Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Ministri jadottaw ir-riforma tal-Kummissjoni biex titnaqqas il-burokrazija fil-kawżi transkonfinali

Commission Européenne - IP/12/1321   06/12/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-Istampa

Brussell, is-6 ta' Diċembru 2012

Il-Ministri jadottaw ir-riforma tal-Kummissjoni biex titnaqqas il-burokrazija fil-kawżi transkonfinali

In-negozji u l-konsumaturi se jkunu jistgħu jsolvu t-tilwimiet legali transkonfinali b'mod aktar faċli, bis-saħħa ta' riforma adotta llum mill-Ministri Ewropej tal-Ġustizzja. Il-Viċi President u l-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE, Viviane Reding, laqgħet l-adozzjoni mill-Kunsill tar-regoli riformati, biex jiġi determinat liema qorti nazzjonali jkollha l-ġurisdizzjoni f'kawżi transkonfinali u kif is-sentenzi tal-qorti mogħtija f'pajjiż tal-UE jiġu rikonoxxuti u infurzati f'pajjiżi ieħor. Ir-riforma kienet proposta mill-Kummissjoni Ewropea fl-2012 (ara IP/10/1705 u MEMO/10/677).

"Din ir-riforma se tnaqqas il-burokrazija għal eluf ta' konsumaturi u kumpaniji madwar l-Ewropa, billi tnaqqas l-uġigħ ta' ras legali u tagħmilha aktar faċli biex wieħed jinnegozja fis-Suq Uniku," qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE. "Ninsab grata lejn il-Presidenza Ċiprijotta għall-għajnuna tagħha biex ikun żgurat li r-regoli l-ġodda setgħu jiġu adottati qabel tmien is-sena."

Il-leġiżlazzjoni proposta mill-Kummissjoni f'Diċembru 2010 timmira li ssaħħaħ is-Suq Uniku u li tnaqqas il-burokrazija. Din tipproponi li tneħħi l-proċedura għalja "exequatur", li tirrikjedi li l-kumpaniji jgħaddu minn proċedura li tieħu l-ħin u tqum il-flus biex il-qrati jagħtu sentenza fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali rikonoxxuti f'pajjiż ieħor tal-UE. Bit-tneħħija ta' din il-proċedura amministrattiva, in-negozji u l-konsumaturi mistennija jiffrankaw EUR 48 miljun fis-sena.

L-adozzjoni tal-lum mill-Ministri tal-Ġustizzja li ltaqgħu fil-Kunsill tal-UE, qed issir wara li fl-20 ta' Novembru 2012 il-Parlament Ewropew ivvota biex japprova dawn ir-riformi (MEMO/12/875). Ir-Regolament se jidħol fis-seħħ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE fil-ġimgħat li ġejjin; imbagħad jibda jiġi applikat sentejn wara dakinhar.

Għal aktar informazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea – rikonoxximent u infurzar tas-sentenzi.

http://ec.europa.eu/justice/civil/commercial/judgements/index_en.htm

Il-websajt tal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju tal-Ġustizzja tal-UE, Viviane Reding.

http://ec.europa.eu/reding

Kuntatti :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site