Sélecteur de langues
Chemin de navigation

Il-Kummissjoni Ewropea
Stqarrija għall-istampa
Brussell, id-9 ta' Novembru 2012
Personalitajiet Ewropej iħeġġu lill-mexxejja tal-UE biex isostnu lil Erasmus
Aktar minn 100 personalità Ewropea mid-dinjiet tal-edukazzjoni, l-arti, il-letteratura, l-ekonomija, il-filosofija u l-isport iffirmaw ittra miftuħa lill-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern biex biha jsostnu l-programm ta' skambju tal-istudenti Erasmus, li jinsab mhedded. Il-firmatarji huma minn kull Stat Membru tal-UE u jinludu d-direttur tal-films Spanjol Pedro Almodovar, il-president tal-FC Barcelona Sandro Rosell, ir-rebbbieħ tal-Premju Nobel il-Professur Christopher Pissarides u għadd ta' champions Olimpiċi. Dawn qegħdin jirrispondu għal tħassib li l-postijiet għall-istudenti fuq l-iskema, kif ukoll l-għotjiet, jistgħu jkollhom jitnaqqsu sew minħabba argumenti fuq il-baġits tal-UE tal-2012 u l-2013. Il-programm diġà affaċċja tnaqqis ta' €90 miljun din is-sena u hemm il-biża' li s-sitwazzjoni se tkompli tiħżien fl-2013. Matul l-aħħar 25 sena, Erasmus ippermetta lil kważi tliet miljun żagħżugħ u żagħżugħa Ewropej biex jistudjaw barra. Iktar reċentement, l-Erasmus appoġġa wkoll il-kollokamenti tax-xogħol f’kumpaniji f'pajjiżi barranin. Hemm ġenerazzjoni sħiħa li llum saret taf xi jfisser li tgħix u taħdem flimkien ma’ nies minn kulturi oħrajn, u li tiżviluppa l-ħiliet u l-versatilità li tant huma essenzjali fis-suq tax-xogħol modern.
L-ittra twissi li jekk il-baġits tal-UE tal-2012 u l-2013 ma jkunx biżżejjed sabiex jintlaħqu l-wegħdiet li diġà saru lill-studenti abbażi tal-impenji miftiehma minn qabel, "eluf jistgħu potenzjalment jitilfu esperjenza li tibdlilhom ħajjithom".
It-theddida għall-programm ma setgħetx tasal fi żmien agħar għaż-żgħażagħ tal-Ewropa. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena żdied bin-nofs mill-bidu tal-kriżi ’l hawn u llum il-ġurnata wieħed minn kull ħames żgħażagħ Ewropej – jiġifieri aktar minn ħames miljun żagħżugħ – jinsabu bla xogħol.
L-ittra titlob li l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ ikunu fil-qalba tar-rispons Ewropew għall-kriżi. Tenfasizza wkoll il-pjanijiet tal-Kummissjoni sabiex iżidu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ biex isaħħu l-ħiliet u l-impjegabbiltà tagħhom taħt il-programm 'Erasmus għal Kulħadd', li hu dovut li jitnieda fl-2014.
L-ittra tikkonkludi: "Erasmus għal Kulħadd" se jiswa inqas minn 2% tal-baġit totali tal-UE. Fil-ġimgħat li ġejjin, intom, il-mexxejja tal-gvernijiet tal-UE, se jkollkom opportunità unika biex tapprovaw il-programm il-ġdid u tagħtuh ir-riżorsi li jeħtieġ. Iż-żgħażagħ tagħna hekk jistħoqqilhom. Il-ġejjieni tagħna jiddependi fuq dan."
Androulla Vassiliou, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, laqgħet il-pubblikazzjoni tal-ittra. "Il-programm Erasmus għal 25 sena biddel il-ħajjiet u fetaħ l-imħuħ. Nawguraw li dan jibqa' jseħħ! Iż-żgħażagħ ġa kellhom iġġorru bil-qawwi l-piż tal-kriżi. Dawn jeħtieġu l-appoġġ tagħna issa aktar minn qatt qabel. Ninsab kburija u emozzjonata li tant persuni, minn diversi setturi tal-ħajja, ippreżentaw ruħhom biex jiddikjaraw l-appoġġ tagħhom għall-Erasmus."
Għal aktar tagħrif
L-ittra tal-Erasmus fuq Facebook
MEMO/12/816 FAQ dwar l-Erasmus u l-baġit tiegħu
Erasmus: Għal 25 sena jibdel il-ħajjiet u jiftaħ l-imħuħ
Erasmus jikseb rekord ġdid b'żieda ta' 8.5% fl-iskambji tal-istudenti
Il-Programm Erasmus – Storja Ewropea ta' Suċċess
Il-websajt ta' Androulla Vassiliou
Segwi lil Androulla Vassiliou fuq it-Twitter @VassiliouEU
Kuntatti: Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott Dina Avraam (+32 2 295 96 67) |
Anness
Il-Ġejjieni tal-Erasmus: ittra miftuħa lill-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern tal-UE
L-Ewropa trid tinvesti fl-edukazzjoni u ż-żgħażagħ
Lill-Kapijiet ta’ Stat u tal-Gvern tal-Unjoni Ewropea
Il-kriżi ekonomika laqtet ħażin ħafna liż-żgħażagħ Ewropej. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ ta' bejn il-15 u l-24 sena żdied bin-nofs mill-bidu tal-kriżi ’l hawn u llum il-ġurnata wieħed minn kull ħames żgħażagħ Ewropej – jiġifieri aktar minn ħames miljun żagħżugħ – jinsabu bla xogħol. Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk Ma naffordjawx li nitilfu ġenerazzjoni.
L-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom ikunu fil-qalba tar-rispons tal-Ewropa. Kwalunkwe soċjetà ċivilizzata trid tinvesti fil-futur taż-żgħażagħ tagħha sabiex dawn ikunu jistgħu jaqdu r-rwol sħiħ tagħhom bħala ċittadini attivi, isibu xogħol li jagħtihom sodisfazzjon, u jgħixu ħajja kuntenta. Edukazzjoni tajba hija fundamentali għaż-żgħażagħ tagħna hekk kif dawn jippreparaw ruħhom għal dinja dejjem aktar mgħaġġla, mobbli, interdipendenti u multikulturali.
Matul dawn l-aħħar 25 sena, il-programm popolari tal-Unjoni Ewropea, l-Erasmus, ippermetta lil kważi tliet miljun żagħżugħ u żagħżugħa Ewropej li jistudjaw barra minn pajjiżhom. Iktar reċentement, l-Erasmus appoġġa wkoll il-kollokamenti tax-xogħol f’kumpaniji f'pajjiżi barranin. Hemm ġenerazzjoni sħiħa li llum saret taf xi jfisser li tgħix u taħdem flimkien ma’ nies minn kulturi oħrajn, u li tiżviluppa l-ħiliet u l-versatilità li tant huma essenzjali fis-suq tax-xogħol modern. Din il-ġenerazzjoni waslet biex sabet uħud mill-aqwa impjiegi.
Nisperaw li l-baġits tal-2012/2013 għall-Erasmus se jkunu biżżejjed biex ikun jista’ jitwettaq dak li diġà ġie mwiegħed lill-istudenti fuq il-bażi ta' impenji miftehma minn qabel, għaliex jekk le, eluf ta’ persuni jistgħu jispiċċaw jitilfu esperjenza li kapaċi tibdlilhom ħajjithom.
L-Unjoni Ewropea pproponiet programm ġdid ta’ finanzjament – "Erasmus għal Kulħadd" – li mill-2014 se jiftaħ dawn l-opportunitajiet għal miljuni ta’ żgħażagħ Ewropej oħrajn. Dan ser jippermettilhom li jistudjaw, jitħarrġu, jaħdmu u jwettqu volontarjat f’xi pajjiż ieħor, u jiksbu dik it-tip ta' esperjenza li se tgħinhom jiżguraw l-ewwel impjieg prezzjuż tagħhom.
L-"Erasmus għal Kulħadd" se jiswa' inqas minn 2% tal-baġit totali tal-UE. Fil-ġimgħat li ġejjin, intom, il-mexxejja tal-gvernijiet tal-UE, se jkollkom opportunità unika biex tapprovaw il-programm il-ġdid u tagħtuh ir-riżorsi li jeħtieġ.
Iż-żgħażagħ tagħna hekk jistħoqqilhom. Il-futur tagħna jiddependi fuq dan.
Il-Firmatarji
L-Awstrija
Serge Falck, attur
Peter Hofbauer, direttur teatrali
Uwe Kroeger, still mużikali
Vera Russwurm, moderatriċi tat-TV
René Kremser, ambaxxatur tal-Erasmus, l-Istitut għas-Servizzi Soċjali
Il-Belġju
Jonathan & Kevin Borlée, atleti Olimpiċi
Axelle Red, kantanta
Lien Van de Kelder, konsulenta dwar il-Proprjetà Intellettwali, attriċi u kienet studenta tal-Erasmus
Il-Bulgarija
Stefka Kostadinova, il-president tal-Kumitat Olimpiku Nazzjonali, id-detentriċi tar-rekord tad-dinja fil-qbiż fl-għoli
Il-Professur Rumyana Todorova, ambaxxatriċi tal-Erasmus, Viċi Rettur tax-Xjenza, ir-Riċerka u r-Relazzjonijiet Internazzjonali, l-Università Shumen
Boryana Klinkova, ambaxxatriċi tal-Erasmus, Koordinatriċi tal-Programmi Internazzjonali, l-Università Friedrich-Alexander, Erlangen-Nuremberg,
Ir-Repubblika Ċeka
Jiří Bělohlávek, kap konduttur tal-Filarmonika Ċeka
Pavel Nedvěd, eks-futboler, membru tal-bord tal-Juventus
Eva Jiřičná, arkitett u disinjatriċi
Martin Wichterle, intraprenditur
Ċipru
Il-Professur Christopher Pissarides, ir-rebbieħ tal-Premju Nobel fl-ekonomija tal-2010
Michalis Srris, ekonomista u kien Ministru tal-Finanzi
Pavlos Kontides, baħri, rebbieħ tal-midalja tal-fidda Olimpika fl-2012
Cyprien Katsaris, pjanista
Vivian Kanari, preżentatur tat-televiżjoni
Id-Danimarka
Il-Professur Marlene Wind, id-Direttur taċ-Ċentru tal-Politika Ewropea, l-Università ta’ Kopenħagen
Il-Professur Gerard Byrne, Artist, l-Akkademja tal-Arti Rjali Daniża
L-Estonja
Helen lokuta, kantanta tal-opri
Johannes Tralla, ġurnalist tat-TV
Il-Finlandja
Tuomo Martikainen, Professur Emeritu tal-Università ta’ Ħelsinki
Paula Pietilä, ambaxxatriċi tal-Erasmus, Koordinatriċi tad-Diżabbilità, l-Università ta’ Turku
Franza
Lilian Thuram, eks-futboler, rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja u dik Ewropea, id-direttur tal-fondazzjoni kontra r-razziżmu
Il-Professur Pierre Joliot-Curie, bijologu, Centre National de la Recherche Scientifique, in-neputi ta' Marie Curie
Michel Serres, filosofu u awtur
Cédric Villani, matematku, viċi president ta’ EuropaNova
Il-Ġermanja
Detlev Buck, produttur u attur
Daniel Brühl, attur
Cornelia Funke, awtur
Peter Scholze, professur tal-matematika
Il-Greċja
Sia Kosioni, ġurnalista
Maria Farantouri, kantanta
Giannis Tsimitselis, attur
Dionisis Tsaknis, kompożitur
Dr Gkikas Magiorkinis, ir-rebbieħ tal-premju Marie Curie tal-2012, l-Università ta' Oxford u l-Università ta' Ateni
L-Ungerija
Áron Szilágyi, fencer, champion tad-dinja u rebbieħ tal-midalja tad-deheb Olimpika fl-2012
Eszter Ónodi, attriċi
L-Irlanda
Mick Galwey, kien keptin tat-tim tar-rubgy Irlandiż
Gerry McLoughlin, is-sindku ta’ Limerick u kien plejer internazzjonali tar-rugby
Noelle O’Connell, direttur eżekuttiv, European Movement Ireland
Jessica Gough, ambaxxatur tal-Erasmus, National University of Ireland, Galway
L-Italja
Beppe Severgnini, ġurnalista, opinjonista u kittieb
Margherita Hack, astrofiżiċista u kittieb tax-xjenza
Federico Taddia, persunaġġ prominenti tar-radju tat-TV u DJ tar-radju
Elisa Di Francisca, fencer, rebbieħa tal-midalja tad-deheb Olimpika fl-2012
Il-Latvja
Juris Šteinbergs, professur tal-bioloġija molekulari u personalità tat-TV
Lauris Reiniks, kantant, kittieb tal-kanzunetti, preżentatur tat-TV u attur Latvjan
Aleksejs Naumovs, ambaxxatur tal-Erasmus u rettur tal-Akkademja tal-Arti tal-Latvja
Madara Apsalone, Viċi Rappreżentant Nazzjonali tan-Netwerk tal-Istudenti tal-Erasmus, Ministeru tal-Finanzi
Il-Litwanja
Rūta Meilutytė, għawwiema, rebbieħa tal-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-2012
Martynas Levickis, akkordjonista tal-kunċerti
Erica Jennings, kantawtriċi
Il-Lussemburgu
Liz May, atleta tat-trijatlon
Jean Muller, pjanist
Patrick Weimerskirch, President tal-Parlament taż-Żgħażagħ
Joseph Lorent, ġurnalista u s-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Istampa
Ranga Yogeshwar, awtur, ġurnalista xjentifika u fiżiċista
Malta
Valerie Vella, preżentatriċi tat-televiżjoni
Pierre Mejlak, awtur
Ira Losco, kantanta popolari
Il-Pajjiżi l-Baxxi
Harrry Starren, moderatur u kien CEO tal-Istitut tal-edukazzjoni u l-għarfien de Baak
Susanne Stolte, President tal-Assoċjazzjoni Olandiża tad-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi
Dr van den Berg, Direttur ta' Space Expo, Noordwijk
Dr Ruben Baumgartner, President ta' SHL-Groep
Steijn Pelle, intraprenditur novell
Bram Peper, ambaxxatur tal-Erasmus, lettur fl-università, l-Università Erasmus ta’ Rotterdam
Désirée Majoor, ambaxxatriċi tal-Erasmus, Viċi President tal-Bord, l-Università tax-Xjenzi Applikati fl-Arti, Utrecht
Il-Polonja
Wojciech Błach, attur
Jerzy Baczyński, kap-editur, Polityka
Wilhelm Sasnal, artist, rebbieħ tal-Premju Biennali Vincent van Gogh għall-Arti Kontemporanja fl-2006
Małgorzata Ludwisiak, kuratriċi u deputat Direttriċi, il-Mużew tal-Arti ta’ Łodz
Il-Portugall
Vasco da Graça Moura, President, Centro Cultural de Belém
Fernando Carvalho Rodrigues, xjentist u kien Direttur tan-NATO
Teresa de Sousa, ġurnalista
Il-Professur Manuel Jose Santos Silva, l-Università Beira Interior
Ir-Rumanija
Ivan Patzaichin, champion tal-kenura bl-isprint
Vlad Petreanu, ġurnalist u blogger
Luca Niculescu, ġurnalist u ankra tat-TV
Is-Slovenja
Mojca Mavec, ġurnalista, preżentatriċi tat-TV, pubbliċista
Eva u Nika Prusnik, kantanti, ambaxxaturi ta’ Żgħażagħ Attivi
Is-Slovakkja
Emília Vašáryová, attriċi
Karin Habšudová, tennista
Adela Banášová, preżentatriċi tat-televiżjoni
Spanja
Pedro Almodovar, direttur tal-films
Sandro Rossell, President, FC Barcellona
Fernando Savater, filosofu u kittieb
Enrique Pérez Vergara (Flipy), preżentatur tat-televiżjoni
Javier Marías, kittieb, membru tal-Akkademja Rjali Spanjola
L-Isvezja
Anders Wijkman, konsulent anzjan, l-Istitut Ambjentali ta’ Stokkolma u President, Club of Rome
Staffan Nilsson, President, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Rolf Gustavsson, ġurnalista
Hans Åhl, ambaxxatur tal-Erasmus, Mid Sweden University
Karl-Fredrik ahlmark, ambaxxatur tal-Erasmus, l-Università ta’ Gothenburg
Ir-Renju Unit
Rhodri Morgan, kien l-Ewwel Ministru ta’ Wales
David Hare, drammaturgu
Larry Lamb, attur
Sian Lloyd, preżentatur tat-temp fuq it-TV
Dr Claire Belcher, rebbieħa tal-Premju Marie Curie tal-2012, l-Università ta' Exeter
Cornelia Parker OBE, skultur u artista tal-istallazzjonijiet
John Stezaker, artist
Gwyneth Lewis, poeta u awtur
Mererid Hopwood, poeta u awtur
Richard Wentworth CBE, artist