Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Litwanja hija l-15-il Stat Membru li ffirma r-regoli ta' kooperazzjoni msaħħa biex jgħinu koppji internazzjonali

European Commission - IP/12/1231   20/11/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, 20 ta' Novembru 2012

Il-Litwanja hija l-15-il Stat Membru li ffirma r-regoli ta' kooperazzjoni msaħħa biex jgħinu koppji internazzjonali

Għada, il-Kummissjoni Ewropea se tikkonferma d-deċiżjoni tal-Litwanja li tingħaqad mal-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa li tippermetti lill-koppji internazzjonali jagħżlu liema liġi tal-pajjiż tapplika għad-divorzju u s-separazzjoni legali tagħhom. Ir-Regolament jagħti ċertezza legali lill-koppji u jipprevjeni "ġiri l-qorti" u t-tiftix għall-aktar qorti favorevoli f'każijiet ta' divorzju, filwaqt li jevita proċedimenti li jkunu emozzjonalment u finanzjarjament għaljin.

"Għall-ewwel darba fl-istorja tal-UE l-Istati Membri qed jużaw il-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa biex jagħtu spinta lir-regoli li jippermettu li l-koppji internazzjonali jagħżlu l-pajjiż li l-liġi tiegħu tapplika għad-divorzju tagħhom. In-nies isibu l-imħabba anke minn pajjiż għall-ieħor, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, imma l-qrati tal-Istati Membri għandhom modi differenti ta' kif jiddeċiedu l-liġi ta' liema pajjiż tapplika għad-divorzji. Hemm bżonn li koppji internazzjonali jkunu ċerti mir-regoli li japplikaw għas-sitwazzjoni tagħhom - li huwa dak li jipprovdi dan ir-Regolament," qalet il-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju għall-Ġustizzja tal-UE. "Ir-regoli l-ġodda se jibbenefikaw minnhom mijiet ta' eluf ta' koppji internazzjonali u huwa inkoraġġanti li dan qed jiġi rikonoxxut minn għadd dejjem jikber ta' Stati Membri."

Il-gvernijiet tal-UE adottaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali f'Lulju 2010 (IP/10/917). Konsegwentement, l-14-il pajjiż parteċipanti (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u Spanja) adottaw Regolament tal-Kunsill li fih regoli dettaljati dwar l-għażla tal-liġi applikabbli għad-divorzji internazzjonali (imsejjaħ ir-Regolament Ruma III). Ir-Regolament daħal fis-seħħ nhar il-21 ta’ Ġunju 2012. Dan m'għandu l-ebda effett fuq id-divorzju nazzjonali jew il-liġijiet taż-żwieġ.

Il-Litwanja kienet l-ewwel Stat Membru addizzjonali li nnotifika xewqtu li jieħu sehem f'din il-kooperazzjoni msaħħa (IP/12/590). Stati Membri oħra li jridu jieħdu sehem jistgħu jagħmlu dan xħin iridu.

Sfond

Il-kooperazzjoni msaħħa tippermetti li grupp ta’ minn tal-anqas disa’ stati membri jimplimenta miżuri jekk is-27 Stat Membru kollha ma jirnexxilhomx jaslu għal ftehim. Pajjiżi oħrajn tal-UE għandhom id-dritt li jingħaqdu meta jkunu jridu (l-Artikolu 331 TFUE).

Ir-Regolament dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju u s-separazzjoni legali għandha l-għan li tħares lill-idgħef sħab tul it-tilwim relatat mad-divorzju. Dan jippermetti lill-koppji internazzjonali jaqblu minn qabel dwar liema liġi tapplika għad-divorzju jew separazzjoni legali tagħhom. Fil-każ li l-koppja ma tkunx tista' taqbel, l-imħallfin jistgħu jużaw formula komuni biex jiddeċiedu l-liġi ta’ liema pajjiż tapplika. Ir-Regolament jagħti lill-koppji iktar ċertezza legali, prevedibbiltà u flessibbiltà. Dan għandu jgħin biex jipproteġi l-konjuġi u t-tfal tagħhom minn proċeduri kkumplikati, twal u emozzjonalment diffiċli. Ir-Regolament ma għandu l-ebda effett fuq il-liġijiet nazzjonali tad-divorzju u taż-żwieġ, u lanqas ma jipprevedi l-adozzjoni tar-regoli li jaffettwaw il-liġi sustantiva tal-familja tal-Istati Membri.

Is-soluzzjonijiet il-ġodda jgħinu lil koppji ta' nazzjonalitajiet differenti, lil dawk li jgħixu separati f'pajjiżi differenti kif ukoll dawk li jgħixu flimkien f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż ta' orġini tagħhom. Il-ħtieġa għal azzjoni tal-UE hija ċara: Kien hemm iktar minn miljun divorzju fis-27 Stat Membru fl-2007, li minnhom 140,000 (13%) kellhom element "internazzjonali".

Għal aktar informazzjoni

IP/12/590

IP/10/917

MEMO/10/100

Il-Kummissjoni Ewropea - Kwistjonijiet tal-familja u suċċessjonijiet:

http://ec.europa.eu/justice/civil/family-matters/index_en.htm

Il-Kamra tal-Aħbarijiet tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/justice/news/intro/news_intro_en.htm

Il-paġna ewlenija tal-Viċi President Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja:

http://ec.europa.eu/reding

Kuntatti :

Mina Andreeva (+32 2 299 13 82)

Natasha Bertaud (+32 2 296 74 56)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website