Chemin de navigation
Left navigation
Additional tools
![]() Il-Kummissjoni Ewropea Stqarrija għall-istampa Brussell, it-12 ta' Ottubru 2012 L-Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ appoġġa iktar minn 2,600 imprenditur Hekk kif ninsabu ftit jiem 'il bogħod mill-Ġimgħa tal-SMEs li se ssir bejn il-15 u l-21 ta’ Ottubru, il-Programm Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ laħaq pass importanti: il-Programm appoġġa aktar minn 2,600 imprenditur hekk kif sa issa ġew organizzati aktar minn 1,300 skambju bejn imprendituri ġodda u oħrajn stabbiliti. Waqt ċerimonja fi Brussell ilbieraħ filgħaxija, l-imprendituri u l-punti ta' kuntatt lokali (l-organizzazzjonijiet intermedjarji) ġew ippremjati għall-kontribuzzjonijiet attivi u ta’ suċċess tagħhom fil-Programm. Il-parteċipanti fil-kompetizzjoni juru li l-Programm qabad sew – partikolarment matul l-aħħar sena – u li minn dan il-Programm igawdu l-imprendituri ġodda, dawk ospitanti u kif ukoll l-ekonomija tal-UE. Ġew użati ħames kategoriji differenti ta’ premijiet biex jiġu evalwati l-Vidjo tal-Aqwa Storja ta' Suċċess, l-Aqwa Kooperazzjoni Wara r-Relazzjoni, l-Aqwa Kunċett tan-Negozju minn Imprendituri Ġodda, l-Aqwa Imprenditur Ospitanti kif ukoll l-Organizzazzjoni Intermedjarja bl-Aqwa Prestazzjoni. Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Antonio Tajani, li hu responsabbli għall-politiki dwar l-industrija u l-intrapriża, saħaq: “Jeħtieġ li tittejjeb l-internalizzazzjoni tal-SMEs tal-UE, għaliex dawk l-SMEs li jesportaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom fl-UE kif ukoll lil hinn huma relattivament ftit. L-iskema Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ igawdu minnha kemm l-imprendituri l-ġodda kif ukoll dawk ospitanti għaliex dawn itejbu l-aċċess tagħhom stess għas-suq u jidentifikaw imsieħba potenzjali f’pajjiżi oħra tal-UE.” Ara l-intervista ma' parteċipanti Erasmus Għal aktar tagħrif dwar il-Programm Erasmus għall-Imprendituri Aktar tagħrif dwar il-Premijiet Għal studji ta' każijiet ta' skambji Ir-Rebbieħa tal-Premijiet Erasmus għall-Intraprenditorija tal-2012 Għall-Vidjo tal-Aqwa Storja ta' Suċċess
Għall-Aqwa Kooperazzjoni Wara r-Relazzjoni
Għall-Aqwa Kunċett tan-Negozju
Għall-Aħjar Imprenditur Ospitanti
Għall-Organizzazzjoni Intermedjarja bl-Aqwa Prestazzjoni
Dwar il-programm Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ Mill-2009 imprenditur li jkun beħsiebu jiftaħ kumpanija jew li jkun għadu kif beda jista’ jikseb taħriġ dirett minn imprenditur ta’ esperjenza minn pajjiż ieħor, billi jaħdem miegħu għal tul ta' bejn xahar u sitt xhur. L-iskema “Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ” tiffaċilita n-netwerking bejn l-imprendituri billi tibni fuq l-għarfien u l-esperjenza transkonfinali fi ħdan l-UE. L-istatistika turi li 93% tal-imprendituri ġodda u 86% tal-imprendituri ospitanti li pparteċipaw fil-programm jirrappurtaw li l-iskambju kkontribwixxa għall-iżvilupp tan-negozju tagħhom. Erbgħa u tmenin fil-mija tal-imprendituri ospitanti stqarru li huma lesti jilqgħu imprenditur ġdid ieħor. Ħafna mill-iskambji jirriżultaw f’kooperazzjoni fit-tul bejn iż-żewġ imprendituri u jwasslu għall-internazzjonalizzazzjoni tan-negozji tagħhom. Barra minn hekk, il-programm mhux talli jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ negozji ġodda, iżda jagħmilhom aktar sodi u sostenibbli. Il-Programm tnieda mill-Kummissjoni Ewropea bħala proġett pilota. Billi dan ġab riżultati pożittivi, il-Kummissjoni kienet inkludietu fil-Programm ta' Kompetittività u Innovazzjoni (CIP) u huwa mistenni li jitkompla taħt il-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME). Il-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs 2012 – Biex aktar imprendituri nisa joħolqu tkabbir u impjiegi Il-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs 2012 hija maħsuba biex tippromwovi u tappoġġa l-imprendituri nisa. Il-ġimgħa għandha l-għan li:
Is-Samit tal-Ġimgħa Ewropea tal-SMEs tal-2012 se jkun organizzat fi Brussell fis-17 ta’ Ottubru. It-tema tal-konferenza se tkun "L-Intraprenditorija tan-Nisa". Aktar tagħrif dwar il-ġimgħa tal-SMEs
|
Side Bar