Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 28 ta' Novembru 2012

Pjan ta’ Azzjoni għal Unjoni Ekonomika u Monetarja profonda u ġenwina: it-tnedija ta’ dibattitu Ewropew

Brussels, it-28 ta’ Novembru 2012 – Il-Kummissjoni Ewropea llum adottat Pjan ta’ Azzjoni għal Unjoni Ekonomika u Monetarja profonda u ġenwina, li tipprovdi viżjoni għal arkitettura qawwija u stabbli fil-qasam finanzjarju, fiskali, ekonomiku u politiku.

Meta kien qed jikkummenta fuq il-Pjan ta’ Azzjoni, José Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, qal: “Neħtiegu Unjoni Ekonomika Monetarja profonda u ġenwina sabiex negħlbu l-kriżi ta’ fiduċja li qed tagħmel ħsara lill-ekonomiji tagħna u lill-mod kif iċ-ċittadini tagħna jaqilgħu l-għixien tagħhom. Irridu nagħtu prova konkreta tar-rieda tal-Ewropej li jaqbżu ghal xulxin u li jimxu ‘l quddiem b’mod deċiziv biex tissaħħah l-arkitettura fil-qasam finanzjarju, fiskali, ekonomiku u politiku li jirfed l-istabilità tal-Euro u tal-Unjoni tagħna kollha kemm hi.”

Permezz ta’ UEM profonda u ġenwina, l-għażliet kollha maġġuri ta’ politika fil-qasam ekonomiku u fiskali tal-Istati Membri jkunu soġġetti għal koordinazzjoni, approvazzjoni u sorveljanza aktar profond fil-livell Ewropew. Il-Pjan ta’ Azzjoni jifrex il-mogħdija lejn UEM profonda u ġenwina, li tinvolvi miżuri inkrementali li jittieħdu fuq termini ta’ żmien qasir, medju u twil. Parti mill-aġenda tista’ titwettaq abbażi tat-Trattati preżenti, għalkemm parti minnha tinħtieġ tibdil fit-Tratta.

  1. Fuq perjodu ta żmien qasir (fi żmien bejn 6 xhur u 18-il xahar), għandha tingħata prijorità immedjata għall-implimentazzjoni tar-riformi ta’ governanza li diġà hemm qbil dwarhom (is-six pack) jew li l-qbil dwarhom dalwaqt jintlaħaq (two pack). L-Istati Membri għandhom ukoll jirsistu għal ftehim dwar Mekkaniżmu Superviżorju Uniku għall-banek sa tmiem is-sena. Unjoni bankarja effettiva ma tkunx tinħtieġ biss l-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, iżda, wara l-adozzjoni tagħha, anki ta’ Mekkaniżmu ta’ Riżoluzzjoni Uniku biex jindirizza l-problema ta’ banek f’diffikultajiet. Hekk kif ikun intlaħaq ftehim dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), il-qafas dwar il-governanza ekonomika għandu jissaħħaħ aktar bil-ħolqien ta’ “strument għall-konverġenza u l-kompetittività” fi ħdan il-baġit tal-UE, mifrud mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali, biex isostni l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ riformi strutturali li huma importanti ghall-Istati Membri u ghall-funzjonament bla skossi tal-UEM . Dan is-sostenn ikun ibbażat fuq impenji stabbiliti fi “ftehimiet kuntrattwali" konklużi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

  2. Fuq perjodu ta żmien medju (18-il xahar sa 5 snin), aktar tisħiħ tal-imġieba kollettiva tal-politika baġitarju u dik ekonomika – inklużi l-politika dwar it-taxxa u dwar l-impjiegi - jimxi id f’id ma’ kapaċita fiskali mtejba. Kapaċità fiskali ddedikata ghaż-Żona Euro tkun tistrieħ fuq ir-riżorsi proprja u tipprovdi sostenn suffiċjenti ghal riformi strutturali importanti f’ekonomiji kbar li jkunu qegħdin taħt pressjoni. Dan jista' jigi żviluppat abbażi tal-istrument ta' konverġenza u kompetittività, iżda jibbenefika minn bażijiet legali ġodda u speċifiċi fit-Trattat. Jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati fondi ta’ ammortament soġġetti għal kundizzjonalità stretta u eurobills biex ikunu ta’ għajnuna fit-tnaqqis tad-dejn u fl-istabilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji. Il-funzjoni ta’ monitoraġġ u ġestjoni għall-kapaċità fiskali u strumenti oħra għandha tiġi pprovduta minn Teżorerija tal-UEM fi ħdan il-Kummissjoni.

  3. Fuq perjodu ta zmien twil (aktar minn 5 snin), abbażi tal-fatt li s-sovranità, ir-responsabbiltà u s-solidarjetà jkunu qed jinġabru flimkien b’mod adegwat, ghandu jkun posibbli li jigi stabbilit baġit awtonomu taż-Żona Euro biex ikun hemm kapacità fiskali għall-UEM biex l-Istati Membri affettwati minn skossi ekonomiċi jkunu jistgħu jingħataw l-għajnuna. Qafas ta’ governanza fiskali u ekonomika li jkun profondement integrati jippermetti l-ħruġ in komuni ta’ dejn pubbliku li jtejjeb il-funzjonament tas-swieq u t-tmexxija tal-politika monetarja. Dan ikun l-aħħar stadju tal-UEM.

Xi wħud mill-passi meħtieġa jistgħu jiġu adottati fi ħdan il-limiti tat-Trattati preżenti. Oħrajn ser ikunu jeħtieġu modifiki tat-Trattati preżenti u ta’ kompetenzi ġodda għall-Unjoni. Dan għandu jinbena fuq il-prinċipji bażiċi li ġejjin.

  1. L-ewwel nett, l-approfondiment tal-UEM irid ikun imsejjes fuq il-qafas istituzzjonali u legali tat-Trattat.

  2. It-tieni, iż-Żona Euro trid tkun kapaċi tintegra b’mod aktar mgħaġġel u aktar profond mill-UE kollha kemm hi, filwaqt li tippreserva l-integrità tal-linji ta’ politika fis-seħħ fis-27, notevolment is-Suq Uniku. Dan ifisser li, kull fejn ikun xieraq, il-mizuri taż-Żona Euro jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' Stati Membri oħra.

  3. Tabilħaqq, filwaqt li t-Trattati jipprevedu li għadd ta’ regoli japplikaw biss ghall-Istati Membri fiż-Żona Euro, il-konfigurazzjoni prezenti taż-Żona Euro hija ta' natura temporanja biss, peress li l-Istati Membri kollha għajr tnejn (id-Danimarka u r-Renju Unit) huma ddestinati li jsiru membri sħaħ tal-UEM skont it-Trattati.

  4. Kwalunkwe tibdil fit-Trattat li jagħti poteri supranazzjonali ulterjuri lil-livel tal-UE irid ikollu miegħu responsabbiltà demokratika akbar. Mod ieħor kif tissaħħaħ il-leġittimità tal-UE ikun permezz tal-estensjoni tal-kompetenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Il-passi li jmiss

Il-Pjan ta’ Azzjoni huwa l-kontribut tal-Kummissjoni għar-rapport tal-"erba' presidenti" dwar il-passi li jmiss għal unjoni ekonomika u monetarja. Verżjoni finali tar-rapport qed jitħejja mill-President tal-Kunsill Ewropew f’koordinazzjoni mal-President Barroso, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-President tal-Grupp tal-euro, u se jkun diskuss mal-Kunsill Ewropew bejn it-13 u l-14 ta’ Diċembru.

Sfond

Id-dibattitu dwar kif għandha tissaħħaħ il-governanza ekonomika beda jaqbad ritmu aktar mgħaġġel sa minn Mejju 2010, meta l-Kummissjoni pproponiet strateġija għat-tisħiħ tal-governanza ekonomika fl-Ewropa (MEMO/10/204) Dan wassal eventwalment għall-adozzjoni tal-proposti “six pack”, li daħlu fis-seħħ f’Diċembru 2011 (MEMO/11/898) Il-Kummissjoni kkontribwiet ukoll għal diversi rapporti dwar l-UEM f’kollaborazzjoni mal-President tal-Kunsill Ewropew: ir-rapport tat-task force dwar il-governanza ekonomika (Ottubru 2010), “Lejn unjoni ekonomika aktar b'saħħitha" (Diċembru 2011) u r-rapport interim tal-"erba' presidenti", "Lejn unjoni ekonomika u monetarja ġenwina" (Ottubru 2012).

Għal aktar tagħrif ara:

Il-websajt tal-President Barroso:

http://ec.europa.eu/commission_2010-2014/president/index_en.htm

MEMO/12/909 Pjan ta’ Azzjoni għal Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) profonda u ġenwina: Mistoqsijiet Frekwenti

Kuntatti :

Pia Ahrenkilde Hansen (+32 2 295 30 70)

Sarah Collins (+32 2 296 80 76)

Simon O'Connor (+32 2 296 73 59)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website