Navigation path

Left navigation

Additional tools

Other available languages: EN FR DE ES IT SV PT EL CS HU BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-15 ta' Ottubru 2012

20 żagħżugħ u żagħżugħa li lkoll għandhom 20 sena ppremjati f'kompetizzjoni kreattiva dwar l-20 sena tas-Suq Uniku Ewropew

20 żagħżugħ u żagħżugħa, li lkoll għandhom 20 sena, illum se jirċievu l-premju li rebħu fil-kompetizzjoni kreattiva "Ġenerazzjoni 1992", li għaliha żgħażagħ minn fost l-Ewropa kollha u li twieldu fl-1992 (is-sena tat-tnedija tas-Suq Uniku Ewropew) intalbu jagħmlu preżentazzjoni dwar dak li dan is-suq kbir u miftuħ ifisser għalihom.

Mill-11 ta' April sad-9 ta' Settembru, iż-żgħażagħ li twieldu fl-1992 kellhom l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-funzjonament tas-suq uniku permezz ta' ritratti, vidjows, artikli, illustrazzjonijiet jew ukoll applikazzjonijiet għall-ismartphones f'erba' kategoriji tematiċi. Finalment, f'din il-kompetizzjoni ħadu sehem 380 żagħżugħ u żagħżugħa mis-27 pajjiż tal-UE.

L-20 proġett rebbieħ (4 rebbieħa minn kull waħda mill-ħames kategoriji) se jiġu ppreżentati fl-okkażjoni tal-avveniment tal-ftuħ tal-Ġimgħa tas-Suq Uniku, li se jsir illum fi Brussell, fil-Parlament Ewropew. Se jkunu l-Kummissarju Michel Barnier u Toine Manders, membru tal-Parlament Ewropew, stess li se jippreżentaw il-premijiet fiċ-ċerimonja tal-għoti ta' premijiet. Dawn jinkludu, għall-20 rebbieħ, apprentistat fl-istituzzjonijiet Ewropej.

L-erba' kategoriji tal-kompetizzjoni kienu:

  • L-edukazzjoni u ċ-ċittadinanza (kategorija li tirrappreżenta 43 % tal-proġetti mressqa)

  • L-impjiegi u l-intraprenditorija (17 %)

  • Il-kultura u r-rikreazzjoni (27 %)

  • Il-konsum u l-ambjent (13 %).

Il-ħames mezzi użati kienu:

  • Vidjows

  • Applikazzjonijiet għall-ismartphones għall-Android, Apple, eċċ.

  • Artikli

  • Ritratti

  • Illustrazzjonijiet/Komiks

Sfond

Is-Suq Uniku Ewropew jiċċelebra l-għoxrin anniversarju tiegħu: dan biddel il-mod kif jgħixu, jaħdmu, jivvjaġġaw u jistudjaw l-Ewropej kif ukoll il-mod li bih iwettqu skambji kummerċjali. Offra opportunitajiet ġodda lill-impriżi sabiex dawn jiżviluppaw u jirnexxu fis-suq mondjali.

Il-Ġimgħa tas-Suq Uniku, li se tiċċelebra l-għoxrin anniversarju tiegħu, se ssir bejn il-15 u l-20 ta' Ottubru 2012, b'avvenimenti organizzati fi bliet differenti fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-avvenimenti se jgħaqqdu impriżi u ċittadini Ewropej kif ukoll membri tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kunsill Ewropew u tal-Istati Membri, sabiex flimkien jiċċelebraw il-passat, il-preżent u l-futur tas-Suq Uniku u jirriflettu fuqhom. L-avveniment ta’ inawgurazzjoni, li se jsir illum fil-Belġju, se jkun ikkaratterizzat mill-preżenza u d-diskorsi ta' Jacques Delors, li kien il-President tal-Kummissjoni Ewropea meta tnieda s-Suq Uniku fl-1992, il-President attwali José Manuel Durão Barroso, il-kap tal-gvern Taljan Mario Monti, u l-Kummissarju Ewropew għas-suq intern u s-servizzi Michel Barnier.

Għal aktar tagħrif

Dwar il-kompetizzjoni:

http://generation1992.eu

Dwar ir-rebbieħa:

http://generation1992.eu/sites/default/files/G92_Winners.pdf

Webstreaming live tal-avveniment ta' inawgurazzjoni:

http://webcast.ec.europa.eu/eutv/portal/_v_fl_300_en/player/index_player.html?id=17165

Websajt tal-Ġimgħa tas-Suq Uniku:

http://www.singlemarket20.eu/

Kuntatti :

Stefaan De Rynck (+32 2 296 34 21)

Carmel Dunne (+32 2 299 88 94)

Audrey Augier (+32 2 297 16 07)


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website