xogħol, il-ħaddiema u l-istudenti sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet ta’ karriera aktar infurmati.

Il-Panorama ta’ Ħiliet tal-UE hija appoġġata min-Netwerk ta' Osservatorji Nazzjonali dwar il-Ħtiġijiet u n-Nuqqas ta’ Tqabbil, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound).

Il-Panorama tikkumplimenta għodod oħra tal-UE bħall-Monitoraġġ tal-Postijiet Vakanti Ewropej, stħarriġ ta' min jimpjega u l-Kunsilli Ewropej dwar Ħiliet marbuta mas-Setturi. Dan itemm informazzjoni prattika bħas-CV tal-Europass li jintuża għal aktar minn 10 miljun Ewropew. Il-Panorama tal-Ħiliet se tkompli tiġi żviluppata u aġġornata bl-appoġġ tal-Istati Membri u bosta organizzazzjonijiet sħab.

L-Erasmus għal Kulħadd, il-programm ta’ EUR 19-il biljun tal-Kummissjoni propost għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, se jimmira li jirdoppja l-għadd ta’ individwi li jirċievu għotjiet għal opportunitajiet biex isaħħu l-ħiliet tagħhom permezz tal-istudju, tat-taħriġ u tal-volontarjat barra mill-pajjiż, jiġifieri 5 miljun ruħ bejn l-2014 u l-2020. Aktar minn żewġ terzi tal-baġit tal-programm għandu jsostni l-mobbiltà tat-tagħlim individwali ta’ dan it-tip, bil-bqija allokat għal proġetti ffukati fuq il-kooperazzjoni għall-innovazzjoni, fuq ir-riforma politika u fuq l-iskambji ta’ prassi tajba.

Għal aktar informazzjoni

Panorama ta’ ħiliet tal-UE

Il-European Vacancy and Recruitment Report

Kummissjoni Ewropea: l-Edukazzjoni u t-taħriġ

Il-websajt ta' Androulla Vassiliou

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Il-websajt ta' László Andor

Segwi lil László Andor fuq Twitter: http://twitter.com/#!/LaszloAndorEU

Abbona mingħajr ħlas fil-bulettin bl-email tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni: http://ec.europa.eu/social/e-newsletter

Kuntatti:

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Jonathan Todd (+32 2 299 41 07)

Nadège Defrère (+32 2 296 45 44)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site