Navigation path

Left navigation

Additional tools

Smash hits: Ir-rebbieħa tal-10 edizzjoni tal-Għotja tal-Premijiet tal-European Border Breakers ġew żvelati

European Commission - IP/12/1118   19/10/2012

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell/Groningen, 19 ta' Ottubru 2012

Smash hits: Ir-rebbieħa tal-10 edizzjoni tal-Għotja tal-Premijiet tal-European Border Breakers ġew żvelati

Ir-rebbieħa tal-għotja tal-Premijiiet tal-European Border Breakers tal-2013, li jirrikonoxxu t-talenti ġodda tal-quċċata tal-mużika pop Ewropea, ġew imħabbra llum minn Androulla Vassiliou, Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ, u mill-festival tal-mużika Ewropew Eurosonic Noorderslag.

Ir-rebbieħa tal-premijiet tal-2013, li kisbu suċċess lil hinn minn pajjiżhom bl-ewwel diska li ħarġu internazzjonalment, huma:

"Il-Mużika hija lingwa universali li taffettwa biljuni ta' nies, ikunu ta' liema nazzjonalità jew ambjent li jkunu. Ir-rebbieħa tagħna kollha għandhom talent kbir u ħafna enerġija, kif ukoll dak il-"fattur-X" li jattira lill-ammiraturi minn pajjiżi mxerrda mad-dinja. Nispera li l-għotja tal-premijjiet tispira l-ambizzjoni f'artisti oħra li jidħlu fi swieq ġodda," qalet Androulla Vassiliou, Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, il-Kultura, il-Multilingwaliżmu u ż-Żgħażagħ.

Biex ikunu eleġibbli għall-għotja tal-premijiet, l-artisti kellhom jiksbu suċċess madwar l-Ewropa bl-ewwel diska li joħorġu internazjonalment fl-Ewropa bejn l-1 ta' Awissu 2011 u l-31 ta' Lulju 2012. Ir-rebbieħa jintgħażlu mill-analista tas-suq tal-mużika Nielsen Music Control fuq il-bażi ta' bejgħ tad-diski u l-frekwenza ta' xandir u skont il-voti tal-istazzjonijiet tar-radju tal-Unjoni Ewropea tax-Xandir (EBU) u tal-festivals li jipparteċipaw fil-Programm Ewropew għall-Iskambju tat-Talent (ETEP)

L-isfond

Ir-rebbieħa ser jirċievu l-premijiet tagħhom f'ċerimonja li ser tidher fuq it-televiżjoni mmexxija mill-personalità tat-televiżjoni u l-mużiċista Jools Holland fil-festival Eurosonic Noorderslag fi Groningen, il-Pajjiżi l-Baxxi, fid-9 ta' Jannar 2013. Iċ-ċeremonja – li tinkludi preżentazzjonijiet mir-rebbieħa – ser tkun imxandra mit-Televiżjoni Nazzjonali Olandiża (NTR) u ser tixxandar ukoll madwar l-Ewropa kollha permezz ta' stazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju.

Wieħed mir-rebbieħa ser jirċievi wkoll il-"Premju tal-Għażla tal-Pubbliku". Mill-1 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru l-pubbliku jista' jivvota għall-artist favorit tiegħu fuq www.ebba-awards.eu. Bil-votazzjoni tagħhom, in-nies ikollhom ċans li jirbħu vjaġġ biex jieħdu sehem fiċ-ċerimonja tal-għotja tal-premijiet.

Ir-rebbieħa preċedenti tal-premijiet tal-"EBBA" jinkludu lil: Adele, The Baseballs, The Dø, KT Tunstall, Tokio Hotel, The Ting Tings, Lykke Li, The Scripts, Milow, Katie Melua, Mumford and Sons, Selah Sue, Swedish House Mafia u Caro Emerald.

L-għotja tal-premijiet, li qiegħda fl-għaxar sena tagħha, hija ffinanzjata mill-Programm tal-Kultura tal-UE u organizzata mill-Eurosonic Noorderslag, bi sħab mal-Unjoni Ewropea tax-Xandir (EBU) L-għotja tal-premijiet hija appoġġjata minn Buma Cultuur, l-SNN, l-Ministeru Olandiż tal-Edukazzjoni, tal-Kultura u tax-Xjenza, il-Provinċja ta' Groningen, il-Belt ta' Groningen u l-Uffiċju Ewropew tal-Mużika .

Il-Eurosonic Noorderslag hija l-akbar konferenza tal-mużika u festival tal-wirja fl-Ewropa, u l-għan tagħha huwa li jinkoraġixxi it-tifrix tal-mużika Ewropea. Il-Eurosonic Noorderslag jorganizza wkoll Programm Ewropew għall-Iskambju tat-Talent (ETEP), li jappoġġja l-preżentazzjonijiet minn artisti Ewropej ta' talent fil-festivals Ewropej tas-Sajf. Dan jipprovdi wkoll taħriġ lil nies li qed jaħdmu fil-kummerċ Ewropew tal-mużika u jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-industrija Ewropea tal-mużika.

L-industrija Ewropea tal-mużika tagħti kontribut sinifikattiv fit-tkabbir u fl-impjiegi, bħala parti mis-setturi kulturali u kreattivi tagħna li jipprovdu l-impjiegi għal aktar minn 8.5 miljun persuna fl-UE u sa 4.5% tal-PGD tal-Ewropa. Il-valur totali tas-suq tal-mużika rreġistrata tal-UE huwa madwar EUR 6 biljun fis-sena. Is-suq Ewropew tal-mużika rreġistrata jammonta għal madwar kwint tas-suq tal-mużika kollu li jiswa viċin it-EUR 30 biljun.

Għal aktar tagħrif

Il-websajt tal-premju: www.ebba-awards.eu

Il-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/culture

Is-sit elettroniku ta' Androulla Vassiliou

Segwi lil Androulla Vassiliou fuq Twitter @VassiliouEU

Kuntatti :

Dennis Abbott (+32 2 295 92 58); Twitter: @DennisAbbott

Dina Avraam (+32 2 295 96 67)

Għall-Eurosonic Noorderslag:

Marije Jansen (+31 6 55 80 27 82)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website