Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-Ewropa tapprova allokazzjonijiet ta’ EUR 500 miljun tal-programm tal-Ikel għall-2013 għal dawk l-Aktar fil-Bżonn

European Commission - IP/12/1093   11/10/2012

Other available languages: EN FR DE ES NL IT PT FI EL ET HU LT LV PL SL BG RO

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, il-11 ta' Ottubru 2012

L-Ewropa tapprova allokazzjonijiet ta’ EUR 500 miljun tal-programm tal-Ikel għall-2013 għal dawk l-Aktar fil-Bżonn

L-allokazzjoni tal-fondi tal-UE għall-programm tal-Ikel għall-2013 għal dawk l-Aktar fil-Bżonn ġiet ivvutata permezz tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq Uniku llum. Huwa mistenni li aktar minn 18-il miljun persuna f'19-il Stat Membru tal-UE se jibbenefikaw mill-baġit disponibbli ta’ EUR 500 miljun għal dawk l-aktar fil-bżonn. Din se tkun l-aħħar sena li l-iskema se tkun amministrata b'dan il-mod, jiġifieri iffinanzjata mill-PAK. Proposti ġodda għal skema aktar mifruxa u flessibbli, marbuta aktar mill-qrib ma’ politika ta’ koeżjoni soċjali huma mistennija li jiġu ppreżentati aktar tard dan ix-xahar, taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissarju għall-Affarijiet Soċjali tal-UE, Laszlo Andor.

"Nistgħu nkunu kburin b‘dak li din l-iskema kisbet matul is-snin, iżda issa wasal iż-żmien biex naħsbu dwar kif l-aħjar inkomplu nindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ dawk l-aktar fil-bżonn fil-ġejjieni", iddikjara llum il-Kummissarju tal-UE għall-Agrikoltura Dacian Cioloș.

"Aħna nemmnu li din hija politika importanti għall-UE, speċjalment f’dan iż-żmien ta' diffikultà ekonomika, u xi 18-il miljun persuna huma mistennija li jibbenefikaw mill-iskema s-sena d-dieħla. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni pproponiet li tirriżerva baġit ta’ EUR 2.5 biljun għal suċċessur ta’ din l-iskema sabiex tgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn fil-proposta tagħha tal-baġit 2014-2020. Peress li huwa aktar adattat għall-miri tat-tnaqqis tal-faqar tal-UE, dan il-finanzjament huwa previst fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni soċjali (intestatura 1) aktar milli dak tal-PAK. Il-Kummissjaru Andor dalwaqt se jressaq proposti għall-iskema l-ġdida wara l-2013.”

Sfond

“Il-Programm ta’ Tqassim tal-Ikel lill-Persuni l-Aktar fil-Bżonn tal-Komunità” tal-UE ilu jeżisti sa minn Diċembru 1987, meta l-Kunsill kien adotta r-regoli biex jiġu rilaxxati l-ħażniet tal-intervent pubbliku tal-prodotti agrikoli lill-Istati Membri li jkunu jixtiequ jużawhom bħala għajnuna alimentari lill-persuni l-aktar fil-bżonn tal-UE. Matul is-snin, l-iskema saret sors importanti ta’ fornimenti għal organizzazzjonijiet li jaħdmu f’kuntatt dirett man-nies l-aktar sfortunati fis-soċjetà tagħna. Huwa stmat li aktar minn 18-il miljun persuna jibbenefikaw kull sena minn għajnuna tal-ikel distribwita permezz tal-iskema.

Riformi suċċessivi wasslu għal Politika Agrikola Komuni ferm aktar orjentata lejn is-suq b’livelli ħafna aktar baxxi ta’ ħażniet tal-intervent. Bħala riżultat l-iskema fl-aħħar ġiet riveduta (wara battalja twila fil-Kunsill) fl-2012, inkluża l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ konsiderazzjonijiet nutrittivi sabiex ikun aktar faċli li l-prodotti jiġu aċċessati mis-suq miftuħ – sal-punt li frott u ħxejjex tal-bott, ċanga tal-bott u tuna tal-bott issa jistgħu jiddaħħlu wkoll. Fil-fatt, skont il-Programm tal-2013, ma hemm prattikament l-ebda stokk li se jittieħed mill-ħażniet tal-intervent pubbliku.

Fir-rigward tal-futur tal-iskema, fil-proposta tagħha għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni pproponiet li tipprovdi baġit ta’ EUR 2.5 biljun għall-perjodu ta' seba’ snin u li tkompli tiffinanzja l-għajnuna tal-UE għal dawk l-aktar fil-bżonn taħt l-Intestatura I tal-baġit tal-UE, li hija aktar adattata mal-miri ta' tnaqqis tal-faqar tal-Istrateġija Ewropa 2020. Il-Kummissjoni qiegħda attwalment tfassal proposti konkreti għal iffurmar tal-programm futur fi ħdan il-qafas tal-politika ta’ koeżjoni soċjali, li għandhom jiġu ppubblikati fit-23 ta’ Ottubru.

Għal aktar tagħrif:

Kuntatti:

Fanny Dabertrand (+32 2 299 06 25)

Roger Waite (+32 2 296 14 04)

ANNESS:

PJAN ANNWALI TA' TQASSIM GĦALL-2013

Total ta’ riżorsi finanzjarji mqassma skont l-Istat Membru (f’EUR)

Stat Membru

Ammont

Il-Belġju

12 020 447

Il-Bulgarija

19 093 054

Ir-Repubblika Ċeka

183 869

L-Estonja

2 421 256

L-Irlanda

2 597 813

Il-Greċja

22 017 677

Spanja

85 618 342

Franza

71 367 188

L-Italja

98 269 857

Il-Latvja

5 208 791

Il-Litwanja

7 866 396

Il-Lussemburgu

171 704

L-Ungerija

13 951 019

Malta

548 475

Il-Polonja

76 924 105

Il-Portugall

19 517 541

Ir-Rumanija

55 880 716

Is-Slovenja

2 588 445

Il-Finlandja

3 753 305

Total

500 000 000


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website