Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea

Stqarrija għall-istampa

Brussell, id-9 ta' Ottubru 2012

Żieda żgħira fl-opportunitajiet tas-sajd fil-baħar fond għall-2013-2014

Il-Kummissjoni Ewropea llum ipproponiet opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-ħut tal-baħar fond fl-UE u fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal għall-2013-2014. Il-Kummissjoni qed tipproponi, skont il-parir xjentifiku, żieda fil-qabdiet totali permissibbli (TACs) għal tliet stokkijiet, tnaqqis għal 13-il stokk, u għal tmien stokkijiet qed tipproponi li żżomm il-livell tat-TACs għal dak attwali (inkluż l-ebda TAC għal sitt stokkijiet), meta mqabbla mal-2012.

Għall-2013, il-Kummissjoni qed tipproponi li żżid b’77 % t-TAC għar-roundnose grenadiers fil-Punent tal-Gżejjer Brittaniċi (sa 4 500 tunnellata). Is-sajd f’dawn il-livelli għandu jippermetti lil dan l-istokk jilħaq livelli sostenibbli sal-2015 (dak li jissejjaħ ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY)). Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li t-TACS għal żewġ stokkijiet taċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Punent (fil-Punent tal-Iskozja/Irlanda) jiżdiedu b’20 % u 5 %. Għal dawn l-istokkijiet ukoll il-parir xjentifiku jindika kif għandu jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli fl-2015. Qed jiġi propost li t-TACs għall-istokkijiet taċ-ċinturin iswed u tar-roundnose grenadier li jibqa’ jitnaqqsu jew jitħallew kif inhuma. Billi l-Kummissjoni qed tapplika l-approċċ prekawzjonarju hija qed tipproponi tnaqqis ta’ 20 % fit-TACs tal-bażuga kaħlija u tal-linarda, peress li l-istat ta’ konservazzjoni ta’ dawn l-istokkijiet ma ġiex ivvalutat b’mod sħiħ.

Il-Kummissarju Ewropew Maria Damanaki, li hija responsabbli għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, qalet: “biex nippreservaw is-sajd tal-baħar fond, irridu nsegwu l-parir xjentifiku, u ma nisfruttawx iżżejjed dawn l-ispeċijiet vulnerabbli. Però, tlieta mill-istokkijiet jidhru li qed jaqbdu t-triq tal-irkupru u resqin lejn il-livelli tar-rendiment massimu sostenibbli. Għandna għan ta’ ġestjoni ċar: użu sostenibbli fuq terminu twil ta’ dawn l-istokkijiet.”

Id-dejta disponibbli dwar l-istokkijiet tal-baħar fond, għajr żewġ eċċezzjonijiet biss, mhijiex suffiċjenti biex tippermetti lix-xjenzati jivvalutaw b’mod sħiħ l-istat tal-istokk, la f’termini ta’ għadd ta’ ħut u lanqas f’termini ta’ mortalità tal-ħut. Minkejja dan, il-parir xjentifiku tjieb, notevolment dwar l-istokkijet li joffru l-akbar opportunitajiet ta’ sajd.

Sfond

Is-sajd għall-ispeċijiet tal-baħar fond ilu rregolat mill-Unjoni Ewropea mill-2003 f’termini ta’ qabdiet totali permissibbli (TACs) għal kull speċi u żona, u f’termini ta’ sforz massimu tas-sajd li jsir fl-Atlantiku tal-Grigal.

Il-ħut tal-baħar fond jinqabad f’ilmijiet lil hinn miż-żoni ewlenin tas-sajd ta’ blajjet kontinentali. Dan il-ħut jgħix fix-xaqlibiet kontinentali jew madwar muntanji ta’ taħt il-baħar. Il-maġġoranza ta' dawn l-ispeċijiet jikbru bil-mod u jgħixu fit-tul, u konsegwentement huma partikolarment vulnerabbli għas-sajd.

Is-sajd tal-baħar fond jammonta għal madwar 1 % tal-ħut li jinħatt l-art mill-Atlantiku tal-Grigal, iżda wħud mill-komunitajiet tas-sajd lokali jiddependu sa ċertu punt mis-sajd tal-baħar fond. Il-qabdiet – u l-impjiegi relatati – ilhom jonqsu għal ħafna snin, minħabba l-istokkijiet imnaqqsa.

Il-proposti tal-Kummissjoni huma bbażati fuq parir xjentifiku mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES).

Dan l-aħħar il-Kummissjoni pproponiet sistema ġdida ta’ ġestjoni għas-sajd fil-baħar fond sabiex tiżgura protezzjoni aħjar tal-istokkijiet tal-baħar fond u l-ħabitats tagħhom (ara IP/12/813)

Aktar taghrif

Kuntatti :

Oliver Drewes (+32 2 299 24 21)

Lone Mikkelsen (+32 2 296 05 67)

Ħarsa ġenerali lejn il-bidliet fit-TACs għall-2012-2014 (Ċifri f’tunnellati; bidliet f’% imqabbla mas-sena ta’ qabel)

Speċijiet

Żona

TAC fl-2012

Proposta għat-TAC fl-2013

Bidla fit-TAC: Proposta għall-2012-2013 (%)

Proposta għat-TAC fl-2014

Bidla fit-TAC: Proposta għall-2013-2014 (%)

Klieb il-baħar tal-fond

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII, VIII u IX

0

pm1

0%

Pm1

-

Klieb il-baħar tal-fond

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X

0

pm1

0%

pm1

-

Klieb il-baħar tal-fond, Deania hystricosa u Deania profundorum

L-ilmijiet internazzjonali taż-żona XII

0

pm1

0%

pm1

-

Ċinturin iswed

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III u IV

9

9

0%

9

0%

Ċinturin iswed

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

2179

2.615

20%

3138

20%

Ċinturin iswed

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

3348

3.515

5%

3691

5%

Ċinturin iswed

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona 34.1.2. tas-CECAF

3867

3.094

-20%

2475

-20%

Alfonsinos

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

328

305

-7%

280

-8%

Roundnose grenadier

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali ta’ I, II u IV

13

13

0%

13

0%

Roundnose grenadier

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona III

850

680

-20%

544

-20%

Roundnose grenadier

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, VI, VII

2546

4.500

77%

4500

0%

Roundnose grenadier

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV

3979

3.350

-16%

2850

-15%

Orange roughy

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona VI

0

0

0%

0

0%

Orange roughy

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona VII

0

0

0%

0

0%

Orange roughy

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV

0

0

0%

0

0%

Linarda

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni II u IV

56

45

-20%

36

-20%

Linarda

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona III

8

6

-20%

5

-20%

Bażuga kaħlija

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII

215

172

-20%

138

-20%

Bażuga kaħlija

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona IX

780

624

-20%

500

-20%

Bażuga kaħlija

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona X

1136

909

-20%

727

-20%

Lipp abjad

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I, II, III u IV

31

25

-20%

20

-20%

Lipp abjad

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

2028

1.622

-20%

1298

-20%

Lipp abjad

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX

267

214

-20%

171

-20%

Lipp abjad

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni X u XII

54

43

-20%

35

-20%

1 :

Pm = it-TAC se tiġi proposta aktar tard, ladarba l-parir xjentifiku jkun disponibbli


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site