Navigation path
Left navigation
Additional tools
![]() Il-Kummissjoni Ewropea Stqarrija għall-istampa Brussell, il-15 ta' Ottubru 2012 L-SMEs fl-Ewropa f’salib it-toroq: Spinta politika ulterjuri meħtieġa biex ngħinuhom jirkupraw L-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs) tal-Ewropa qed ikomplu jirsistu biex jirkupraw. Jekk nieħdu l-UE kollha kemm hi, sa issa l-isforzi ġenerali tagħhom prinċipalment wasslu għal żieda fil-"qgħad", kif jidher mit-tendenzi diverġenti fl-Istati Membri tal-UE-27. Illum fi Brussell, l-ewwel jum tal-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs tal-2012, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ir-riżultati tar-rapport tar-Reviżjoni tal-Prestazzjoni tal-SMEs għall-2012, flimkien mal-iskedi tal-fatti li jiddeskrivu l-progress tal-SMEs lill-Istati Membri kollha tal-UE. Minkejja l-ambjent diffiċli, l-SMEs żammew il-pożizzjoni tagħhom bħala s-sinsla tal-ekonomija Ewropea biex b'hekk jammontaw għal iktar mill-98 % tal-impriżi kollha li jirrapreżentaw 20.7 miljun ditta u aktar minn 87 miljun ruħ impjegati. In-nefqa ewlenija 92.2 % tal-SMEs hija rappreżentata minn mikrointrapriżi b'inqas minn għaxar impjegati. Huwa stmat li l-SMEs jgħoddu għal 67 % tal-impjiegi kollha u 58 % tal-valur miżjud gross (GVA)1 Ix-xejriet fl-Istati Membri huma dejjem aktar diverġenti u għad irid ikun hemm sinjal pożittiv fuq il-front tal-impjiegi. F'din is-sitwazzjoni fraġli, azzjoni politika deċiżiva li jindirizzaw il-fatturi li jiddeterminaw it-tkabbir tal-SMEs tista’ taqleb il-bilanċ. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Antonio Tajani, il-Kummissarju għall-Industrija u l-Intraprenditorija, qal: "L-SMEs għandhom il-potenzjal li jirriġeneraw it-tkabbir fl-Ewropa. Huma fil-qalba tal-isforzi tagħna — kif ġie enfasizzat fil-proposta tal-industrijalizzazzjoni mill-ġdid tal-Ewropa li jiena ħriġt ftit tal-jiem ilu. L-aktar pjan ta' azzjoni ambizzjuż li jagħti spinta lill-intraprenditorija li l-Ewropa qatt rat se jitħabbar f’Novembru. Aħna noffru appoġġ u pariri f'livell li s’issa mhux magħruf. Nippruvaw indaħħlu mill-ġdid il-fiduċja biex l-SMEs ikunu jistgħu jagħmlu progress għal darb'oħra u joħorġuna mill-kriżi attwali." Ħoloq: Memo 12/783 "SME Fact sheets on 27 Member States" The 2012 SBA performance review More information on SME week 2012 Il-prestazzjoni tal-SMEs tvarja bejn l-Istati Membri b'mod konsiderevoli L-SMEs fl-Awstrija u l-Ġermanja2 marru tajjeb ħafna. Is-setturi tal-SMEs tagħhom huma l-uniċi li qabżu l-livelli tagħhom ta' qabel il-kriżi tal-2008, kemm tal-valur gross miżjud (GVA) u kif ukoll tal-impjiegi. Madankollu, fil-maġġoranza tal-Istati Membri, l-SMEs s’issa ma rnexxielhomx jerġgħu jiksbu lura l-livelli ta' qabel il-kriżi. Fuq nota aktar pożittiva, hemm evidenza li turi li għadd li qed jiżdied ta' Stati Membri dan l-aħħar irnexxielhom jaqilbu l-folja, bl-SMEs tagħhom jerġgħu jibdew iżidu l-impjiegi u jkabbru n-negozju tagħhom — li tindika bidla aktar sostnuta fil-futur. S'issa, fi ftit pajjiżi biss l-SMEs irkupraw għal kollox. Ir-rapport jikkonkludi li:
Barra minn hekk, għadd ta' fatturi ċikliċi u strutturali kellhom impatt fuq il-prestazzjoni tal-SMEs.
L-għadd ta' SMEs, l-impjiegi fl-SMEs u l-valur miżjud tal-SMEs (2005 = 100) ![]() Nota: Iċ-ċifri tal-2011 u tal-2012 huma stimi. Ditti fl-hekk imsejħa "manifattura tat-teknoloġija avvanzata" u fis-"servizzi tal-għarfien intensiv”, taw prestazzjoni partikolarment qawwija f’termini ta’ produttività u impjiegi. Hemm madwar 46 000 SMEs fil-manifattura b'teknoloġija għolja (HTM) fl-UE, u aktar minn 4.3 miljun SMEs li joffru servizzi intensivi fl-għarfien (KIS). Dawn jinkludu SMEs li jipproduċu prodotti farmaċewtiċi, l-elettronika jew servizzi legali u ta’ kontabilità, kif ukoll l-industriji xjentifiċi tar-riċerka u l-iżvilupp u dawk kreattivi. Flimkien jirrappreżentaw aktar minn wieħed minn ħamsa (21.1 %) tal-SMEs kollha fl-UE. Ir-rapport isostni li l-ħolqien ta' aktar intrapriżi bħal dawn għandu jkun parti integrali minn kwalunkwe strateġija ta’ tkabbir u jissuġġerixxi miżuri politiċi xierqa. L-Istati Membri tal-UE qed jirreaġixxu għall-problemi tal-SMEs L-għadd ta' miżuri nazzjonali ta' politika ta' appoġġ għall-SMEs kiber b’mod kostanti u dinamiku matul dawn l-aħħar snin, bir-riżultat li fl-2011 ttieħdu 38 % aktar miżuri milli fl-2010. Ingħatat attenzjoni mill-qrib lil kwistjonijiet bħal:
Madankollu, l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' appoġġ tal-SMEs għadha żbilanċjata minħabba li hemm xi miżuri li għadhom qed jiġu injorati minn għadd sostanzjali ta’ pajjiżi, bħall-faċilitazzjoni ta' opportunità ġdida għall-intraprendituri li jkunu fallew darba, jew il-kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tan-negozji żgħar meta tkun qed titfassal il-leġiżlazzjoni. ![]() Il-passi li jmiss Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, qed taħdem fuq għadd ta' inizjattivi li għaddejjin bħalissa u oħrajn futuri biex tgħin lill-SMEs. Il-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs se tibda llum b’serje ta' avvenimenti li jiċċelebraw l-SMEs fl-Ewropa kollha. Il-pjan ta' azzjoni għall-Intraprenditorija — għadd ta' azzjonijiet konkreti mmirati sabiex jippromovu l-intraprenditorija fl-UE — se jkunu mnedija wkoll aktar tard din is-sena. Il-pjan se jikkomplementa u jibni fuq is-"Small Business Act" għall-Ewropa, li jitmexxa minn netwerk ta’ SMEs nazzjonali. Il-laqgħa li jmiss tar-rappreżentanti tal-SMEs, li matulha se jiddiskutu l-progress f'oqsma speċifiċi ta' politika tal-SMEs, se sseħħ matul l-assemblea tal-SMEs fil-15 u s-16 ta' Novembru f'Ċipru.
Il-valur gross miżjud (GVA) jinkludi deprezzament, il-valur attribwit lix-xogħol, il-kapital u r-riskju intraprenditorjali. Il-GVA huwa dak li jifdal meta l-ispejjeż intermedji jitnaqqsu mill-bejgħ jew l-fatturat. L-istess jista’ jingħad għal Malta, abbażi tal-prestazzjoni makroekonomika globali, iżda d-dejta dwar il-prestazzjoni tal-SMEs f'Malta hija limitata ħafna u għalhekk l-istimi ppreżentati fir-rapport għandhom ikunu ttrattati b'kawtela. |
Side Bar