Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, l-10 ta' Ottubru 2012

Minkejja li l-UE qiegħda fl-ewwel post fejn jidħol l-użu effiċjenti tal-enerġija u l-investiment barrani, hemm żbilanċ fil-prestazzjoni Industrijali fost l-Istati Membri

Il-Kummissjoni Ewropea llum ħarġet grupp sostanzjali ta' proposti biex jagħtu spinta lill-industrija. Dan huwa magħmul mit-tliet dokumenti li ġejjin: Komunikazzjoni dwar l-Industrija li qed tappella għall-investiment iffokat fuq medda qasira ta' żmien fis-setturi industrijali ewlenin li fihom prospetti tajbin ta' tkabbir; it-tabella ta' valutazzjoni tal-2012 dwar il-prestazzjoni tal-kompetittività industrijali tal-Istati Membri; u r-Rapport tal-2012 dwar il-Kompetittività Ewropea, li jidentifika l-opportunitajiet li jwasslu lill-industriji Ewropej biex isiru aktar kompetittivi.

Skont it-tabella ta' valutazzjoni, bosta Stati Membri għamlu progress tajjeb fit-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-industrija, fl-appoġġ imtejjeb għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. It-tabella ta' valutazzjoni tenfasizza bidla kontinwa lejn ekonomija bbażata aktar fuq l-għarfien, b'aktar produttività tax-xogħol u b’aktar ħaddiema b'ħiliet żviluppati. Il-maġġoranza tal-pajjiżi wettqu r-riformi biex itejbu l-prospetti kummerċjali u biex isaħħu l-kompetittività tagħhom.

Iżda f'dawn l-aħħar snin, il-konverġenza bejn dawk il-pajjiżi li huma iżjed innovattivi u dawk li mhumiex, donnha naqset. Id-distakk fl-innovazzjoni fost l-Istati Membri huwa fil-periklu li jkompli jikber minħabba r-reazzjonijiet diversi ta' dawn l-Istati għall-kriżi ekonomika. Għad fadal sfidi importanti għall-promozzjoni tar-riċerka privata u ż-żieda fil-kompetizzjoni fl-industriji li jużaw netwerk (l-enerġija, it-telekomunikazzjoni, u t-trasport). L-aċċess għall-finanzi sar iżjed diffiċli fil-maġġoranza tal-Istati Membri, partikolarment għall-SMEs.

Ir-Rapport annwali dwar il-Kompetittività Ewropea huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-analiżi li fuqha hija msejsa l-promozzjoni tal-UE tal-kompetittività. Fost is-sejbiet ewlenin hemm it-tnaqqis kbir fid-domanda domestika li ma jistax jitpatta kompletament bid-domanda minn pajjiżi terzi; u l-fatt li l-UE qiegħda fl-ewwel post fejn jidħlu l-użu effiċjenti tal-enerġija u l-kapaċità li tattira l-investiment dirett barrani.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Antonio Tajani, il-Kummissarju għall-Industrija u l-Intraprenditorija, qal: "Ir-Rapporti tal-lum dwar il-Kompetittività fl-2012 jenfasizzaw il-punti pożittivi u n-nuqqasijiet tal-industrija Ewropea. Inħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu l-proċess tar-riformi biex itejbu dejjem iktar il-kompetittività industrijali tagħhom u jxejnu l-iżbilanċi bejn reġjun u ieħor."

Għal aktar informazzjoni

IP/12/1085 u MEMO/12/759 Ir-revoluzzjoni industrijali ġġib l-industrija lura lejn l-Ewropa

MEMO/12/760 Overview of competitiveness in 27 Member States

MEMO/12/761 European Competitiveness Report 2012

Kuntatti :

Carlo Corazza (+32 2 295 17 52)

Sara Tironi (+32 2 299 04 03)


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site