
Il-Kummissjoni Ewropea
Stqarrija għall-istampa
Brussell, id-9 ta' Ottubru 2012
Żieda żgħira fl-opportunitajiet tas-sajd fil-baħar fond għall-2013-2014
Il-Kummissjoni Ewropea llum ipproponiet opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut tal-baħar fond fl-UE u fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal għall-2013-2014. Il-Kummissjoni qed tipproponi, skont il-parir xjentifiku, żieda fil-qabdiet totali permissibbli (TACs) għal tliet stokkijiet, tnaqqis għal 13-il stokk, u għal tmien stokkijiet qed tipproponi li żżomm il-livell tat-TACs għal dak attwali (inkluż l-ebda TAC għal sitt stokkijiet), meta mqabbla mal-2012.
Għall-2013, il-Kummissjoni qed tipproponi li żżid b’77 % t-TAC għar-roundnose grenadiers fil-Punent tal-Gżejjer Brittaniċi (sa 4 500 tunnellata). Is-sajd f’dawn il-livelli għandu jippermetti lil dan l-istokk jilħaq livelli sostenibbli sal-2015 (dak li jissejjaħ ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY)). Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li t-TACS għal żewġ stokkijiet taċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Punent (fil-Punent tal-Iskozja/Irlanda) jiżdiedu b’20 % u 5 %. Għal dawn l-istokkijiet ukoll il-parir xjentifiku jindika kif għandu jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli fl-2015. Qed jiġi propost li t-TACs għall-istokkijiet taċ-ċinturin iswed u tar-roundnose grenadier li jibqa’ jitnaqqsu jew jitħallew kif inhuma. Billi l-Kummissjoni qed tapplika l-approċċ prekawzjonarju hija qed tipproponi tnaqqis ta’ 20 % fit-TACs tal-bażuga kaħlija u tal-linarda, peress li l-istat ta’ konservazzjoni ta’ dawn l-istokkijiet ma ġiex ivvalutat b’mod sħiħ.
Il-Kummissarju Ewropew Maria Damanaki, li hija responsabbli għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qalet: “biex nippreservaw is-sajd tal-baħar fond, irridu nsegwu l-parir xjentifiku, u ma nisfruttawx iżżejjed dawn l-ispeċijiet vulnerabbli. Però, tlieta mill-istokkijiet jidhru li qed jaqbdu t-triq tal-irkupru u resqin lejn il-livelli tar-rendiment massimu sostenibbli. Għandna għan ta’ ġestjoni ċar: użu sostenibbli fuq terminu twil ta’ dawn l-istokkijiet.”
Id-dejta disponibbli dwar l-istokkijiet tal-baħar fond, għajr żewġ eċċezzjonijiet biss, mhijiex suffiċjenti biex tippermetti lix-xjenzati jivvalutaw b’mod sħiħ l-istat tal-istokk, la f’termini ta’ għadd ta’ ħut u lanqas f’termini ta’ mortalità tal-ħut. Minkejja dan, il-parir xjentifiku tjieb, notevolment dwar l-istokkijet li joffru l-akbar opportunitajiet ta’ sajd.
Sfond
Is-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond ilu rregolat mill-Unjoni Ewropea mill-2003 f’termini ta’ qabdiet totali permissibbli (TACs) għal kull speċi u żona, u f’termini ta’ sforz massimu tas-sajd li jsir fl-Atlantiku tal-Grigal.
Il-ħut tal-baħar fond jinqabad f’ilmijiet lil hinn miż-żoni ewlenin tas-sajd ta’ blajjet kontinentali. Dan il-ħut jgħix fix-xaqlibiet kontinentali jew madwar muntanji ta’ taħt il-baħar. Il-maġġoranza ta' dawn l-ispeċijiet jikbru bil-mod u jgħixu fit-tul, u konsegwentement huma partikolarment vulnerabbli għas-sajd.
Is-sajd tal-baħar fond jammonta għal madwar 1 % tal-ħut li jinħatt l-art mill-Atlantiku tal-Grigal, iżda wħud mill-komunitajiet tas-sajd lokali jiddependu sa ċertu punt mis-sajd tal-baħar fond. Il-qabdiet – u l-impjiegi relatati – ilhom jonqsu għal ħafna snin, minħabba l-istokkijiet imnaqqsa.
Il-proposti tal-Kummissjoni huma bbażati fuq parir xjentifiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES).
Dan l-aħħar il-Kummissjoni pproponiet sistema ġdida ta’ ġestjoni għas-sajd fil-baħar fond sabiex tiżgura protezzjoni aħjar tal-istokkijiet tal-baħar fond u l-ħabitats tagħhom (ara IP/12/813)
Aktar taghrif
It-Tabella fl-anness: ħarsa ġenerali lejn il-proposta tal-Kummissjoni għall-2013 u l-2014
Mappa taż-żoni tas-sajd: http://ec.europa.eu/fisheries/documentation/publications/cfp_factsheets/fishing_areas_mt.pdf
Kuntatti : Oliver Drewes (+32 2 299 24 21) Lone Mikkelsen (+32 2 296 05 67) |
Ħarsa ġenerali lejn il-bidliet fit-TACs għall-2012-2014 (Ċifri f’tunnellati; bidliet f’% imqabbla mas-sena ta’ qabel)
Speċijiet | Żona | TAC fl-2012 | Proposta għat-TAC fl-2013 | Bidla fit-TAC: Proposta għall-2012-2013 (%) | Proposta għat-TAC fl-2014 | Bidla fit-TAC: Proposta għall-2013-2014 (%) |
Klieb il-baħar tal-fond | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX | 0 | pm1 | 0% | Pm1 | - |
Klieb il-baħar tal-fond | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X | 0 | pm1 | 0% | pm1 | - |
Klieb il-baħar tal-fond, Deania hystricosa u Deania profundorum | L-ilmijiet internazzjonali taż-żona XII | 0 | pm1 | 0% | pm1 | - |
Ċinturin iswed | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III u IV | 9 | 9 | 0% | 9 | 0% |
Ċinturin iswed | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII | 2179 | 2.615 | 20% | 3138 | 20% |
Ċinturin iswed | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X | 3348 | 3.515 | 5% | 3691 | 5% |
Ċinturin iswed | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona 34.1.2. tas-CECAF | 3867 | 3.094 | -20% | 2475 | -20% |
Alfonsinos | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV | 328 | 305 | -7% | 280 | -8% |
Roundnose grenadier | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali ta’ I, II u IV | 13 | 13 | 0% | 13 | 0% |
Roundnose grenadier | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona III | 850 | 680 | -20% | 544 | -20% |
Roundnose grenadier | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII | 2546 | 4.500 | 77% | 4500 | 0% |
Roundnose grenadier | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV | 3979 | 3.350 | -16% | 2850 | -15% |
Orange roughy | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona VI | 0 | 0 | 0% | 0 | 0% |
Orange roughy | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona VII | 0 | 0 | 0% | 0 | 0% |
Orange roughy | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV | 0 | 0 | 0% | 0 | 0% |
Linarda | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni II u IV | 56 | 45 | -20% | 36 | -20% |
Linarda | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona III | 8 | 6 | -20% | 5 | -20% |
Bażuga kaħlija | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII | 215 | 172 | -20% | 138 | -20% |
Bażuga kaħlija | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona IX | 780 | 624 | -20% | 500 | -20% |
Bażuga kaħlija | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X | 1136 | 909 | -20% | 727 | -20% |
Lipp abjad | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III u IV | 31 | 25 | -20% | 20 | -20% |
Lipp abjad | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII | 2028 | 1.622 | -20% | 1298 | -20% |
Lipp abjad | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX | 267 | 214 | -20% | 171 | -20% |
Lipp abjad | L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni X u XII | 54 | 43 | -20% | 35 | -20% |
Pm = it-TAC se tiġi proposta aktar tard, ladarba l-parir xjentifiku jkun disponibbli