Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill jiltaqgħu ma’ organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali sabiex tiġi diskussa s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet madwar l-Ewropa

Commission Européenne - IP/12/1270   27/11/2012

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, is-27 ta' Novembru 2012

Il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill jiltaqgħu ma’ organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali sabiex tiġi diskussa s-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet madwar l-Ewropa

Brussell, is-27 ta’ Novembru 2012 - Il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso llum ospita laqgħa ma' rappreżentanti minn organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali mill-kwartieri tal-Kummissjoni fi Brussell, bit-tema "solidarjetà interġenerazzjonali: it-twaqqif ta' parametri għas-soċjetà tal-Ġejjieni fl-Ewropa". Herman Van Rompuy, il-President tal-Kunsill Ewropew, u l-Viċi-President tal-Parlament Ewropew László Surján ikkopresedew il-laqgħa. Il-mexxejja Ewropej u r-rappreżentanti skambjaw l-opinjonijiet dwar kif tissaħħaħ is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u kif titħaddan kultura favur anzjani attivi fl-Ewropa; dan kollu sar fl-isfond tal-isfidi demografiċi importanti u l-ħtieġa dejjem akbar għal innovazzjoni soċjali.

José Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, qal: "L-Ewropa hi mibnija fuq is-solidarjetà, iżda din is-solidarjetà qed taffaċċja r-riskji fil-kriżi. Meta n-nies ibatu, it-tentazzjoni tkun kbira biex jiġu adottati ideat populisti u jwaħħlu fl-Unjoni Ewropea mingħajr ħtija. Fir-realtà, l-UE hija l-uniku qafas fejn kemm is-solidarjetà kif ukoll ir-riformi neċessarji jistgħu jingħaqdu flimkien għall-ġid komuni tal-Ewropa. Aħna għalhekk irridu nagħmlu kull sforz possibli biex naħdmu id f’id u nerġgħu nsawru s-solidarjetà bejn in-nazzjonijiet, bejn l-Istati u fi ħdan l-Istati, bejn il-fqir u s-sinjur, il-kbir u ż-żgħir. Il-laqgħa tal-lum għandha kontribuzzjoni importanti għal dan il-għan u jien nagħmel kuraġġ meta nara l-impenn muri mill-parteċipanti kollha."

Herman Van Rompuy, il-President tal-Kunsill Ewropew, iddikjara li: "Dalgħodu għamilt enfasi fuq l-identità Ewropea, fuq l-Ewropa, li għaliha l-aktar valur essenzjali huwa r-rispett għal kull persuna, rispett li jirriżulta minn drittijiet ugwali għal kulħadd, in-nondiskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, kif ukoll is-solidarjetà u l-fratellanza. Illum, grazzi għall-valur li nagħtu lil kull persuna, nistgħu nibnu Unjoni Ewropea mibnija fuq aktar solidarjetà, anki bejn iż-żgħir u l-kbir."

László Surján, il-Viċi-President tal-Parlament Ewropew, qal: "Fil-Parlament Ewropew, aħna nemmnu li s-solidarjetà interġenerazzjonali għenet liċ-ċittadini jissuperaw il-kriżi riċenti. Aktar minn hekk, is-solidarjetà interġenerazzjonali hija ta’ importanza kbira ħafna għas-soċjetà kollha għal raġunijiet oħrajn – fost l-oħrajn is-sistemi tal-penzjoni jew it-trasferiment tal-għarfien u l-esperjenza minn ġenerazzjoni għal oħra.

Matul il-laqgħa, il-parteċipanti rrikonoxxew ir-rwol li l-organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali jaqdu biex jippromwovu valuri bħal-libertà, id-drittijiet ugwali u s-solidarjetà fl-Ewropa u lil hinn. Huma qablu dwar il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi tal-bidla demografika, bħall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' impjiegi aħjar għal nies ta’ kull età, jew għat-tħaddin tat-tagħlim matul il-ħajja. Dawn l-isforzi jikkontribwixxu b’mod dirett għat-tkabbir strateġiku globali għall-Ewropa tal-Kummissjoni Ewropea, billi jimmiraw li jiksbu edukazzjoni aħjar, anqas faqar, u soċjetà iktar ġusta.

Sfond

L-2012 tirrappreżenta is-"Sena Ewropea għall-Anzjanità Attiva u s-Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet". Is-Sena immobilizzat firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati u ppreżentat inizjattivi ġodda biex jippromwovu anzjanità attiva u biex tissaħħaħ is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet, biex b’hekk ikkontribwiet għall-istrateġija Ewropa 2020 tal-Kummissjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Il-laqgħa tal-lum għandha l-istess għan ta' din l-istrateġija.

Laqgħat ta’ livell għoli bejn istituzzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali, kif ukoll ma’ knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet reliġjużi, saru tradizzjoni soda. Minn meta daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona f'Diċembru 2009, id-djalogu ma’ knejjes u komunitajiet ta’ twemmin huwa obbligu legali, minqux fil-liġi primarja (l-Artikolu 17 TFUE). Id-djalogu huwa meqjus mill-istituzzjonijiet tal-UE bħala strument importanti tad-demokrazija parteċipattiva. ‘Lil hinn mil-laqgħat ta’ livell għoli ma’ mexxejja reliġjużi ma’ rappreżentanti filosofiċi u mhux konfessjonali hemm seminars bi djalogu regolari ma’ interlokuturi differenti dwar politiki speċifiċi tal-UE.

Għal-lista ta’ parteċipanti, ara MEMO/12/901

L-awdjo, il-vidjo u r-ritratti tal-avveniment huma disponibbli fuq is-sit dwar is-servizzi awdjovizivi tal-Kummissjoni Ewropea.

Websajt tad-Djalogu mal-knejjes, assoċjazzjonijiet u komunitajiet reliġjużi u organizzazzjonijiet filosofiċi u mhux konfessjonali

Il-websajt ta' José Manuel Barroso, il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Contacts :

Pia Ahrenkilde Hansen (+32 2 295 30 70)

Jens Mester (+32 2 296 39 73)

Dirk Volckaerts (+32 2 299 39 44)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site