Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

48 pajjiż madwar id-dinja jingħaqdu flimkien biex jiġġieldu l-abbuż sesswali tat-tfal onlajn

Commission Européenne - IP/12/1308   04/12/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-4 ta' Diċembru 2012

48 pajjiż madwar id-dinja jingħaqdu flimkien biex jiġġieldu l-abbuż sesswali tat-tfal onlajn

Fil-5 ta’ Diċembru, il-Kummissarju tal-UE għall-Affarijiet Interni Cecilia Malmström flimkien mal-Avukat Ġenerali tal-Istati Uniti Eric Holder se tniedi Alleanza Dinjija kontra l-abbuż sesswali tat-tfal onlajn. L-inizjattiva għandha l-għan li tgħaqqad lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet madwar id-dinja kollha biex ikunu identifikati u jassistu aħjar l-vittmi u biex jipproċedu kontra l-perpetraturi. Il-parteċipanti fit-tnedija jinkludu ministri u uffiċjali f'livell għoli minn 27 Stat Membru tal-UE, li magħhom ingħaqdu wkoll 21 pajjiż barra mill-UE (l-Albanija, l-Awstralja, il-Kambodja, il-Kroazja, il-Ġeorġja, il-Gana, il-Ġappun, il-Moldova, il-Montenegro, in-New Zealand, in-Niġerja, in-Norveġja, il-Filippini, is-Serbja, ir-Repubblika tal-Korea, l-Isvizzera, it-Tajlandja, it-Turkija, l-Ukraina, l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Vjetnam).

Il-pajjiżi tal-alleanza qed jikkommettu ruħhom għal għadd ta’ miri u għanijiet politiċi. Grazzi għal żieda fil-kooperazzjoni internazzjonali, il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal onlajn se tkun aktar effettiva.

"Wara kull immaġini ta' abbuż tat-tfal hemm tifel jew tifla abbużat(a), vittmi sfruttati u li ma jistgħux jgħinu lilhom infushom. Meta dawn l-immaġini huma ċċirkolati onlajn, huma jistgħu jibqgħu jeżistu għal dejjem. Ir-responsabbiltà tagħna hija li nipproteġu t-tfal jgħixu fejn jgħixu u li naraw li l-kriminali jittresqu quddiem il-ġustizzja joperaw fejn joperaw. L-uniku mod biex jinkiseb dan huwa li naħdmu flimkien għal aktar azzjoni kkoordinata intensiva u aħjar mad-dinja kollha", qalet il-Kummissarju għall-Affarijiet Interni Cecilia Malmström.

“Din l-inizjattiva internazzjonali se ssaħħaħ ir-riżorsi reċiproċi tagħna biex inressqu aktar perpetraturi quddiem il-ġustizzja, nidentifikaw iktar vittmi ta’ abbuż sesswali tat-tfal, u niżguraw li huma jirċievu l-għajnuna u l-appoġġ tagħna,” qal l-Avukat Ġenerali Holder. “Permezz ta’ din l-Alleanza Globali nistgħu nibnu fuq is-suċċess ta' operazzjonijiet transkonfinali preċedenti tal-pulizija li żmantellaw netwerks ta' pedofilija internazzjonali u jiġu ssalvagwardjati aktar tfal fid-dinja. "

Huwa stmat li aktar minn miljun immaġini ta' tfal suġġetti għal abbuż sesswali u sfruttament huma bħalissa onlajn. Skont UNODC 50 000 immaġini ġdida ta' abbuż mit-tfal huma miżjuda kull sena.

L-ebda pajjiż ma jista’ jiġġieled dan il-fenomenu orribbli waħdu, meta n-netwerks kriminali li hemm warajh ma jafu bl-ebda rażan u jisfruttaw in-nuqqas ta' skambju ta’ informazzjoni u lakuni legali li jeżistu fil-pajjiżi u bejnithom. Din hija r-raġuni għaliex il-kooperazzjoni internazzjonali hi kruċjali biex ikunu investigati b’mod effikaċji każijiet ta’ abbuż sesswali tat-tfal onlajn u biex ikunu identifikati u prosegwiti aħjar it-trasgressuri.

Alleanza dinjija: Impenji akbar għal riżultati aħjar

Għada fil-konferenza ta' tnedija, il-pajjiżi parteċipanti ser jikkommettu ruħhom għal impenji politiċi sabiex ifittxu li jiksbu għadd ta' għanijiet, notevolment:

  • Issaħħu l-isforzi biex jidentifikaw il-vittmi u jiżguraw li huma jirċievu l-assistenza, l-appoġġ u l-protezzjoni meħtieġa;

  • Issaħħu l-isforzi biex ikunu investigati każijiet ta’ abbuż sesswali tat-tfal onlajn u biex ikunu identifikati u prosegwiti aħjar it-trasgressuri;

  • Iżidu l-konoxxenza dwar ir-riskji onlajn tat-tfal, inkluż il-produzzjoni proprja ta’ immaġini u l-metodi ta' "tħejjija" użati mill-pedofili

  • Inaqqsu d-disponibbiltà ta' materjal ta' abbuż tat-tfal onlajn u l-vittimazzjoni mill-ġdid tat-tfal.

Il-pajjiżi mbagħad jagħżlu li jieħdu azzjoni xierqa fuq livell nazzjonali biex jiksbuhom, u jirrapportaw b’mod regolari.

Sfond

L-UE għamlet progress fuq varjetà ta’ aspetti, mhux l-inqas permezz ta' leġiżlazzjoni ambizzjuża biex tiġġieled it-traffikar tal-bnedmin (id-Direttiva 2011/36/UE) u l-abbuż sesswali, l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pornografija tat-tfal (id-Direttiva 2011/93/UE). Dawn il-liġijiet ikopru l-prosekuzzjoni tat-trasgressuri, il-protezzjoni tal-vittmi u l-prevenzjoni tal-kriminalità.

Il-Europol jappoġġja regolarment operazzjonijiet internazzjonali tal-pulizija. Fl-2011, l-operazzjoni Rescue wasslet għall-identifikazzjoni ta' 779 suspettati madwar id-dinja, 250 ġew arrestati u 252 tfal protetti. Spiss, investigazzjoni tal-abbuż tat-tfal onlajn hija punt ewlieni li jwassal għall-iżmantellar ta' netwerks ta' perpetraturi ta' abbuż tat-tfal. Iċ-Ċentru tal-Kriminalità Ċibernetika Ewropea (EC3), li jiftaħ f'Jannar 2013 fl-Europol fl-Aja, se jkollu l-materjal tal-abbuż tat-tfal onlajn bħala fowkus prinċipali. Il-Kummissjoni tappoġġja wkoll lil INHOPE, netwerk ta' hotlines immexxija mill-NGOs fl-Istati tal-UE li jiġbor ir-rapporti dwar websajts ta' abbuż tat-tfal sabiex ikunu jistgħu jitneħħew u jiġu investigati (il-Programm Internet aktar Sikur).

Iżda għad irid isir ħafna aktar, u dan għandu jsir globalment. L-Alleanza Dinjija se tkompli l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal onlajn fuq quddiem fl-aġendi nazzjonali. Dan imbagħad x'aktarx itejjeb riżorsi ddedikati biex jiġu miġġielda dawn ir-reati, il-koperazzjoni u l-leġiżlazzjoni tal-forzi nazzjonali mad-dinja kollha. Tmienja u erbgħin pajjiż issa qed jingħaqdu, u aktar jistgħu jidħlu ladarba l-Alleanza Dinjija tkun formalment mnedija.

Il-konferenza se ssir fi Brussell nhar il-5 ta’ Diċembru, taħt il-Patruċinju Għoli tal-Maestà tagħha r-Reġina Paola tal-Belġju. Esperti u professjonisti mill-gvernijiet parteċipanti, kif ukoll rappreżentanti minn organizzazzjonijiet internazzjonali u akkademiċi se jeżaminaw l-istat tal-problema u jiddiskutu l-miri politiċi differenti tal-Alleanza Dinjija. Ministri tal-pajjiżi parteċipanti li jattendu (ara MEMO/12/937) se jesprimu l-approvazzjoni tagħhom tal-Alleanza, fil-forma ta' dikjarazzjoni.

Il-preżenza tal-midja hija permessa meta sseħħ ir-reġistrazzjoni. Biex tirreġistra, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-uffiċċju tal-kelliem (dettalji hawn taħt).

Ħoloq siewja

Il-websajt ta' Cecilia Malmström

Segwi lill-Kummissarju Malmström fuq Twitter

Il-websajt tad-DĠ Affarijiet Interni

Segwi d-DĠ Affarijiet Interni fuq Twitter

Contacts :

Michele Cercone (+32 2 298 09 63)

Tove Ernst (+32 2 298 67 64)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site